Wybierz funkcje eksperymentalne, które chcesz wypróbować

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 32013R1408R(02)

    Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013)

    C/2019/6846

    ĠU L 246, 26.9.2019, str. 38—40 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1408/corrigendum/2019-09-26/oj

    26.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 246/38


    Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 352 tal-24 ta' Diċembru 2013 )

    F'paġna 11, fil-premessa (13), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “Għall-iskopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”,

    aqra:

    “Għall-iskopijiet ta' trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li għaliha jkun possibbli li jiġi kkalkulat bi preċiżjoni l-ekwivalenti ta' għotja gross ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”;

    F'paġna 11, fil-premessa (14), it-tieni u t-tielet sentenza,

    minflok:

    “Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux skont fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta' għotja grossa ekwivalenti. Il-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet jew ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ li jiġu użati ta' rati ta' imgħax tas-suq li jkunu qed jintużaw fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.”,

    aqra:

    “Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mhux fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti jkun konvertit fl-ekwivalenti ta' għotja gross. Il-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross fir-rigward ta' tipi trasparenti ta' għajnuna barra minn għotjiet jew ta' għajnuna li tkun pagabbli f'għadd ta' pagamenti jeħtieġ li jiġu użati rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li tkun ingħatat tali għajnuna.”;

    F'paġna 11, fil-premessa (15), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “L-għajnuna fil-forma ta' self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja.”,

    aqra:

    “L-għajnuna fil-forma ta' self, inkluż l-għajnuna għal finanzjament ta' riskju de minimis li tieħu l-forma ta' self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat abbażi ta' rati attwali ta' imgħax tas-suq fil-mument li fih tingħata l-għotja.”;

    F'paġna 11, fil-premessa (15), it-tielet u r-raba' sentenza,

    minflok:

    “Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn ' EUR 75 000 fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq perjodu ta' għaxar snin, jista' jitqies li l-għotja grossa ekwivalenti tiegħu ma tkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”,

    aqra:

    “Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Kummissjoni, self assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u li ma jkunx iktar minn EUR 75 000 fuq perjodu ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq perjodu ta' għaxar snin, jista' jitqies li l-ekwivalenti ta' għotja gross tiegħu ma jkunx iktar mil-limitu de minimis massimu. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”;

    F'paġna 11, fil-premessa (17), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta' riskju li tikkonsisti f'garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'Avviż tal-Garanzija (3).”,

    aqra:

    “Għajnuna li tikkonsisti f'garanziji, inkluż l-għajnuna de minimis għal finanzjament ta' riskju li tikkonsisti f'garanziji, għandha titqies li tkun trasparenti jekk l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'Avviż tal-Garanzija (3).”;

    F'paġna 11, fil-premessa (17), ir-raba' sentenza,

    minflok:

    “Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma tkunx iktar minn EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista' tiġi kkunsidrata li għandha għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis.”,

    aqra:

    “Fejn il-garanzija ma tkunx iktar minn 80 % tas-self sottostanti, l-ammont garantit ma jkunx iktar minn EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanziji ma jkunx iktar minn ħames snin il-garanzija tista' tiġi kkunsidrata li għandha ekwivalenti ta' għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis.”;

    F'paġna 11, fil-premessa (17), is-sitt u s-seba' sentenza,

    minflok:

    “Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanziji li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, li l-Kummissjoni tkun aċċettatu bħala konformi mal-Avviż dwar il-Garanziji, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”,

    aqra:

    “Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġija biex jikkalkulaw l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' garanziji li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' Regolament ieħor tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien u li l-Kummissjoni tkun aċċettata bħala konformi mal-Avviż tal-Garanzija, jew skont kwalunkwe avviż suċċessiv, sakemm il-metodoloġija aċċettata tindirizza b'mod espliċitu t-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Minħabba d-diffikultajiet biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna mogħtija lil impriżi li jistgħu ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu lura s-self, din ir-regola m'għandhiex tapplika għal dawk l-impriżi.”;

    F'paġna 12, fil-premessa (19),

    minflok:

    “Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' investiment ta' ishma jew quais-ishma, twassalx għal għotja grossa ekwivalenti li ma taqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tidħol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.”,

    aqra:

    “Wara li ssir notifika minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' teżamina jekk miżura li ma tikkonsistix minn għotja, self, garanzija, injezzjoni ta' kapital jew miżuri ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' investiment ta' ishma jew quasi-ishma, twassalx għal ekwivalenti ta' għotja gross li ma jaqbiżx il-limitu de minimis u tista' għalhekk tidħol fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.”;

    F'paġna 13, fl-Artikolu 3(6), fit-tielet sentenza; u f'paġna 14, fit-titolu tal-Artikolu 4,

    minflok:

    “l-għotja grossa ekwivalenti”,

    aqra:

    “l-ekwivalenti ta' għotja gross”;

    F'paġna 14, fl-Artikolu 4(1),

    minflok:

    “Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li tiġi kkalkulata b'mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”,

    aqra:

    “Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jiġi kkalkulat b'mod preċiż l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).”;

    F'paġna 14, fl-Artikolu 4(3), il-punti (b) u (c),

    minflok:

    “(b) is-self ikun assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta' EUR 75 000 fuq t-tul ta' żmien ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq tul ta' żmien ta' għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta' żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dak is-self tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.”,

    aqra:

    “(b) is-self ikun assikurat b'garanzija li tkopri mill-inqas 50 % tas-self u s-self ikun ammont ta' EUR 75 000 fuq it-tul ta' żmien ta' ħames snin jew EUR 37 500 fuq tul ta' żmien ta' għaxar snin; jekk l-ammont tas-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal tul ta' żmien inqas minn ħames snin jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dak is-self jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.”;

    F'paġna 14, fl-Artikolu 4(6), il-punti (b) u (c),

    minflok:

    “(b) il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta' EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56 250 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawn l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta' żmien ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-għotja grossa ekwivalenti ta' dik il-garanziji tiġi kkalkulata bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew”,

    aqra:

    “(b) il-garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u jew l-ammont garantit hu ta' EUR 112 500 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' ħames snin jew l-ammont garantit hu EUR 56 250 u t-tul ta' żmien tal-garanzija hu ta' għaxar snin; jekk l-ammont garantit hu inqas minn dawk l-ammonti u/jew il-garanzija hi għal tul ta' żmien ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dik il-garanzija jiġi kkalkulat bħala proporzjon ekwivalenti għal-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2); jew (c) l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew”;

    F'paġna 14, fl-Artikolu 4, il-punt 6(d)(i),

    minflok:

    “(i) il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għotja grossa ekwivalenti tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u”,

    aqra:

    “(i) il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u”;

    F'paġna 15, fl-Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza,

    minflok:

    “Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espressa bħala għotja grossa ekwivalenti u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”,

    aqra:

    “Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espress bħala ekwivalenti ta' għotja gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”.


    Góra