Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0859

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/859 tal-4 ta’ Frar 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/511

    ĠU L 190, 31.5.2021, p. 1–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/859/oj

    31.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 190/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/859

    tal-4 ta’ Frar 2021

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tkopri l-ħtiġijiet identifikati fis-suġġetti dettaljati rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ tispeċifika l-għadd u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

    (2)

    Jenħtieġ li l-għadd ta’ varjabbli li jrid jinġabar ma jaqbiżx b’aktar minn 5% lill-għadd ta’ varjabbli miġbura għad-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fiż-żmien meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1700.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-għadd u t-titlu tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.


    ANNESS

    L-għadd u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ

    Suġġett

    Suġġett dettaljat

    Identifikatur tal-varjabbli

    Isem il-varjabbli

    01. Elementi tekniċi

    - 12-il varjabbli tekniku

    Lokalizzazzjoni

    COUNTRY

    Pajjiż tar-residenza

    REGION

    Reġjun tar-residenza

    DEG_URB

    Grad ta’ urbanizzazzjoni

    Informazzjoni dwar il-ġbir tad-data

    REFYEAR

    Sena tal-intervista

    REFMONTH

    Xahar tal-intervista

    REFDAY

    Jum l-intervista

    Identifikazzjoni

    RESPID

    Identifikatur uniku

    Ponderazzjonijiet

    RESPWEIGHT

    Fattur tal-ponderazzjoni għall-individwi

    NFEACTWEIGHT_5

    Fattur tal-ponderazzjoni għad-dettalji ta’ 5 attivitajiet tat-tagħlim mhux formali

    NFEACTWEIGHT_2

    Fattur tal-ponderazzjoni għaż-2 attivitajiet tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    Karatteristiċi tal-intervista

    INTMETHOD

    Modalità użata tal-intervista

    INTPART

    Natura tal-parteċipazzjoni fl-istħarriġ

    02. Karatteristiċi tal-persuna u tal-unità domestika

    - 14-il varjabbli miġbur

    - varjabbli derivat wieħed (1)

    Kompożizzjoni tal-unità domestika

    HHNBPERS_tot

    Għadd totali ta’ membri tal-unità domestika (inkluż ir-rispondent)

    HHNBPERS_0_13

    Membri ta’ 0-13-il sena tal-unità domestika

    HHNBPERS_14_24

    Membri ta’ 14-24 sena tal-unità domestika (inkluż ir-rispondent)

    HHNBPERS_25plus

    Membri tal-unità domestika li għandhom 25 sena jew aktar (inkluż ir-rispondent)

    HHTYPE

    Tip ta’ unità domestika

    MARSTADEFACTO

    Sħab li jgħixu fl-istess unità domestika

    Demografija

    SEX

    Ġeneru

    BIRTHYEAR

    Sena tat-twelid

    BIRTHPASS

    L-aħħar għeluq is-snin

    AGE

    Età fi snin magħluqa

    Ċittadinanza u sfond migratorju

    CITIZEN

    Pajjiż taċ-ċittadinanza prinċipali

    BIRTHPLACE

    Pajjiż tat-twelid

    BIRTHFATHER

    Pajjiż tat-twelid tal-missier

    BIRTHMOTHER

    Pajjiż tat-twelid tal-omm

    Tul tas-soġġorn fil-pajjiż

    RESTIME

    Tul tas-soġġorn fil-pajjiż ta’ residenza bħala snin sħaħ

    03. Livell edukattiv miksub u sfond edukattiv

    - 21 varjabbli miġbur

    Livell edukattiv miksub

    HATLEVEL

    Livell edukattiv miksub (l-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess)

    Livell edukattiv milħuq - dettalji, inkluż edukazzjoni interrotta jew abbandunata

    HATFIELD

    Qasam tal-ogħla livell edukattiv mitmum b’suċċess

    HATYEAR

    Sena meta ntemm b’suċċess l-ogħla livell edukattiv milħuq

    DROPEDUC

    Edukazzjoni jew taħriġ formali abbandunati

    DROPEDUCLEVEL

    Livell tal-edukazzjoni formali jew taħriġ abbandunati

    Sfond edukattiv

    HATFATHER

    Livell edukattiv milħuq ta’ missier ir-rispondent

    HATMOTHER

    Livell edukattiv milħuq ta’ omm ir-rispondent

    Ħiliet awtorapportati

    LANGMOTH1

    Kodiċi tal-ewwel lingwa materna

    LANGMOTH2

    Kodiċi tat-tieni lingwa materna

    LANGUSED

    Lingwa/i użata/i għajr il-lingwi materni

    LANGUSED_1

    Kodiċi tal-ewwel lingwa

    LANGUSED_2

    Kodiċi tat-tieni lingwa

    LANGUSED_3

    Kodiċi tat-tielet lingwa

    LANGUSED_4

    Kodiċi tar-raba’ lingwa

    LANGUSED_5

    Kodiċi tal-ħames lingwa

    LANGUSED_6

    Kodiċi tas-sitt lingwa

    LANGUSED_7

    Kodiċi tas-seba’ lingwa

    LANGBEST1

    L-ewwel lingwa barranija magħrufa għajr il-lingwi materni

    LANGLEVEL1

    Livell tal-ewwel lingwa barranija magħrufa għajr il-lingwi materni

    LANGBEST2

    It-tieni lingwa barranija magħrufa għajr il-lingwi materni

    LANGLEVEL2

    Livell tat-tieni lingwa barranija magħrufa għajr il-lingwi materni

    04. Parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

    - 7 varjabbli miġbura

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

    MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinizzjoni)

    Karatteristiċi elementari tal-impjieg

    FTPT

    Impjieg ewlieni full-time jew part-time (awtodefinit)

    JOBSTAT

    Status tal-impjieg fil-każ tal-impjieg ewlieni

    JOBISCO

    Okkupazzjoni tal-impjieg ewlieni

    LOCNACE

    Attività ekonomika tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

    Tul tal-kuntratt

    PERMJOB

    Permanenza tal-impjieg ewlieni

    Daqs tal-istabbiliment

    LOCSIZEFIRM

    Daqs tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

    05. Żamma tal-impjieg, bijografija tax-xogħol u esperjenza tax-xogħol preċedenti

    - 2 varjabbli miġbura

    Bidu tal-impjieg

    EMP12M

    Impjieg fi kwalunkwe ħin tul l-aħħar 12-il xahar

    JOBTIME

    Sena meta l-persuna bdiet taħdem għall-impjegatur attwali jew għal rasha f’dawn l-impjieg ewlieni

    06. Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ

    - 196 varjabbli miġbura

    Aċċess għal informazzjoni dwar possibilitajiet ta’ tagħlim u gwida (12-il xahar)

    SEEKINFO

    Tfittxet kull informazzjoni marbuta mal-possibbiltajiet tat-tagħlim f’dawn l-aħħar 12-il xahar (l-edukazzjoni u t-taħriġ formali u mhux formali)

    GUIDE

    Gwida dwar it-tagħlim riċevut minn istituzzjonijiet/ organizzazzjonijiet tul l-aħħar 12-il xahar

    GUIDE_1

    Gwida/pariri dwar possibbiltajiet ta’ tagħlim (inkluż appoġġ għat-tiftix ta’ informazzjoni u applikazzjoni għal possibbiltajiet tat-tagħlim)

    GUIDE_2

    Skrinjar/evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ tagħlim individwali abbażi ta’ testijiet professjonali u/jew intervisti

    GUIDE_3

    Informazzjoni jew parir/għajnuna dwar proċedura għall-validazzjoni/ rikonoxximent tal-ħiliet, il-kompetenzi jew tagħlim minn qabel

    GUIDESOURCE

    Sors ta’ gwida dwar it-tagħlim riċevut tul l-aħħar 12-il xahar

    GUIDESOURCE_1

    Istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ (skola, kulleġġ, università, ċentru tal-VET, istituzzjoni għat-tagħlim tal-adulti, ċentru tal-validazzjoni, eċċ.)

    GUIDESOURCE_2

    Servizzi pubbliċi tal-impjiegi

    GUIDESOURCE_3

    Impjegatur jew impjegatur prospettiv

    GUIDESOURCE_4

    Istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet oħra

    GUIDEINTER

    Tip ta’ interazzjoni użata għal gwida dwar it-tagħlim riċevut tul l-aħħar 12-il xahar

    GUIDEINTER_1

    Interazzjoni ma’ persuna: wiċċ imb wiċċ, skype, telefown, email, siti web apposta, eċċ.

    GUIDEINTER_2

    Interazzjoni mingħajr persuna: bots/web robots, applikazzjonijiet awtomatiċi online sakemm dawn jipprovdu għal interazzjoni

    Parteċipazzjoni f’attivitajiet tal-edukazzjoni formali (12-il xahar)

    FED

    Parteċipazzjoni f’edukazzjoni formali u taħriġ (student jew apprendist) fl-aħħar 12-il xahar

    FEDNUM

    Numru ta’ attivitajiet ta’ edukazzjoni formali jew taħriġ

    L-aktar attività tal-edukazzjoni formali riċenti - dettalji (12-il xahar)

    FEDSTARTYEAR

    Sena tal-bidu tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDSTARTMONTH

    Xahar tal-bidu tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDMAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinita) fil-bidu tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDLEVEL

    Livell tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali jew taħriġ

    FEDCOMP

    Tlestija tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDFIELD

    Qasam tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDWORKTIME

    L-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali waqt il-ħinijiet tax-xogħol imħallsa

    Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-aktar edukazzjoni formali riċenti (12-il xahar)

    FEDPLACE

    Post tal-istruzzjoni tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDONMAT

    Forniment online ta’ materjal tat-tagħlim għall-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDONTEA

    Interazzjoni online mal-għalliema għall-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDONPAR

    Internazzjoni online ma’ parteċipanti oħra għall-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    Raġunijiet għall-parteċipazzjoni fl-aktar edukazzjoni formali riċenti (12-il xahar)

    FEDREASON

    Raġunijiet għall-parteċipazzjoni fl-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDREASON_01a

    Biex nagħmel xogħli aħjar

    FEDREASON_01b

    Biex intejjeb il-prospetti tal-karriera tiegħi

    FEDREASON_02

    Biex ikolli inqas ċans nitlef xogħli

    FEDREASON_03

    Biex inżid il-possibbiltajiet tiegħi li nsib xogħol, jew li nibdel l-impjieg/il-professjoni

    FEDREASON_04

    Biex niftaħ negozju għal rasi

    FEDREASON_05

    Kont obbligat nieħu sehem

    FEDREASON_06_7

    Biex inżid l-għarfien/il-ħiliet tiegħi għall-interess ġenerali u l-kurżità tiegħi stess

    FEDREASON_08

    Biex nikseb ċertifikat

    FEDREASON_09

    Biex niltaqa’ ma’ nies ġodda/għall-gost

    FEDREASONMAIN

    Raġunijiet ewlenin għall-parteċipazzjoni fl-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    Pagament u sigħat tal-aktar edukazzjoni formali riċenti (12-il xahar)

    FEDNBHOURS

    Għadd totali ta’ sigħat tat-tagħlim tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDPAID

    Pagament għall-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDPAIDBY

    Sors ta’ finanzjament ta’ pagament parzjali jew sħiħ għall-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDPAIDBY_1

    Impjegatur jew impjegatur prospettiv

    FEDPAIDBY_2

    Servizzi pubbliċi tal-impjiegi

    FEDPAIDBY_3

    Istituzzjonijiet pubbliċi jew privati oħra

    FEDPAIDBY_4

    Membru ta’ unità domestika jew qarib

    Riżultati u użu ta’ ħiliet mill-aktar edukazzjoni formali riċenti (12-il xahar)

    FEDUSEA

    Użu attwali ta’ ħiliet jew għarfien mill-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDOUTCOME

    Eżiti tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    FEDOUTCOME_1

    Sejbien ta’ impjieg (ġdid)

    FEDOUTCOME_3

    Salarju/pagi ogħla

    FEDOUTCOME_2

    Promozzjoni fl-impjieg

    FEDOUTCOME_4

    Kompiti ġodda

    FEDOUTCOME_5

    Prestazzjoni aħjar fl-impjieg attwali

    FEDOUTCOME_6

    Raġunijiet personali relatati (iltqajt ma’ nies ġodda, iffriskajt jew ksibt għarfien f’suġġetti ġenerali jew speċifiċi, eċċ.)

    FEDOUTCOME_7

    L-ebda eżitu s’issa

    FEDOUTCOMEMAIN

    Eżitu ewlieni tal-aktar attività riċenti ta’ edukazzjoni formali

    Parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

    NFE

    Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ mhux formali tul l-aħħar 12-il xahar

    NFECOURSE

    Korsijiet

    NFEWORKSHOP

    Workshops u seminars

    NFEGUIDEDJT

    Taħriġ iggwidat fuq ix-xogħol

    NFELESSON

    Lezzjonijiet privati

    NFENUM

    Għadd ta’ attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ mhux formali

    Attivitajiet tal-edukazzjoni mhux formali - dettalji (12-il xahar)

    NFEACT01_TYPE

    Tip tal-ewwel attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT01_MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinita) fil-bidu tal-ewwel attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT01_PURP

    Għan tal-ewwel attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT01_WORKTIME

    L-ewwel attività ta’ tagħlim mhux formali waqt il-ħinijiet tax-xogħol imħallsa

    NFEACT01_PAIDBY

    L-ewwel attività ta’ tagħlim mhux formali mħallsa parzjalment jew kompletament mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv

    NFEACT02_TYPE

    Tip tat-tieni attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT02_MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinita) fil-bidu tat-tieni attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT02_PURP

    Għan tat-tieni attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT02_WORKTIME

    It-tieni attività ta’ tagħlim mhux formali waqt il-ħinijiet tax-xogħol imħallsa

    NFEACT02_PAIDBY

    It-tieni attività ta’ tagħlim mhux formali mħallsa parzjalment jew kompletament mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv

    NFEACT03_TYPE

    Tip tat-tielet attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT03_MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinita) fil-bidu tat-tielet attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT03_PURP

    Għan tat-tielet attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT03_WORKTIME

    It-tielet attività ta’ tagħlim mhux formali waqt il-ħinijiet tax-xogħol imħallsa

    NFEACT03_PAIDBY

    It-tielet attività ta’ tagħlim mhux formali mħallsa parzjalment jew kompletament mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv

    NFEACT04_TYPE

    Tip tar-raba’ attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT04_MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinita) fil-bidu tar-raba’ attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT04_PURP

    Għan tar-raba’ attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT04_WORKTIME

    Ir-raba’ attività ta’ tagħlim mhux formali waqt il-ħinijiet tax-xogħol imħallsa

    NFEACT04_PAIDBY

    Ir-raba’ attività ta’ tagħlim mhux formali mħallsa parzjalment jew kompletament mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv

    NFEACT05_TYPE

    Tip tal-ħames attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT05_MAINSTAT

    Status tal-attività ewlenija (awtodefinita) fil-bidu tal-ħames attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT05_PURP

    Għan tal-ħames attività ta’ tagħlim mhux formali

    NFEACT05_WORKTIME

    Il-ħames attività ta’ tagħlim mhux formali waqt il-ħinijiet tax-xogħol imħallsa

    NFEACT05_PAIDBY

    Il-ħames attività ta’ tagħlim mhux formali mħallsa parzjalment jew kompletament mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv

    NFERAND1

    Kodiċi tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFERAND1_TYPE

    Tip tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEFIELD1

    Qasam tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPROVIDER1

    Fornitur tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFECERT1

    Ċertifikat wara l-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFERAND2

    Kodiċi tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFERAND2_TYPE

    Tip tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEFIELD2

    Qasam tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPROVIDER2

    Fornitur tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFECERT2

    Ċertifikat wara t-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni f’attivitajiet tal-edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

    NFEPLACE1

    Post tal-istruzzjoni tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEONMAT1

    Forniment online ta’ materjal tat-tagħlim għall-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEONTEA1

    Interazzjoni online mal-għalliema għall-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEONPAR1

    Internazzjoni online ma’ parteċipanti oħra għall-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPLACE2

    Post tal-istruzzjoni tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEONMAT2

    Forniment online ta’ materjal tat-tagħlim għat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEONTEA2

    Interazzjoni online mal-għalliema għat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEONPAR2

    Internazzjoni online ma’ parteċipanti oħra għat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    Raġunijiet għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

    NFEINITIA1

    Inizjatur tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEREASON1

    Raġunijiet għall-parteċipazzjoni fl-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEREASON1_01a

    Biex nagħmel xogħli aħjar

    NFEREASON1_01b

    Biex intejjeb il-prospetti tal-karriera tiegħi

    NFEREASON1_02

    Biex ikolli inqas ċans nitlef xogħli

    NFEREASON1_03

    Biex inżid il-possibbiltajiet tiegħi li nsib xogħol, jew li nibdel l-impjieg/il-professjoni

    NFEREASON1_04

    Biex niftaħ negozju għal rasi

    NFEREASON1_13

    Minħabba bidliet organizzattivi u/jew teknoloġiċi fuq il-post tax-xogħol

    NFEREASON1_11

    Mitlub mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv jew mil-liġi

    NFEREASON1_06_7

    Biex inżid l-għarfien/il-ħiliet tiegħi għall-interess ġenerali u l-kurżità tiegħi stess

    NFEREASON1_08

    Biex nikseb ċertifikat

    NFEREASON1_09

    Biex niltaqa’ ma’ nies ġodda/għall-gost

    NFEREASON1_10

    Għal raġunijiet ta’ saħħa

    NFEREASON1_12

    Biex nagħmel xogħol volontarju aħjar

    NFEREASONMAIN1

    Raġuni ewlenija għall-parteċipazzjoni fl-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEINITIA2

    Inizjatur tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEREASON2

    Raġunijiet għall-parteċipazzjoni fit-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEREASON2_01a

    Biex nagħmel xogħli aħjar

    NFEREASON2_01b

    Biex intejjeb il-prospetti tal-karriera tiegħi

    NFEREASON2_02

    Biex ikolli inqas ċans nitlef xogħli

    NFEREASON2_03

    Biex inżid il-possibbiltajiet tiegħi li nsib xogħol, jew li nibdel l-impjieg/il-professjoni

    NFEREASON2_04

    Biex niftaħ negozju għal rasi

    NFEREASON2_13

    Minħabba bidliet organizzattivi u/jew teknoloġiċi fuq il-post tax-xogħol

    NFEREASON2_11

    Mitlub mill-impjegatur jew mill-impjegatur prospettiv jew mil-liġi

    NFEREASON2_06_7

    Biex inżid l-għarfien/il-ħiliet tiegħi għall-interess ġenerali u l-kurżità tiegħi stess

    NFEREASON2_08

    Biex nikseb ċertifikat

    NFEREASON2_09

    Biex niltaqa’ ma’ nies ġodda/għall-gost

    NFEREASON2_10

    Għal raġunijiet ta’ saħħa

    NFEREASON2_12

    Biex nagħmel xogħol volontarju aħjar

    NFEREASONMAIN2

    Raġuni ewlenija għall-parteċipazzjoni fit-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    Pagament u sigħat tal-attivitajiet tal-edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

    NFENBHOURS1

    Għadd ta’ sigħat tal-istruzzjoni tal-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPAID1

    Pagament għall-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPAIDBY1

    Sors ta’ finanzjament għal pagament parzjali jew sħiħ għall-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPAIDBY1_1

    Impjegatur jew impjegatur prospettiv

    NFEPAIDBY1_2

    Servizzi pubbliċi tal-impjiegi

    NFEPAIDBY1_3

    Istituzzjonijiet pubbliċi jew privati oħra

    NFEPAIDBY1_4

    Membru ta’ unità domestika jew qarib

    NFEPAIDVAL1

    Nefqa għall-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFENBHOURS2

    Għadd ta’ sigħat tal-istruzzjoni tat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPAID2

    Pagament għat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPAIDBY2

    Sors ta’ finanzjament għal pagament parzjali jew sħiħ għat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEPAIDBY2_1

    Impjegatur jew impjegatur prospettiv

    NFEPAIDBY2_2

    Servizzi pubbliċi tal-impjiegi

    NFEPAIDBY2_3

    Istituzzjonijiet pubbliċi jew privati oħra

    NFEPAIDBY2_4

    Membru ta’ unità domestika jew qarib

    NFEPAIDVAL2

    Nefqa għat-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    Eżiti u użu ta’ ħiliet minn edukazzjoni mhux formali (12-il xahar)

    NFESKILLSMAIN1

    Ħiliet ewlenin miksuba mill-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEUSEA1

    Użu attwali ta’ ħiliet jew għarfien mill-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEOUTCOME1

    Eżiti mill-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEOUTCOME1_1

    Sejbien ta’ impjieg (ġdid)

    NFEOUTCOME1_3

    Salarju/pagi ogħla

    NFEOUTCOME1_2

    Promozzjoni fl-impjieg

    NFEOUTCOME1_4

    Kompiti ġodda

    NFEOUTCOME1_5

    Prestazzjoni aħjar fl-impjieg attwali

    NFEOUTCOME1_6

    Raġunijiet personali relatati (iltqajt ma’ nies ġodda, iffriskajt jew ksibt għarfien f’suġġetti ġenerali jew speċifiċi, eċċ.)

    NFEOUTCOME1_7

    L-ebda eżitu s’issa

    NFEOUTCOMEMAIN1

    Eżitu ewlieni mill-ewwel attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFESKILLSMAIN2

    Ħiliet ewlenin miksuba mit-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEUSEA2

    Użu attwali ta’ ħiliet jew għarfien mit-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEOUTCOME2

    Eżiti mit-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    NFEOUTCOME2_1

    Sejbien ta’ impjieg (ġdid)

    NFEOUTCOME2_3

    Salarju/pagi ogħla

    NFEOUTCOME2_2

    Promozzjoni fl-impjieg

    NFEOUTCOME2_4

    Kompiti ġodda

    NFEOUTCOME2_5

    Prestazzjoni aħjar fl-impjieg attwali

    NFEOUTCOME2_6

    Raġunijiet personali relatati (iltqajt ma’ nies ġodda, iffriskajt jew ksibt għarfien f’suġġetti ġenerali jew speċifiċi, eċċ.)

    NFEOUTCOME2_7

    L-ebda eżitu s’issa

    NFEOUTCOMEMAIN2

    Eżitu ewlieni mit-tieni attività tat-tagħlim mhux formali magħżula b’mod aleatorju

    Ostakli għall-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (12-il xahar)

    WANT

    Rieda ta’ (aktar) parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ

    NONEED

    L-ebda ħtieġa għal (aktar) edukazzjoni u taħriġ

    DIFFTYPE

    Raġunijiet għal nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni formali u mhux formali u fit-taħriġ

    DIFFTYPE_01

    Prerekwiżiti

    DIFFTYPE_02

    Kost

    DIFFTYPE_03a

    Nuqqas ta’ appoġġ mill-impjegatur

    DIFFTYPE_03b

    Nuqqas ta’ appoġġ mis-servizzi pubbliċi

    DIFFTYPE_04

    Skeda

    DIFFTYPE_05

    Distanza

    DIFFTYPE_07

    Responsabilitajiet tal-familja

    DIFFTYPE_08a

    Saħħa

    DIFFTYPE_08b

    Età

    DIFFTYPE_09

    Raġunijiet personali oħra

    DIFFTYPE_10

    Nuqqas ta’ attività tal-edukazzjoni jew t-taħriġ xierqa

    DIFFTYPE_12

    Esperjenza negattiva ta’ taħriġ preċedenti

    DIFFTYPE_13

    Kors kien diġà mimli

    DIFFTYPE_14

    Ftit wisq reġistrazzjonijiet

    DIFFMAIN

    Raġuni ewlenija għal nuqqas ta’ (aktar) parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ

    Tagħlim informali

    INF

    Parteċipazzjoni f’tagħlim informali tul l-aħħar 12-il xahar

    INFFAMILY

    Tagħlim minn membru tal-familja, ħbieb jew kollegi

    INFMATERIAL

    Tagħlim bl-użu ta’ materjal stampat (kotba, rivisti professjonali, eċċ.)

    INFDEVICE

    Tagħlim bl-użu ta’ tagħmir elettroniku (online jew offline)

    INFMUSEUM

    Tagħlim bi żjarat gwidati f’mużewijiet, storiċi jew naturali jew siti industrijali

    INFLIBRARIES

    Tagħlim billi jżuru ċentri ta’ tagħlim (inkluż fil-libreriji)

    INFPURP

    Għan tat-tagħlim informali tul l-aħħar 12-il xahar

    07. Is-Saħħa: status u diżabbiltà, aċċess għall-kura tas-saħħa, disponibbiltà u użu tal-kura tas-saħħa u determinanti tas-saħħa

    - 2 varjabbli miġbura

    Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

    GENHEALTH

    Awtoperċezzjoni dwar is-saħħa ġenerali

    GALI

    Limitazzjoni fl-attivitajiet minħabba problemi tas-saħħa (indikatur tal-limitazzjoni tal-attività globali - GALI)

    08. Introjtu, konsum u elementi tal-ġid, inkluż id-djun

    - varjabbli miġbur wieħed (1)

    Introjtu totali fix-xahar tal-unità domestika

    HHINCOME

    Introjtu kurrenti nett fix-xahar tal-unità domestika


    Top