Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0312

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta' Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

    ST/5634/2019/INIT

    ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/312/oj

    22.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 51/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/312

    tal-21 ta' Frar 2019

    li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali).

    (2)

    Fil-11 ta' Jannar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/50 (2), li estendiet l-EUCAP Sahel Msali sal-14 ta' Jannar 2019. Fis-7 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2264 (3), li pprovdiet għal ammont ta' referenza finanzjarja għall-EUCAP Sahel Mali sal-14 ta' Jannar 2019.

    (3)

    Fil-25 ta' Ġunju 2018, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar is-Saħel/il-Mali, il-Kunsill issottolinja l-importanza tar-reġjonalizzazzjoni tal-PSDK fis-Saħel bil-għan li jissaħħu, kif xieraq, l-appoġġ ċivili u militari għal kooperazzjoni transfruntiera, l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali – b'mod partikolari dawk tal-G5 tas-Saħel – u l-kapaċità u s-sjieda tal-pajjiżi tal-G5 biex jindirizzaw l-isfidi ta' sigurtà fir-reġjun.

    (4)

    Fil-25 ta' Ottubru 2018, wara r-Rieżami Strateġiku tal-EUCAP Sahel Malii, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-EUCAP Sahel Mali tiġi estiża sal-14 ta' Jannar 2021.

    (5)

    Fis-17 ta' Diċembru 2018, sakemm il-Kunsill japprova d-dokumenti ta' ppjanar dwar ir-reġjonalizzazzjoni tas-Saħel, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2008 (4), li estendiet il-EUCAP Sahel Mali u li pprovdietha b'ammont ta' referenza finanzjarja sat-28 ta' Frar 2019.

    (6)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata u estiża skont dan.

    (7)

    L-EUCAP Sahel Mali ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn l-1 ta' Marzu 2019 u l-14 ta' Jannar 2021 għandu jkun ta' EUR 66 930 000.”;

    (2)

    fl-Artikolu 18, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Għandha tapplika sal-14 ta' Jannar 2021.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2019.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. CIAMBA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/50 tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 7, 12.1.2017, p. 18).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2264 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 324, 8.12.2017, p. 52).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2008 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 24).


    Top