EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0129

Regolament (UE) 2019/129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

PE/65/2018/REV/1

ĠU L 30, 31.1.2019, p. 106–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/129/oj

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/106


REGOLAMENT (UE) 2019/129 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istudju komprensiv tal-effetti tal-istadju ambjentali Euro 5 għall-vetturi tal-kategorija L (“l-istudju tal-effetti”) imwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet li nstabu mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-partijiet ikkonċernati fl-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet u kjarifiki fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni bla xkiel tiegħu.

(2)

Fir-rigward tar-rekwiżit li tiġi installata sistema dijanjostika abbord (OBD) tal-istadju II, li jiżgura monitoraġġ u rappurtar dwar fallimenti u degradazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet fuq il-bażi tal-istudju tal-effetti li hemm limitazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-monitoraġġ tal-katalizzatur għal ċerti vetturi u li jkun meħtieġ żvilupp ulterjuri biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tiegħu. Il-monitoraġġ tal-katalizzattur mhux mistenni jkun lest għall-ewwel round tal-istadju tal-emissjonijiet Euro 5, iżda huwa previst għall-2025. L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 għalhekk jenħtieġ li jistiplua l-perjodu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżit tas-sistema OBD tal-istadju II.

(3)

Minħabba li l-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e huma diġà esklużi mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I, il-vetturi tal-kategorija L6e, li huma ddisinjati u mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-mopeds u li huma prodotti f'volumi pjuttost żgħar, ukoll jenħtieġ li jkunu eżentati minn dak ir-rekwiżit.

(4)

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-eżenzjoni għall-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II u li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għall-kwadriċikli ħfief (kategorija L6e) u l-muturi tas-subkategoriji enduro (L3e-AxE) u trials (L3e-AxT).

(5)

Il-muturi tas-subkategoriji enduro u trials ikollhom ħajja qasira u huma simili ħafna fin-natura u fl-użu għall-kwadriċikli tqal għal kull tip ta' terren (L7e-B) li huma eżentati mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II. Dik l-eżenzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi estiża għall-muturi tas-subkategoriji enduro u trials.

(6)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fl-istudju tal-effetti li l-proċedura matematika tad-durabilità stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, li tipprevedi li l-vetturi jiġu ttestjati wara 100 km ta' użu, ma tirriflettix id-degradazzjoni reali tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet ta' vettura matul ħajjitha. Jenħtieġ li dak il-metodu ma jibqax jintuża u jenħtieġ li jitneħħa gradwalment sal-2025 biex ikun hemm żmien biżżejjed ħalli l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jadattaw. Għall-perjodu sal-2025, id-distanza akkumulata meħtieġa li vettura għandha tivvjaġġa qabel ma tiġi ttestjata jenħtieġ li tiżdied biex jiġi żgurat li r-riżultati tat-test ikunu affidabbli.

(7)

It-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli. Madanakollu, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-istudju tal-effetti, li hemm bżonn li d-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-B, L2e-U, L3e-AxT u L3e-AxE) tiġi posposta mill-2020 għall-2024 biex jiżdied il-proporzjon ta' kostijiet-benefiċċji meta mqabblin mal-valuri ta' referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta' dawk il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni, tkun tista' tinkiseb b'mod kosteffikaċi.

(8)

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jirrikjedi li ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun fih, bħala dokument mehmuż, ir-riżultati tat-testijiet. Jenħtieġ li, fl-interess taċ-ċarezza, dik id-dispożizzjoni tiġi emendata sabiex jiġi ċċarat li r-riferiment huwa għall-iskeda tar-riżultati tat-testijiet.

(9)

Ċerti inkonsistenzi fid-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-livell tal-istorbju Euro 5 fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jenħtieġ li jiġu ċċarati sabiex jiġi żgurat li l-limiti eżistenti (Euro 4) jibqgħu applikabbli sakemm jiġu stabbiliti limiti ġodda għall- Euro 5.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ta lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta' ħames snin, li skada fil-21 ta' Marzu 2018. Peress li teżisti ħtieġa kontinwa li jiġu aġġornati elementi tal-leġislazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għall-progress tekniku jew li jiġu introdotti emendi oħra b'mod allinjat mal-għoti tas-setgħat, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprovdi għall-estensjoni tad-delega għal perjodu ieħor ta' ħames snin bil-possibbiltà ta' estensjoni awtomatika.

(11)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, is-setgħa mogħtija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 biex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta atti delegati rigward ir-rekwiżiti tekniċi relatati mad-dijanjostika abbord jenħtieġ li tkun aktar ċara u aktar preċiża.

(12)

Minħabba li dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013, mingħajr ma jespandi l-kontenut regolatorju u minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 168/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 21

Rekwiżiti ġenerali għas-sistemi dijanjostiċi abbord

1.   Il-vetturi tal-kategorija L, bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e, għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD li tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali u mal-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 8 u mid-dati ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness IV.

2.   Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.1 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tirrapporta dawk il-fallimenti li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1).

3.   Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.2 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiskatta rapport meta jinqabżu l-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta' kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti.

4.   Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.3 tal-Anness IV, il-kategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiskatta rapport meta jinqabżu l-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B2). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta' kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti.

5.   Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.4 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom minn barra hekk ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II li timmonitorja u tirraporta fallimenti u degradazzjoni tas-sistema OBD tal-kontroll tal-emissjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katallizatur, li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B1).

6.   Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.5 tal-Anness IV, il-kategoriji u s-subkategoriji ta' vetturi L3e, L4e, L5e-A u L7e-A għandhom barra minn hekk ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju II li timmonitorja u tirraporta fallimenti u degradazzjoni tas-sistema OBD tal-kontroll tal-emissjonijiet, li jirriżultaw fi qbiż tal-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness VI (B2).

7.   Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal muturi enduro fis-subkategorija L3e-AxE u muturi tat-trials fis-subkategorija L3e-AxT.

8.   Sabiex tarmonizza s-sistema OBD ta' rappurtar tal-fallimenti tas-sikurezza funzjonali jew tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u tiffaċilita t-tiswija effikaċi u effiċjenti ta' vettura, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 75 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mas-sistema dijanjostika abbord, fir-rigward tal-kategoriji u s-subkategoriji tal-vetturi msemmija fl-Anness II, C1 - Rekwiżiti tal-bini tal-vetturi u rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tat-tip, fir-ringiela relatata man-Nru. 11, inklużi r-rekwiżiti OBD funzjonali u l-proċeduri tat-test għal dawk is-suġġetti elenkati fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti tekniċi dettaljati marbuta mat-test ta' tip VIII imsemmija fl-Anness V.”;

(2)

Fl-Artikolu 23(3), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

proċedura matematika tad-durabilità:

Sal-31 ta' Diċembru 2024, għal kull kostitwent tal-emissjonijiet, il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-fattur ta' deterjorament stabbilit fl-Anness VII(B) u r-riżultat tat-test tal-prestazzjoni ambjentali ta' vettura li tkun akkumulat aktar minn 100 km wara li tkun tħaddmet għall-ewwel darba fi tmiem il-linja ta' produzzjoni għandu jkun aktar baxx mil-limitu tat-test tal-prestazzjoni ambjentali stipulat fl-Anness VI(A).

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għal tipi ġodda ta' vetturi mill-1 ta' Jannar 2020 u għal tipi eżistenti ta' vetturi mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2024, għal kull kostitwent tal-emissjonijiet, il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-fattur ta' deterjorament stabbilit fl-Anness VII (B) u r-riżultat tat-test tal-prestazzjoni ambjentali ta' vettura li tkun akkumulat aktar minn 2 500 km għal vettura b'veloċità massima skont id-disinn tal-vettura ta' < 130 km/h u 3 500 km għal vettura b'veloċità massima skont id-disinn tal-vettura ta' ≥ 130 km/h wara li tkun tħaddmet għall-ewwel darba fi tmiem il-linja ta' produzzjoni għandu jkun aktar baxx mil-limitu tal-emissjonijiet tal-egżoststipulat fl-Anness VI (A).”;

(3)

Fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

“l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet;”

(4)

Fl-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fiż-żmien tal-produzzjoni tagħhom, iżda li la kienu rreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.”;

(5)

L-Artikolu 75(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(8), l-Artikolu 22(5) u (6), l-Artikolu 23(6) u (12), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 32(6), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 57(12), l-Artikolu 65 u l-Artikolu 74 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-22 ta' Marzu 2013. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard mit-22 ta' Ġunju 2022 u disa' xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' ħames snin sussegwenti.”;

(6)

L-Annessi II, IV, V u VI huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' Jannar 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 32.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2018.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).


ANNESS

L-Annessi II, IV, V u VI għar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, it-taqsima C1, fir-ringiela relatata man-Nru.11, is-sinjal “X” jitħassar għas-subkategoriji L6e-A u L6e-B;

(2)

Fl-Anness IV, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti 1.1.2.1, 1.1.2.2 u 1.1.2.3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.1.2.1.

Euro 4: Anness VI A1

L1e, L2e, L6e

1.1.2017

1.1.2018

31.12.2020; għal-L2e-U u L6e-B: 31.12.2024

1.1.2.2.

Euro 4: Anness VI A1

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2016

1.1.2017

31.12.2020; għal-L3e-AxE u L3e-AxT 31.12.2024

1.1.2.3.

Euro 5: Anness VI A2

L1e-L7e

1.1.2020;

għal L2e-U, L3e-AxE, L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2024

1.1.2021;

għal L2e-U, L3e-AxE, L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2025”

 

(b)

il-punti 1.8.1, 1.8.2 u 1.8.3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.8.1.

Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju I

L3e, L4e, L5e-A, L7e-A

1.1.2016

1.1.2017

31.12.2020

Proċedura tat-test ambjentali OBD tal-istadju I (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju I, Anness VI (B1)

1.8.2.

Ir-rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju I li jinkludu kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti.

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2020

1.1.2021

31.12.2024

Proċedura tat-test ambjentali OBD tal-istadju I (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju I, Anness VI (B1)

1.8.3.

Ir-rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju I li jinkludu kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti.

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2024

1.1.2025”

 

Proċedura tat-test ambjentali OBD tal-istadju I (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju I, Anness VI (B2)

(c)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“1.8.4.

Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju II bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katallizatur

L3e (għajr L3e-AxE u L3e-AxT, L4e, L5e-A, L7e-A

1.1.2020

1.1.2021

31.12.2024

Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII)

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B1)

1.8.5.

Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju II,

L3e (għajr L3e-AxE u L3e-AxT, L4e, L5e-A, L7e-A

1.1.2024

1.1.2025”

 

Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII),

Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B2)

(d)

il-punti 1.9.1, u 1.9.2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.9.1.

Proċedura tat-test tal-livell tal-ħoss u valuri ta' limitu Anness VI (D)

L1e, L2e, L6e

1.1.2017

1.1.2018

 

1.9.2.

Proċedura tat-test tal-livell tal-ħoss u valuri ta' limitu (3), Anness VI (D)

L3e, L4e, L5e, L7e

1.1.2016

1.1.2017”

 

(e)

il-punt 1.9(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.9.4.

Ir-Regolamenti tan-NU/KEE Nri 9, 41, 63, 92 u valuri ta' limitu ġodda assoċjati, proposti mill-Kummissjoni

L1e-L7e”

 

 

 

(3)

Fl-Anness V, it-taqsima B, il-kontenut taċ-ċellola fl-ewwel kolonna, it-tieni ringiela, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Test tat-Tip I (19) Massa tal-partikoli (Euro 5 biss)”;

(4)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-taqsima B1, titħassar l-ewwel ringiela li tirreferi għall-kategorija tal-Vetturi “L6e-A”;

(b)

fit-taqsima B2, l-ewwel ringiela:

(i)

il-kliem: “L3e-L7e (6)” huwa sostitwit bil-kliem:

“L3e, L4e, L5e, L7e”

(ii)

il-kliem: “Il-vetturi kollha tal-kategorija L ħlief il-kategoriji L1e u L2e” huwa sostitwit bil-kliem:

“Il-vetturi kollha tal-kategorija L ħlief il-kategoriji L1e, L2e u L6e”.


Top