This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0209
Commission Implementing Decision (EU) 2020/209 of 14 February 2020 concerning certain protective measures relating to African swine fever in Greece (notified under document C(2020) 962) (Only the Greek text is authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/209 tal-14 ta’ Frar 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2020) 962) (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/209 tal-14 ta’ Frar 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2020) 962) (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/962
ĠU L 43, 17.2.2020, p. 74–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 06/04/2020
17.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/74 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/209
tal-14 ta’ Frar 2020
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2020) 962)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista’ jkollu impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered lejn azjendi oħrajn tal-ħnieżer u fil-ħnieżer selvaġġi. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħat ta’ dik il-marda, fejn iridu japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva. |
(4) |
Wara li faqqa’ d-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-unità reġjonali ta’ Serres fil-Greċja, dak l-Istat Membru għarraf lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni fit-territorju tiegħu fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbilixxa żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/181 (4) ġiet adottata wara li ġew stabbiliti ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Greċja, f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE. |
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/181 ’l hawn, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Greċja ma komplietx tevolvi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-unità reġjonali ta’ Serres u, għaldaqstant, il-Greċja implimentat il-miżuri ta’ kontroll meħtieġa u ġabret data ta’ sorveljanza addizzjonali. |
(7) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati l-ostakoli għall-kummerċ mhux ġustifikati imposti mill-pajjiżi terzi, jeħtieġ li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu deskritti ż-żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja, f’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. Dawn iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jqisu x-xenarju epidemjoloġiku attwali f’dak l-Istat Membru. |
(8) |
Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Greċja jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tiġi stabbilita d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(9) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/181 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Greċja għandha tiżgura li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jkunu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/181 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ April 2020.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/181 tas-7 ta’ Frar 2020 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Greċja (ĠU L 37, 10.2.2020, p. 8).
ANNESS
Il-Greċja |
Żoni kif imsemmijin fl-Artikolu 1 |
Data sa meta huma applikabbli |
||||||||||||||
Iż-żona ta’ protezzjoni |
Municipality of Visaltias (Serres Regional Unit) |
Is-6 ta’ April 2020 |
||||||||||||||
Iż-żona ta’ sorveljanza |
In Thessaloniki Regional Unit:
In Serres Regional Unit:
|
Is-6 ta’ April 2020 |