Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32020D0651

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/651 tal-14 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

    ST/7263/2020/INIT

    ĠU L 153, 15.5.2020, p. 4—4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Estatuto jurídico do documento Em vigor

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/651/oj

    15.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/651

    tal-14 ta’ Mejju 2020

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 (1) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

    (2)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 tapplika sat-18 ta’ Mejju 2020. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sat-18 ta’ Mejju 2021.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Artikolu 10

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-18 ta’ Mejju 2021 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GRLIĆ RADMAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129I, 17.5.2019, p. 13).


    Início