EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32022D0367

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/367 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 1200) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1200

ĠU L 69, 4.3.2022, blz. 107–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Juridische status van het document Niet meer van kracht, Datum einde geldigheid: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/367/oj

4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/107


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/367

tat-2 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2022) 1200)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE jeżiġi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jissottomettu pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet jenħtieġ li jkunu jkopru mill-inqas il-gruppi tar-residwi u tas-sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali, li huma elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 emendat l-aħħar l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (3). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 qasmet il-kategorija “prodotti tal-akkwakultura” f’erba’ subkategoriji, jiġifieri “Ħut bil-pinen”, “Prodotti tal-ħut bil-pinen”, “Krustaċji” u “Molluski” (molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra), biex tkun allinjata aħjar mal-kategoriji użati għaċ-ċertifikati stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4), u mal-listi tal-pajjiżi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti stabbiliti fl-Annessi VIII u IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (5).

(4)

Il-Belarussja, il-Kanada, iċ-Ċina, Iżrael (6), il-Moldova, l-Iżvizzera, it-Turkija, l-Istati Uniti, u l-Urugwaj kienu elenkati qabel għall-“akkwakultura” fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE u kienu qed jesportaw il-kavjar li joriġina mill-akkwakultura fuq din il-bażi. Il-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħut bil-pinen li dawn ippreżentaw kien konformi mar-rekwiżiti ġenerali tal-Unjoni għall-akkwakultura u kien ikopri wkoll il-kavjar. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi tħallew barra mil-lista għall-“prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)” fl-Anness ta’ 2011/163/UE kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2315. Biex ikun evitat kull nuqqas ta’ ċarezza b’rabta mal-eliġibbiltà għall-esportazzjoni tal-kavjar lejn l-Unjoni, dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu elenkati wkoll fil-kolonna “prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)”. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kolonna “prodotti tal-ħut bil-pinen (eż. kavjar)” jenħtieġ li jsir jisimha “kavjar (7) (prodott tal-ħut bil-pinen)”.

(5)

L-Emirati Għarab Magħquda ma ssottomettewx pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi għall-ħut bil-pinen lill-Kummissjoni. Madankollu, l-Emirati Għarab Magħquda pprovdew garanziji, b’rabta mal-ħut bil-pinen li joriġinaw mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi, li huma approvati biex jesportaw dawn il-prodotti lejn l-Unjoni. Għalhekk, fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li tiġi inkluża entrata għall-Emirati Għarab Magħquda fis-subkolonna għall-“kavjar (prodott tal-ħut bil-pinen)” bin-nota xierqa f’qiegħ il-paġna.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (8).

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2315 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 464, 28.12.2021, p. 17).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tat-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(6)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, għajr it-territorji li ilhom fl-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(7)  Kavjar jew sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut.

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż  ((1))

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Prodotti tal-akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa salvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

Budellati

Prodotti tas-sajd

Molluski (molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-ibħra)

Ħut bil-pinen

Kavjar  ((13)) (prodott tal-ħut bil-pinen)

Krustaċji

AD

Andorra

X

X

X ((2))

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X ((2))

X ((2))

 

 

X ((3))

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

 

 

X ((2a))

X

 

 

 

 

X

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

X

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X ((7))

 

X

X

 

 

X

X

 

 

 

X

X

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

 

 

X

X

 

 

X

 

X

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

 

 

X

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X

X ((2))

 

 

 

 

X

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

EG

L-Eġittu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X ((2a))

 

 

 

 

 

X

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X ((5))

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

GB

Ir-Renju Unit

X

X

X

X

X

X

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GG

Guernsey

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

 

 

IL

Iżrael ((4))

 

 

 

 

X

X

X

 

 

X

X

 

 

 

X

 

IM

Isle of Man

X

X

X

 

 

X

 

 

X

X

 

 

 

 

X

 

IN

L-Indja

 

 

 

 

X ((2a))

X

 

X

 

X ((2a))

X

 

 

 

X

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

JE

Jersey

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

JP

Il-Ġappun

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

 

 

 

X ((2a))

X

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

X

X

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X ((2a))

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

X ((2a))

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

 

X

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

X

 

 

X

X

 

 

 

X

 

ME

Il-Montenegro

X

X ((5))

X

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

MG

Il-Madagascar

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

X

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

X

 

X

 

X

 

MM

Il-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

MN

Il-Mongolja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MU

Il-Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X ((2))

 

MX

Il-Messiku

 

 

X ((2))

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X

 

 

 

X

 

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X ((2))

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X ((5))

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

NC

New Caledonia

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

X

 

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

NZ

New Zealand

X

X

X ((2a))

X

X ((2a))

X

 

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

X

X

X

X

OM

L-Oman

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X ((2a))

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

RS

Is-Serbja ((6))

X

X

X

X ((7))

X

X

 

 

 

X

X

 

X

 

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

 

 

 

X

X

 

 

X ((8))

X

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X ((2))

X ((2))

X ((2))

X ((9))

X ((2))

X

 

 

 

X ((2))

X ((2a))

 

X ((9))

X ((9))

 

 

SL

Sierra Leone

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SM

San Marino

X

 

X ((2))

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SY

Is-Sirja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

TH

It-Tajlandja

X ((2a))

 

X ((2a))

 

X

X

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X

 

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X ((2a))

X

 

 

 

X

 

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

US

L-Istati Uniti

X

X ((10))

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

 

 

X

 

X

X

UZ

L-Użbekistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

X

X

X ((2a))

X ((2a))

 

 

 

X

 

WF

Wallis u Futuna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

XK

Il-Kosovo ((11))

 

 

 

 

X ((2))

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X ((12))

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 


((1))  Din it-tabella fiha lista ta’ pajjiżi u territorji. Mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-Unjoni.

((2))  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li huma approvati għall-importazzjoni ta’ din il-materja prima lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2.

((2a))  Pajjiżi terzi li jużaw prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li huma approvati għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti pproċessati lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2, għall-fini li jintużaw biss għall-preparazzjoni ta’ prodotti komposti destinati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

((3))  Ħalib tal-ġemel biss.

((4))  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, għajr it-territorji li ilhom fl-amministrazzjoni ta’ Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta’ Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

((5))  Speċijiet ovina biss.

((6))  Il-Kosovo mhux inkluż.

((7))  Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

((8))  Ċriev biss.

((9))  Għall-prodotti bażiċi tal-laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, destinati lejn l-Unjoni, u li jinħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.

((10))  Speċijiet kaprini biss.

((11))  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u tikkonforma mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

((12))  Ratiti biss.

((13))  Kavjar jew sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut.


Naar boven