This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0676
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/676 of 29 April 2019 approving the low-risk active substance ABE-IT 56 (components of lysate of Saccharomyces cerevisiae strain DDSF623), in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market, and amending the Annex to Commission Implementing Regulation (EU) No 540/2011 (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/676 tad-29 ta' April 2019 li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/676 tad-29 ta' April 2019 li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/3050
ĠU L 114, 30.4.2019, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/676
tad-29 ta' April 2019
li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-1 ta' April 2016 it-Task Force ABE-IT 56 ippreżentat lil Franza applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas- Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623) (minn hawn 'il quddiem “ABE-IT 56”). |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, Franza, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fil-25 ta' Mejju 2016. |
(3) |
Fl-20 ta' Ġunju 2017, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, li fih ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament, hi talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. F'Mejju 2018 il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali ġiet ippreżentata mill-Istat Membru relatur lill-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni. |
(5) |
Fis-26 ta' Lulju 2018, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk is-sustanza attiva ABE-IT 56 hix mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2). L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha. |
(6) |
Fit-23 ta' Ottubru 2018 il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ir-rapport ta' rieżami għall-ABE-IT 56 u fit-22 ta' Marzu 2019 abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tal-ABE-IT 56. |
(7) |
L-applikant ingħata l-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' rieżami. |
(8) |
Ġie stabbilit li l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar, ta' mill-anqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' rieżami. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi approvata l-ABE-IT 56. |
(9) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-ABE-IT 56 hija sustanza attiva b'riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-ABE-IT 56 mhijiex sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-ABE-IT 56 hija prodott ta' frazzjonament tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623. Is-Saccharomyces cerevisiae hija l-ħmira l-aktar użata fil-produzzjoni industrijali/kummerċjali tal-ikel u tax-xorb u tinsab kullimkien fl-ambjent. Mhijiex patoġenika għall-bnedmin jew għall-annimali, u lanqas mhi infettiva għall-bnedmin. Din ġeneralment isseħħ b'mod naturali u ma tikkostitwixxi riskju distint għall-ebda kompartiment ambjentali. |
(10) |
Għalhekk huwa xieraq li l-ABE-IT 56 tiġi approvata bħala sustanza b'riskju baxx għal perjodu ta' 15-il sena. |
(11) |
F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni tas-sustanza attiva
Is-sustanza attiva ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance ABE-IT 56 (components of lysate of Saccharomyces cerevisiae strain DDSF623). EFSA Journal 2018;16(9):5400, 14 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5400.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
L-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623) |
Mhux applikabbli |
1 000 g/kg (sustanza attiva) |
L-20 ta' Mejju 2019 |
L-20 ta' Mejju 2034 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar l-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.
ANNESS II
Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
“16 |
L-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623) |
Mhux Applikabbli |
1 000 g/kg (sustanza attiva) |
L-20 ta' Mejju 2019 |
L-20 ta' Mejju 2034 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar l-ABE-IT 56 (il-komponenti tal-liżat tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza DDSF623), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.