Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 32019D1317
Council Decision (EU) 2019/1317 of 18 July 2019 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the Joint Committee established under the Agreement between the European Union and Japan for an Economic Partnership, as regards the establishment of the list of arbitrators
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1317 tat-18 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' Arbitri
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1317 tat-18 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' Arbitri
ST/10970/2019/INIT
ĠU L 205, 5.8.2019, blz. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Van kracht
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1317
tat-18 ta' Lulju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' Arbitri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni fl-20 ta' Diċembru 2018 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019. Skont l-Artikolu 22.1(4) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-Ftehim jiffunzjona sew u b'mod effettiv. |
(2) |
L-Artikolu 21.9(1) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt, matul l-ewwel laqgħa tiegħu, għandu jistabbilixxi lista ta' mill-inqas disa' individwi li huma lesti u kapaċi li jservu ta' arbitri. Skont l-Artikolu 22.2(3) tal-Ftehim, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu adottati wkoll bil-miktub. |
(3) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, għar-raġuni li d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta' arbitri hija vinkolanti għall-Unjoni. |
(4) |
Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' Arbitri, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU L 330, 27.12.2018, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (ĠU L 330, 27.12.2018, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ĠAPPUN GĦAL SĦUBIJA EKONOMIKA
ta' …
dwar l-istabbiliment tal-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi li jservu ta' arbitri
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, iffirmat f'Tokyo fis-17 ta' Lulju 2018, u b'mod partikolari l-Artikoli 21.9 (1) u 22.2 (3) tiegħu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri hija stabbilita kif indikat fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat Konġunt
Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġappun
Rappreżentant tal-UE
ANNESS
Lista tal-arbitri li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 21.9 (1) tal-Ftehim
L-arbitri proposti mill-Unjoni Ewropea
1. |
Pieter Jan KUIJPER |
2. |
Laurence BOISSON DE CHAZOURNES |
3. |
Giorgio SACERDOTI |
4. |
Hélène RUIZ FABRI |
Arbitri proposti mill-Ġappun
1. |
Akio SHIMIZU |
2. |
Ichiro ARAKI |
3. |
Shotaro OSHIMA |
4. |
Kozo KAWAI |
5. |
Hironobu SAKAI |
Presidenti
1. |
Merit JANOW (Stati Uniti) |
2. |
David UNTERHALTER (Afrika t'Isfel) |
3. |
Christian HÄBERLI (Żvizzera) |
4. |
Armand DE MESTRAL (Kanada) |
5. |
William DAVEY (Stati Uniti) |
6. |
Jennifer A. HILLMAN (Stati Uniti) |