EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1406

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1406 tas-26 ta’ Awwissu 2021 li jidderoga mir-regoli dwar il-prova tal-oriġini prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u applikabbli għal ċerti kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ ġobon disponibbli għal-liċenzji ta’ esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerka

C/2021/6183

ĠU L 303, 27.8.2021, p. 4–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1406/oj

27.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1406

tas-26 ta’ Awwissu 2021

li jidderoga mir-regoli dwar il-prova tal-oriġini prevista fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u applikabbli għal ċerti kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal-laħam tat-tjur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ ġobon disponibbli għal-liċenzji ta’ esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 223(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (d), u l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (4) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/760 (5) emenda l-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-kwoti tariffarji skont in-numri tal-ordni 09.4410, 09.4411, u 09.4420 (laħam tat-tjur). Ir-regoli l-ġodda jirrikjedu li l-operaturi għandhom jagħtu prova tal-oriġini tal-prodotti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6).

(3)

Dan ir-rekwiżit huwa applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2021, id-data tal-ftuħ tal-ewwel perjodu tal-applikazzjoni għal liċenzja wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/760.

(4)

Minħabba d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi biex jipprovdu ċ-ċertifikat tal-oriġini f’konformità mar-regoli l-ġodda, xi operaturi ma setgħux jissottomettu d-dokumenti meħtieġa fid-dwana, u l-prodotti ma setgħux jiġu rilaxxati f’ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea.

(5)

Sabiex jiġi żgurat il-fluss bla xkiel tal-prodotti fil-livell doganali, jenħtieġ li tiġi prevista deroga mir-regoli l-ġodda, matul ċertu perjodu ta’ żmien, fejn pajjiżi terzi jew operaturi ma jkunux jistgħu jagħtu prova tal-oriġini tal-prodotti f’konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament (UE) 2015/2447.

(6)

Jenħtieġ li d-deroga tapplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/760, li emenda l-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

(7)

Fl-Anness XIV.5 (ħalib u prodotti tal-ħalib) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-Parti B1 tidentifika l-kwoti tal-esportazzjoni miftuħa mill-Istati Uniti tal-Amerka, filwaqt li tindika l-kwantitajiet li l-operaturi tal-UE jistgħu jesportaw lejn l-Istati Uniti tal-Amerka skont dawk il-kwoti.

(8)

Fis-6 ta’ Lulju 2021, l-Istati Uniti tal-Amerka ppubblikat il-kwantitajiet ġodda tal-kwoti tal-importazzjoni għall-ġobon, kif aġġustati wara l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fir-Reġistru Uffiċjali tal-Istati Uniti (7). Għalhekk huwa meħtieġ li l-kwantitajiet għall-kwoti tariffarji jiġu emendati fl-Anness XIV.5, il-Parti B1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 qabel jinfetaħ il-perjodu tal-applikazzjoni fl-1 ta’ Settembru 2021.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

(10)

Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi implimentata d-deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u l-emenda tiegħu, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

B’deroga mir-regola dwar il-prova tal-oriġini għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera stabbilita fl-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-kwoti tariffarji skont in-numri tal-ordni 09.4410, 09.4411 u 09.4420, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu kwalunkwe evidenza alternattiva meħtieġa biex tagħti prova tal-oriġini tal-prodotti jekk l-operaturi ma jkunux jistgħu jipprovdu ċ-ċertifikat tal-oriġini msemmi fl-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament (UE) 2015/2447 matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

Fl-Anness XIV.5 tar-Regolament (UE) 2020/761, it-tabella stabbilita fil-Parti B1 hija sostitwita bit-tabella stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/760 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji bil-liċenzji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 (ĠU L 162, 10.5.2021, p. 25).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(7)  https://www.federalregister.gov/public-inspection/2021-14344/modification-of-united-states-tariff-rate-quotas-and-the-harmonized-tariff-schedule.


ANNESS

“L-identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerka

Identifikazzjoni tal-kwota

Kwantità annwali disponibbli

Numru tal-grupp

Deskrizzjoni tal-grupp

 

kg

(1)

(2)

(3)

(4)

(16)

Mhux speċifikament previst (NSPF)

16-Tokyo

835 712

16-Urugwaj

3 168 597

17

Ġobon tat-Tursina

17-Urugwaj

347 095

18

Ġobon cheddar

18-Urugwaj

333 480

20

Ġobon tal-boċċa/ġobon ta’ Guda

20-Urugwaj

1 100 000

21

Tip Taljan

21-Urugwaj

2 025 000

22

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn

22-Tokyo

393 006

22-Urugwaj

380 000

25

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

25-Tokyo

4 003 172

25-Urugwaj

2 420 000 ”


Top