Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42019D0390

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2019/390 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas-6 ta' Marzu 2019 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

ST/6283/2019/INIT

ĠU L 70, 12.3.2019, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/390/oj

12.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/32


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/390 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta' Marzu 2019

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106(a)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u ta' ħames Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja skadew fis-6 ta' Ottubru 2018.

(2)

Is-Sur Andreas KUMIN ġie nnominat għall-post ta' Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Andreas KUMIN biex jaqdi d-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Andreas KUMIN huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sas-6 ta' Ottubru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2019.

Il-President

L. ODOBESCU


Top