Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0355

    Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-25 ta' Frar 2019 li jagħtu kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2017 [2019/355]

    ST/2102/2019/INIT

    ĠU L 64, 5.3.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/355/oj

    5.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 64/11


    DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

    tal-25 ta' Frar 2019

    li jagħtu kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2017 [2019/355]

    IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(6) tal-Anness III tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tal-Anness tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 3/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE tas-27 ta' Settembru 2006 dwar ir-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (3), b'mod partikolari l-Artikolu 26(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-sena finanzjarja 2017 li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017,

    Wara li kkunsidra r-rapport tal-Awdituri dwar il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017,

    Wara li ħa nota tat-tweġibiet mogħtija mid-Direttur taċ-Ċentru għall-kummenti magħmula mill-Awdituri,

    Wara li ħa nota tal-approvazzjoni, mill-Bord taċ-Ċentru, tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u tar-rapport tal-Awdituri taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali għas-sena finanzjarja 2017,

    Billi:

    (1)

    Id-dħul taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017 ikkonsista prinċipalment minn kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jammonta għal EUR 14 792 000.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit taċ-Ċentru mid-Direttur matul is-sena finanzjarja 2017 kienet tali li jenħtieġ li d-Direttur jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dak il-baġit,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-Kumitat, fuq il-bażi tar-rapport tal-Awdituri u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-sena finanzjarja korrispondenti, b'dan jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2017.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2019.

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

    Il-President

    Luminița Teodora ODOBESCU


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 309, 19.11.2013, p. 50.

    (3)  ĠU L 350, 12.12.2006, p. 1.


    Top