This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0389
Council Decision (EU) 2019/389 of 4 March 2019 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, within the EEA Joint Committee, concerning the amendment of Annex IX (Financial Services) to the EEA Agreement (Markets in Financial Instruments Regulation (MiFIR) and Directive MiFID II) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/389 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) u Direttiva MiFID II) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/389 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) u Direttiva MiFID II) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ST/6001/2019/INIT
ĠU L 70, 12.3.2019, p. 25–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/389
tal-4 ta' Marzu 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tikkonċerna l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) u Direttiva MiFID II)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX għal dak il-Ftehim li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) iridu jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(4) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
ABOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2019
ta' …
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (3), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Id-Direttiva (UE) 2016/1034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (4) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Id-Direttiva 2014/65/UE tħassar id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jispeċifika l-każijiet li fihom l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) jistgħu temporanjament jipprojbixxu jew jirrestrinġu ċerti attivitajiet finanzjarji, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet neċessarji f'konformità, rispettivament, mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont il-punti 31g u 31i tal-Anness IX għall-Ftehim ŻEE. Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-ABE u tal-ESMA fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri taż-ŻEE, tali deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-ABE jew mill-ESMA, skont il-każ. Dan jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda. |
(7) |
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim rifless fil-konklużjonijiet (8) tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim ŻEE. |
(8) |
Għalhekk, l-Anness IX għall-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 13b (id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendata bi:
|
2. |
It-test tal-punt 31ba (id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidel b'dan li ġej: “32014 L 0065: Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349), kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, mill-ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, kif emendata bi:
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
3. |
It-test tal-punt 31baa (imħassar) jinbidel b'dan li ġej: “32014 R 0600: Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84), kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, mill-ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, kif emendat bi:
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
4. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 600/2014, kif irrettifikat mill-ĠU L 270, 15.10.2015, p. 4, ĠU L 187, 12.7.2016, p. 30 u mill-ĠU L 278, 27.10.2017, p. 54, u (UE) 2016/1033 u tad-Direttivi 2014/65/UE, kif irrettifikata mill-ĠU L 188, 13.7.2016, p. 28, ĠU L 273, 8.10.2016, p. 35 u mill-ĠU L 64, 10.3.2017, p. 116, u (UE) 2016/1034 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.
(2) ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1.
(3) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(4) ĠU L 175, 30.6.2016, p. 8.
(5) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(7) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(8) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti għad-Deciżjoni Nru …/2019 li tinkorpora d-Direttiva 2014/65/UE fil-Ftehim ŻEE
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-inkorporazzjoni fil-Ftehim ŻEE tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE hija bla preġudizzju għar-regoli nazzjonali ta' applikazzjoni ġenerali li jikkonċernaw il-kontroll tal-investiment dirett barrani għall-finijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku.