Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1305

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1305 tal-5 ta’ Awwissu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

ST/11002/2021/INIT

ĠU L 283, 6.8.2021, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1305/oj

6.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1305

tal-5 ta’ Awwissu 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

L-informazzjoni dwar ħames persuni elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3 u 4”, l-entrati 1 sa 5 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

“1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

Data tat-twelid: 1.1.1964 jew 29.12.1968

Numru tal-passaport: R0001318

Sess: raġel

Indirizz: Ouagadougou (Burkina Faso)

Funzjoni jew professjoni: Eks militar u kap tal-ġunta militari tas-CNDD (Conseil National pour la Democratie et le Developpement)

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

2.

Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA

Psewdonimu: Moussa Thiegboro CAMARA

Data tat-twelid: 1.1.1968

Numru tal-passaport: 7190

Sess: raġel

Funzjoni jew professjoni: Segretarju Ġenerali, Presidenza tar-Repubblika tal-Guinea

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

3.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

Data tat-twelid: 26.2.1957

Numru tal-passaport: 13683

Sess: raġel

Funzjoni jew professjoni: tabib militari

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

4.

Kaptan Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ

Sess: raġel

Indirizz: Conakry (Ir-Repubblika tal-Guinea)

Funzjoni jew professjoni: eks militari.

Informazzjoni oħra: f’detenzjoni

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea

5.

Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonimu Coplan)

Data tat-twelid: 1.1.1960

Sess: raġel

Funzjoni jew professjoni: Ministru inkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali

Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea”


Top