Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1814

Regolament (UE) 2021/1814 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/2021/46)

ECB/2021/46

ĠU L 367, 15.10.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1814/oj

15.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/2


REGOLAMENT (UE) 2021/1814 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Ottubru 2021

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/2021/46)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 132(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 34.3 u 19.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1), u partikolarment l-Artikolu (6)2 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u fl-interess tat-trasparenza, l-istituzzjonijiet għandhom jiġu infurmati dwar il-metodi applikati mill-BĊE biex jikkalkula s-sanzjonijiet imposti għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-riżervi minimi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (2).

(2)

Il-formula u l-metodu applikati mill-BĊE biex jikkalkula s-sanzjonijiet għan-nuqqas li jinżammu r-riżervi minimi meħtieġa kollha jew parti minnhom applikati skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2531/98 (3) huma speċifikati f’Avviż tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligu li jinżammu riżervi minimi (4). Fl-interess taċ-ċertezza legali u sabiex tiġi evitata frammentazzjoni ulterjuri tal-qafas legali rigward l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet f’oqsma differenti tal-kompetenza tal-BĊE, huwa xieraq li l-Avviż jiġi rtirat u jiġi trasferit il-kontenut rilevanti tiegħu għad-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/45) (5) u li r-referenzi fir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) (6) jiġu emendati skont dan.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

(4)

Sabiex jiġi żgurat qafas armonizzat għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi, jenħtieġ illi dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħad-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 (BĊE/2021/45),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) hu emendat kif ġej:

1.

fl-Artikoli 3(1), 11(5) u 12(1), il-kliem “ir-Regolament tal-Kunsill” huma ssostitwiti bi “Regolament (KE) Nru 2532/98”;

2.

fl-Artikoli 11(1) u 11(3), il-kliem “ir-Regolament tal-Kunsill dwar riżervi minimi” huma ssostitwiti bi “Regolament (KE) Nru 2531/98”;

3.

L-Artikolu 11 paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.   Fejn il-BĊE jimponi sanzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, is-sanzjoni applikabbli għandha tiġi kalkolata skont il-formula u l-metodu speċifikat fid-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/45) (*1).

(*1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati tar-riżervi minimi (BĊE/2021/45) (ĠU L 367, 15.10.2021, p. 4).”."

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta' Novembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (riformulazzjoni) (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p.1).

(4)  ĠU C 39, 11.2.2000, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati tar-riżervi minimi (BĊE/2021/45) (ara l-paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21).


Top