This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0933
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/933 of 13 June 2022 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/933 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/933 tat-13 ta’ Ġunju 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2022/4107
ĠU L 162, 17.6.2022, p. 23–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/933
tat-13 ta’ Ġunju 2022
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Gerassimos THOMAS
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||
Tliet oġġetti ppreżentati flimkien għall-bejgħ bl-imnut, li jinkludu:
Ara l-istampi (*). |
|
Il-klassifikazzjoni hija determinata skont ir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR). It-tliet oġġetti kif ippreżentati flimkien huma tliet oġġetti separati. Mhumiex oġġetti komposti, peress li flimkien ma jiffurmawx ħaġa waħda, li kieku, normalment ma jiġux offruti għall-bejgħ f’partijiet separati. Mhumiex oġġetti ppreżentati f’settijiet għall-bejgħ bl-imnut skont it-tifsira tal-GIR 3(b), peress li mhumiex ippreżentati flimkien biex jissodisfaw ħtieġa partikolari jew biex iwettqu attività speċifika, speċjalment minħabba li d-disinn tal-bwiet ma jillimitax l-użu tagħhom għall-ġarr ta’ prodotti speċifiċi għal ħtiġijiet jew attivitajiet speċifiċi. L-oġġetti huma oġġetti individwali li jistgħu jintużaw indipendentement minn xulxin. L-attivitajiet li tilbes u tixrob huma differenti, u ma jissodisfawx l-istess ħtieġa speċifika (l-oġġett tal-ilbies jgħatti l-parti ta’ fuq tal-ġisem u l-fliexken huma għax-xorb). Jekk wieħed mill-oġġetti jew aktar ta’ “sett” ma jissodisfawx l-istess ħtieġa partikolari jew ma jkunux imfassla biex iwettqu l-istess attività speċifika, kull oġġett irid jiġi kklassifikat separatament (ara wkoll il-Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda ta’ oġġetti ppreżentati f’settijiet għall-bejgħ bl-imnut, il-Parti B (II) (1) (1). Għaldaqstant, l-oġġetti jridu jiġu kklassifikati separatament. L-oġġetti individwali, kif imsemmija fid-deskrizzjoni tal-oġġetti, iridu jiġu kklassifikati kif ġej: |
||||
|
6110 30 99 |
|
||||
|
|
Abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-flokk huwa lbies tal-intestatura 6110 . L-intestatura tkopri kategorija ta’ oġġetti nnittjati jew maħdumin bil-ganċ, imfassla biex jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem (ġersijiet, pullovers, kardigans, sdieri u oġġetti simili) (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 6110 , l-ewwel paragrafu). L-oġġetti tal-ilbies ta’ dik l-intestatura huma maħsuba biex jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, bil-kmiem jew mingħajrhom, u b’kull tip ta’ skollatura, bl-għonq jew mingħajru, bil-bwiet jew mingħajrhom. Jista’ jkun magħmul minn kwalunkwe tip ta’ materjal innittjat jew maħdum bil-ganċ, inklużi drappijiet ħfief jew maħdumin bil-labar fin, ta’ kwalunkwe fibra tat-tessut (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-intestatura 6110 ). Il-flokk ma jistax jiġi identifikat bħala magħmul għal sess imma mhux għal ieħor. Il-flokk irid jiġi kklassifikat bħala ġersi, pullover, kardigan, sidrija u oġġetti simili għan-nisa jew għall-bniet, innittjat jew maħdum bil-ganċ, ta’ fibri magħmula mill-bniedem. |
||||
|
3924 90 00 |
Il-fliexken iridu jiġu kklassifikati bħala oġġetti oħra tad-dar u oġġetti iġjeniċi jew tat-twaletta, tal-plastik. |
(1) ĠU C 105, 11.4.2013, p. 1.
(*) L-istampi huma purament għall-informazzjoni.