Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 32019D1316
Council Decision (EU) 2019/1316 of 15 July 2019 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the United States of America and the European Union on the Allocation to the United States of a Share in the Tariff Rate Quota for High Quality Beef referred to in the Revised Memorandum of Understanding Regarding the Importation of Beef from Animals Not Treated with Certain Growth-Promoting Hormones and Increased Duties Applied by the United States to Certain Products of the European Union (2014)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1316 tal-15 ta' Lulju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1316 tal-15 ta' Lulju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)
ST/10677/2019/INIT
ĠU L 205, 5.8.2019, blz. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Van kracht
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1316/oj
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1316
tal-15 ta' Lulju 2019
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 (1), l-Unjoni fetħet kwota tariffarja annwali għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja (it-“TRQ”). |
(2) |
Fid-19 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni mal-Istati Uniti tal-Amerka, rigward l-operazzjoni tat-TRQ, inkluż dwar l-allokazzjoni għal kull pajjiż tat-TRQ, bil-għan li tintlaħaq riżoluzzjoni definittiva għat-tilwima tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-kawża DS26 (KE – Miżuri li jikkonċernaw il-laħam u prodotti tal-laħam (Ormoni)). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess mal-Istati Uniti fis-27 ta' Frar 2019. |
(3) |
Fid-19 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tfittex qbil ma' pajjiżi fornituri sostanzjali oħra taħt it-TRQ fir-rigward tal-allokazzjoni għal kull pajjiż tat-TRQ, f'konformità mar-regoli applikabbli tad-WTO, sa fejn ikun meħtieġ u mingħajr ma tinħoloq ebda bażi għal xi forma ta' kumpens. Il-pajjiżi fornituri sostanzjali l-oħra kkonfermaw bil-miktub li huma jaqblu mal-allokazzjoni għal kull pajjiż tat-TRQ. |
(4) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta' Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta' Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (tal-2014) huwa b'dan, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
J. LEPPÄ
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja (ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1).
(2) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.