Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1218

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1218 tas-26 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 fir-rigward tal-ħżin u l-aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet eżentati mill-VAT skont l-“iskema ta’ importazzjoni”

    C/2021/5415

    ĠU L 267, 27.7.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1218/oj

    27.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 267/12


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1218

    tas-26 ta’ Lulju 2021

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 fir-rigward tal-ħżin u l-aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet eżentati mill-VAT skont l-“iskema ta’ importazzjoni”

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 17(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, kif imdaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 (2), ġie introdott biex jippermetti l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-iskema ta’ importazzjoni prevista fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) li għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

    (2)

    L-Artikolu 17(1), il-punt (e), u l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 jeżiġu li l-Istati Membri jaħżnu informazzjoni dwar l-importazzjonijiet eżentati mit-taxxa dwar il-valur miżjud (“il-VAT”) miġbura minnhom skont l-Artikolu 143(1), il-punt (ca), tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u li jagħtu lil Stati Membri oħra aċċess awtomatizzat għal din l-informazzjoni, bil-għan li jgħinu lill-Istati Membri jidentifikaw diskrepanzi fir-rappurtar tal-VAT u l-frodi potenzjali tal-VAT.

    (3)

    L-informazzjoni dwar dawn l-importazzjonijiet eżentati mill-VAT diġà tinġabar mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tintbagħat lill-Kummissjoni permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5). Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-ħżin tal-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet eżentati mill-VAT u l-aċċess awtomatizzat għaliha meħtieġa mill-Artikolu 17(1), il-punt (e), u l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jenħtieġ li jsiru bl-istess sistema elettronika.

    (4)

    Id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw l-inkjesta awtomatizzata tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), l-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 huma stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. L-Artikolu 55(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jippermetti li l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jkollhom aċċess għad-data f’forma aggregata fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

    (5)

    L-Artikolu 5a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 (6) jispeċifika d-dettalji tekniċi tal-ħżin u l-aċċess awtomatizzat tal-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet eżentati mill-VAT li jeżiġi l-Artikolu 17(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 904/2010. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 jiġi emendat biex jispeċifika d-dettalji tekniċi tal-inkjesta awtomatizzata tal-informazzjoni msemmija fit-tieni parti tal-Artikolu 17(1), il-punt (e) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.

    (6)

    Sabiex dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2017/2454, li daħħal l-Artikolu 17(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5a(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Il-ħżin u l-aċċess awtomatizzat mill-awtoritajiet kompetenti għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punti minn (e) sa (f), tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 għandu jsir bis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*1).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 1).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 29, 1.2.2012, p. 13).


    Top