This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0652
Council Decision (CFSP) 2020/652 of 14 May 2020 amending Decision 2014/219/CFSP on the European Union CSDP Mission in Mali (EUCAP Sahel Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/652 tal-14 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/652 tal-14 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)
ST/7593/2020/INIT
ĠU L 153, 15.5.2020, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/652
tal-14 ta’ Mejju 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali). |
(2) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar is-Saħel/Mali, il-Kunsill issottolinja “l-importanza tar-reġjonalizzazzjoni tal-PSDK fis-Saħel bil-għan li jissaħħaħ, kif xieraq, l-appoġġ ċivili u militari għal kooperazzjoni transfruntiera, l-istrutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali — b’mod partikolari dawk tal-G5 tas-Saħel – u l-kapaċità u s-sjieda tal-pajjiżi tal-G5 biex jindirizzaw l-isfidi ta’ sigurtà fir-reġjun.” |
(3) |
Fit-18 ta’ Frar 2019, il-Kunsill approva Kunċett tal-Operazzjonijiet ċivili-militari konġunt dwar ir-Reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel. |
(4) |
Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312 (2) li testendi EUCAP Sahel Mali u li tipprovdilha ammont ta’ referenza finanzjarja sal-14 ta’ Jannar 2021. |
(5) |
Fis-17 ta’ Marzu 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà emenda l-pjan operazzjonali għal EUCAP Sahel Mali u qabel li jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi pprovduti lilha għar-reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel. |
(6) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-EUCAP Sahel Mali ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel it-twettiq tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, is-sitt u s-seba’ paragrafu huma sostitwiti b’dan li ġej:
“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Mali bejn l-1 ta’ Marzu 2019 u l-14 ta’ Jannar 2021 għandu jkun ta’ EUR 69 650 000.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta’ Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29).