Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 32021D1200

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1200 tad-19 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea u li taħtar il-President li jmiss tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

    ST/10335/2021/INIT

    ĠU L 259, 21.7.2021, p. 6-7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statutul juridic al documentului care este în vigoare: Acest act a fost modificat. Versiunea actuală consolidată: 12/05/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1200/oj

    21.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 259/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1200

    tad-19 ta’ Lulju 2021

    li testendi l-mandat tal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea u li taħtar il-President li jmiss tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat Militari”) jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari mlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża. F’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni, il-mandat tal-President tal-Kumitat Militari huwa ta’ tliet snin, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

    (2)

    Fl-20 ta’ Frar 2018, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/297 (2), il-Kunsill ħatar lill-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari, b’mod eċċezzjonali, għal perijodu ta’ tliet snin u nofs, mis-6 ta’ Novembru 2018.

    (3)

    Fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021, il-Kumitat Militari mlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Robert BRIEGER jinħatar President tal-Kumitat Militari għal perijodu ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Ġunju 2022.

    (4)

    Il-mandat tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari jenħtieġ li jiġi estiż sal-bidu tal-mandat tal-Ġeneral Robert BRIEGER.

    (5)

    Il-Ġeneral Robert BRIEGER jenħtieġ li jinħatar President tal-Kumitat Militari mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mandat tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO bħala President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Mejju 2022.

    Artikolu 2

    Il-Ġeneral Robert BRIEGER huwa b’dan maħtur President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Ġunju 2022 sal-31 ta’ Mejju 2025.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PODGORŠEK


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.

    (2)  Id- Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/297 tal-20 ta’ Frar 2018 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 28.2.2018, p. 33).


    Sus