EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D0371

Id-Deċiżjoni Nru 74/2021 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tat-8 ta’ Frar 2022 relatata mal-elenkar ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni [2022/371]

PUB/2022/124

ĠU L 69, 4.3.2022, p. 127–128 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/371/oj

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/127


ID-DEĊIŻJONI Nru 74/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tat-8 ta’ Frar 2022

relatata mal-elenkar ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni [2022/371]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b’mod partikulari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt irid jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità skont Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni.

2.

Il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, f’termini tal-prodotti u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f’isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data li fiha tkun saret l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F’isem l-Istati Uniti tal-Amerka

James C. SANFORD

Iffirmata f’Washington, fit-2 ta’ Frar 2022

F’isem l-Unjoni Ewropea

Lucian CERNAT

Iffirmata fi Brussell, fit-8 ta’ Frar 2022


Hemża A

Korpi tal-KE għall-Valutazzjoni tal-Konformità miżjuda mal-lista ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar t-Tagħmir tat-Telekomunikazzjoni

KL-Certification GmbH

Heinrich-Hertz-Allee 7

66386 St. Ingbert

GERMANY


Top