This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0675
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/675 of 29 April 2019 amending Regulation (EC) No 1067/2008 opening and providing for the administration of Community tariff quotas for common wheat of a quality other than high quality from third countries
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/675 tad-29 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/675 tad-29 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi
C/2019/3072
ĠU L 114, 30.4.2019, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
30.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/675
tad-29 ta' April 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (2) jipprovdi għall-ftuħ ta' kwota tariffarja globali għall-importazzjoni ta' 3 073 177 tunnellata ta' qamħ komuni li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 99 00 u li huwa ta' kwalità differenti minn dik superjuri, b'rata tad-dazju ta' EUR 12 għal kull tunnellata. |
(2) |
Fi ħdan il-kwota tariffarja globali, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jipprevedi subkwota ta' 2 378 387 tunnellata għall-pajjiżi terzi, ħlief għall-Kanada u għall-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll subkwota erga omnes ta' 122 790 tunnellata. |
(3) |
Madankollu, fil-kuntest tal-Ftehim mal-Istati Uniti fil-qafas tal-Artikolu XXIV:6 tal-GATT wara t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fl-2004 (3), ġie miftiehem li jitqies volum ta' 6 787 tunnellata fi ħdan is-subkwota erga omnes. Għalhekk għandhom jiżdiedu 6 787 tunnellata mas-subkwota erga omnes filwaqt li l-istess kwantità għandha titnaqqas mis-subkwota għall-pajjiżi terzi, ħlief għall-Kanada u għall-Istati Uniti tal-Amerka. |
(4) |
Abbażi tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, is-subkwota għall-pajjiżi terzi, ħlief għall-Kanada u għall-Istati Uniti tal-Amerka, għandha tiġi diviża f'erba' subperjodi ta' tliet xhur. Filwaqt li jitqies it-tnaqqis imsemmi hawn fuq tal-kwantità għal dik is-subkwota, huwa meħtieġ li jiġi adattat il-volum ta' kull subperjodu ta' tliet xhur. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi diviża fi tliet subkwoti:
|
(2) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Is-subkwota II għandha tiġi diviża f'erba' subperjodi ta' tliet xhur, li jkopru d-dati u l-kwantitajiet li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13).