Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32021R1219

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1219 tas-26 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

C/2021/5419

ĠU L 267, 27.7.2021, p. 14-16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Statutul juridic al documentului care este în vigoare

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1219/oj

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1219

tas-26 ta’ Lulju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 (2) jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin finanzjarji 2021 sal-2027 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

F’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għas-snin 2021 sal-2027 jeħtieġ ikun kostitwit mill-ammonti massimi għas-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (4).

(3)

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament u tal-prodott stmat riżultanti tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2021. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti jeħtieġ ikun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni ffinanzjat taħt il-FAEŻR.

(4)

F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li fis-sena finanzjarja 2022 iqiegħdu għad-dispożizzjoni bħala appoġġ addizzjonali taħt il-FAEŻR, ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2021.

(5)

F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, diversi Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li għas-sena kalendarja 2021 iqiegħdu għad-dispożizzjoni bħala pagamenti diretti, ċertu perċentwal ta’ appoġġ li jeħtieġ jiġi ffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022.

(6)

Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti stipulati fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew adattati konsegwentement permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1017 (5).

(7)

F’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, il-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti.

(8)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-ammonti li jeħtieġ jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 tat-3 ta’ Frar 2021 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 8).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1017 tal-15 ta’ April 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 24.6.2021, p. 1).


ANNESS

(miljun EUR)

Sena finanzjarja

Ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR

Ammonti trasferiti mill-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

2021

1 099,539

58,165

600,658

40 367,954

2022

1 086,292

57,919

525,400

40 638,189

2023

 

 

 

41 518,000

2024

 

 

 

41 649,000

2025

 

 

 

41 782,000

2026

 

 

 

41 913,000

2027

 

 

 

42 047,000


Sus