This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1812
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1812 of 23 October 2019 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1812 tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1812 tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2019/7715
ĠU L 278, 30.10.2019, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1812
tat-23 ta’ Ottubru 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Flixkun tal-ilma li jista’ jerġa’ jintuża magħmul minn ħġieġ tal-borosilikat trasparenti, b’tapp bil-kamin magħmul mill-azzar inossidabbli. It-tapp għandu o-ring intern magħmul mis-silikon li jipprovdi ssiġillar impermeabbli. Il-flixkun għandu ħolqa biex jinġarr minnha mwaħħla mat-tapp u huwa mdawwar bi strixxa tas-silikonu li ma tiżloqx u tista’ titneħħa, għall-użu konvenjenti. Il-flixkun għandu għoli ta’ madwar 220 mm u dijametru ta’ 60 mm. Id-dijametru tal-għonq huwa ta’ madwar 30 mm. Il-kapaċità massima tal-flixkun hija 0,6 l. (*1) Ara l-istampi. |
7013 99 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 7013 u 7013 99 00 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7010 bħala fliexken, karaffi u għeluq ieħor, tal-ħġieġ, ta’ tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija, huwa eskluż, peress li l-oġġett ma jintużax kummerċjalment b’mod komuni (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) tal-intestatura 7010, l-ewwel paragrafu, HSEN tal-intestatura 7013, l-aħħar paragrafu, il-punt (b), kif ukoll l-opinjoni tal-klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata 3924.90/2). Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7013 99 00 bħala oġġetti oħra tal-ħġieġ tat-tip użat għall-mejda, kċina, twaletta, uffiċċju, tiżjin ta’ ġewwa jew għal għanijiet simili. |
(*1) L-istampi għandhom jintużaw biss għal finijiet ta’ informazzjoni.