EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0955

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/955 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

ST/7936/2020/INIT

ĠU L 212, 3.7.2020, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/955/oj

3.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/955

tat-30 ta’ Ġunju 2020

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1), li stabbilixxiet Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah).

(2)

Fit-28 ta’ Ġunju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1115 (2), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u estendietha sat-30 ta’ Ġunju 2020.

(3)

Fis-16 ta’ April 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (‘KPS’) qabel li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-EU BAM Rafah tiġi estiża b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar, bl-istess mandat, sat-30 ta’ Ġunju 2021, bil-ħsieb li l-Missjoni tiġi soġġetta għal Rieżami Strateġiku malli jkunu jippermettu ċ-ċirkustanzi.

(4)

Jenħtieġ li l-EU BAM Rafah tingħata ammont ta’ referenza finanzjarja għal dan il-perijodu ġdid ta’ sena.

(5)

Jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK tiġi emendata skont dan.

(6)

L-EU BAM Rafah ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 għandu jkun ta’ EUR 2 180 000,00.”;

(2)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2020.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1115 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 6).


Top