EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1334

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1334 tas-7 ta' Awwissu 2019 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fis-Slovakkja (notifikata bid-dokument C(2019) 5989) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/5989

ĠU L 208, 8.8.2019, p. 44–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/11/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1334/oj

8.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1334

tas-7 ta' Awwissu 2019

dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fis-Slovakkja

(notifikata bid-dokument C(2019) 5989)

(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollu impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-ħnieżer u jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħrajn tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn iridu japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(4)

Wara li faqqa' d-deni Afrikan tal-ħnieżer fid-distrett ta' Trebišov fis-Slovakkja, dak l-Istat Membru għarraf lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni fit-territorju tiegħu fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbilixxa żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva.

(5)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1273 (4) ġiet adottata wara li ġew stabbiliti ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fis-Slovakkja skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1273, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fis-Slovakkja kompliet tiżviluppa f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer u kien hemm tifqigħa ġdida fid-distrett ta' Trebišov u, għaldaqstant, is-Slovakkja implimentat il-miżuri ta' kontroll meħtieġa u ġabret data ta' sorveljanza addizzjonali.

(7)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu deskritti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni riveduti stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fis-Slovakkja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. Dawn iż-żoni riveduti ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jqisu x-xenarju epidemjoloġiku attwali f'dak l-Istat Membru.

(8)

Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fis-Slovakkja jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9)

Barra minn hekk, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1273 u li din tiġi ssostitwita b'din id-Deċiżjoni sabiex jitqiesu l-miżuri aġġornati ta' ġestjoni tal-marda li huma fis-seħħ u l-evoluzzjoni fis-sitwazzjoni tal-marda fis-Slovakkja f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Slovakkja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jkunu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1273 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-18 ta' Novembru 2019.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1273 tas-26 ta' Lulju 2019 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fis-Slovakkja (ĠU L 201, 30.7.2019, p. 6).


ANNESS

Ir-Repubblika Slovakka

Żoni msemmijin fl-Artikolu 1

Data sa meta huma applikabbli

Żona ta' protezzjoni

Il-muniċipalitajiet ta' Strážne, Veľký Kamenec, Malý Kamenec, Somotor, Veľký Horeš u Streda nad Bodrogom.

It-18 ta' Novembru 2019

Żona ta' sorveljanza

Il-muniċipalitajiet ta' Viničky, Klín nad Bodrogom, Ladmovce, Zemplín, Svätá Mária, Rad, Svinice, Svätuše, Malý Horeš, Pribeník, Borša, Bara, Dobrá, Kráľovský Chlmec, Vojka, Cejkov, Malá Tŕňa, Slovenské Nové Mesto, Čerhov, Kašov, Veľká Tŕňa, Luhyňa, Veľaty, Michaľany, Hrčeľ, Kysta, Novosad, Zemplínske Jastrabie, Brehov, Zatín, Bol', Soľnička, Poľany, Leles, Bačka, Biel, Veľké Trakany, Malé Trakany, Čierna nad Tisou, Čierna, Bot'any, Ptrukša, Byšta, Brezina, Kazimír, Lastovce, Stanča, Zemplínska Nová Ves, Zemplínsky Branč, Kožuchov, Zemplínske Hradište, Hraň, Sirník, Malčice, Petrikovce, Veľké Raškovce, Ižkovce, Beša, Čičarovce, Veľké Kapušany, Maťovské Vojkovce, Budince, Kapušianske Kľačany, Ruská u Veľké Slemence.

It-18 ta' Novembru 2019


Top