Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0949

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/949 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Georgia min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ST/12227/2014/INIT

    ĠU L 212, 3.7.2020, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/949/oj

    Related international agreement

    3.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 212/5


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/949

    tas-26 ta’ Ġunju 2020

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Georgia min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/928/UE (2), il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u l-Georgia min-naħa l-oħra, (3) sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie iffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u l-Georgia min-naħa l-oħra sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (4) mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni biex tingħatalhom is-setgħa, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li jiddepożitaw l-att ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. METELKO-ZGOMBIĆ


    (1)  Kunsens tat-28 ta’ April 2016 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/928/UE tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Georgia min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 1).

    (3)  It-test tal-Ftehim hu ppubblikat fil-ĠU L 321, 20.11.2012, p. 3.

    (4)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 365, 19.12.2014, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


    Top