Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0104

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/104 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill Konġunt UE-Messiku stabbilit taħt il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 u Nru 2/2001 sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ST/15376/2017/INIT

    ĠU L 21, 24.1.2019, p. 23–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/104/oj

    24.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/104

    tat-22 ta' Mejju 2018

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill Konġunt UE-Messiku stabbilit taħt il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emendar tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 u Nru 2/2001 sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Globali”) ġie ffirmat fit-8 ta' Diċembru 1997, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2000.

    (2)

    Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti Messikani għat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Globali sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-“Protokoll”).

    (3)

    In-negozjati ġew konklużi b'suċċess u, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2024 (2), il-Protokoll ġie ffirmat fis-27 ta' Novembru 2018..

    (4)

    L-Artikoli 5, 6, 7, 10, u 47 tal-Ftehim Globali jagħtu s-setgħa lill-Kunsill Konġunt UE-Messiku stabbilit taħt l-Artikolu 45 tal-Ftehim Globali (il-“Kunsill Konġunt”) biex jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim Globali, u b'mod partikolari biex jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa u kalendarju għall-kummerċ f'merkanzija, kummerċ f'servizzi u akkwist pubbliku.

    (5)

    Peress li l-Kroazja hija Parti għall-Ftehim Globali, jenħtieġ li jiġu adattati diversi dispożizzjonijiet ta':

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 (3), kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 3/2004 (4) u Nru 2/2008 (5), dwar il-kummerċ ta' merkanzija, iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u l-akkwist pubbliku; u

    id-Deċiżjoni Nru 2/2001 (6), kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 4/2004 (7) u Nru 3/2008 (8), sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-awtoritajiet responsabbli mis-servizzi finanzjarji u dawk il-miżuri inkonsistenti mal-Artikoli 12 sa 16 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 li l-Kroazja ser iżżomm taħt l-Artikolu 17(3) tagħha.

    (6)

    Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' Deċiżjonijiet mehmużin,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill Konġunt UE-Messiku stabbilit taħt il-Ftehim Globali fir-rigward tal-emendi fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 u Nru 2/2001 sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' Deċiżjonijiet tal-Kunsill Konġunt li jinsabu mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

    2.   Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill Konġunt jistgħu jaqblu dwar bidliet tekniċi minuri fl-abbozzi tad-Deċiżjonijiet mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. KARANIKOLOV


    (1)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2024 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 2/2000 tat-23 ta' Marzu 2000 (ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 3/2004 tad-29 ta' Lulju 2004 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 tat-23 ta' Marzu 2000 (ĠU L 293, 16.9.2004, p. 15).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 2/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 3/2004 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 55).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 2/2001 tas-27 ta' Frar 2001 li timplimenta l-Artikoli 6, 9, 12(2)(b) u 50 tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni (ĠU L 70, 12.3.2001, p. 7).

    (7)  Id-Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku tat-18 ta' Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2/2001 tal-Kunsill Konġunt (ĠU L 192, 22.7.2005, p. 35).

    (8)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku tal-15 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 4/2004(ĠU L 137, 3.6.2009, p. 7).


    ABBOZZ 1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL KONĠUNT UE-MESSIKU Nru 1/2018

    ta' …

    li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2000

    IL-KUNSILL KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Globali”), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 10 flimkien mal-Artikolu 47 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (“il-Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, it-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Globali ġie ffirmat fi …, il-… u sar applikabbli minn …. (+)

    (2)

    Fid-dawl ta' dak, jenħtieġ li jiġu adattati, b'effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali, ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 (2), kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 3/2004 (3) u Nru 2/2008 (4), li jikkonċernaw il-kummerċ f'merkanzija, iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u l-akkwist pubbliku.

    (3)

    L-Artikoli 5, 6, 7, 10, u 47 tal-Ftehim Globali jagħtu s-setgħa lill-Kunsill Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 45 tal-Ftehim Globali biex jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim Globali, u b'mod partikolari biex jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa u kalendarju relattivament għall-kummerċ f'merkanzija, kummerċ f'servizzi u akkwist pubbliku,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    2.   Dan l-Artikolu ma jaffettwax il-kontenut tal-klawżola ta' rieżami stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

    Artikolu 2

    L-Artikoli 17(4) u 18(2) u l-Appendiċi IV tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huma emendati kif stipulat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    1.   L-entitajiet tal-Kroazja elenkati fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni jiżdiedu mat-taqsimiet rilevanti tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

    2.   Il-pubblikazzjonijiet tal-Kroazja elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-Parti B tal-Anness XIII tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika b'effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali.

    Magħmul fi …,

    Għall-Kunsill Konġunt

    Il-President


    (1)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

    (+)  

    +

    ĠU: daħħal il-post u d-data tal-iffirmar u u d-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll li jinsab fid-dokument ST 15410/17.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 2/2000 tat-23 ta' Marzu 2000 (ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10).

    (3)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 3/2004 tad-29 ta' Lulju 2004 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 tat-23 ta' Marzu 2000 (ĠU L 293, 16.9.2004, p. 15).

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 2/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 3/2004 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 55).

    ANNESS I

    SKEDA TA' ELIMINAZZJONI TA' TARIFFI TAL-KOMUNITÀ

    Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwantità tal-kwota tariffarja annwali

    Rata tad-dazju tal-kwota tariffarja

    “0803 00 19

    Banana, friska (minbarra pjantaġġini)

    2 010 tunnellati (*1)

    EUR 70/tunnellata


    (*1)  Din il-kwota tariffarja annwali għandha tkun miftuħa mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena kalendarja. Madankollu, hija għandha tiġi applikata għall-ewwel darba mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.

    ANNESS II

    VERŻJONIJIET LINGWISTIĊI ĠODDA TA' RIMARKI AMMINISTRATTIVI U D-“DIKJARAZZJONI FUQ IL-FATTURA” FL-ANNESS III TAD-DEĊIŻJONI Nru 2/2000

    L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

    “4.   Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa b'mod retrospettiv iridu jkunu annotati b'waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:

     

    BG “ИЗДАДЕН ВПОСЛЕДСТВИЕ”

     

    ES “EXPEDIDO A POSTERIORI”

     

    CS “VYSTAVENO DODATEČNE”

     

    DA “UDSTEDT EFTERFØLGENDE”

     

    DE “NACHTRÄGLICH AUSGESTELLT”

     

    ET “TAGANTJÄRELE VÄLJA ANTUD”

     

    EL “ΕΚΔΟΘΕΝ ΕΚ ΤΩΝ ΥΣΤΕΡΩΝ”

     

    EN “ISSUED RETROSPECTIVELY”

     

    FR “DÉLIVRÉ A POSTERIORI”

     

    HR “NAKNADNO IZDANO”

     

    IT “RILASCIATO A POSTERIORI”

     

    LV “IZSNIEGTS RETROSPEKTĪVI”

     

    LT “RETROSPEKTYVUSIS IŠDAVIMAS”

     

    HU “KIADVA VISSZAMENŐLEGES HATÁLLYAL”

     

    MT “MAĦRUĠ RETROSPETTIVAMENT”

     

    NL “AFGEGEVEN A POSTERIORI”

     

    PL “WYSTAWIONE RETROSPEKTYWNIE”

     

    PT “EMITIDO A POSTERIORI”

     

    RO “EMIS A POSTERIORI”

     

    SK “VYDANÉ DODATOČNE”

     

    SL “IZDANO NAKNADNO”

     

    FI “ANNETTU JÄLKIKÄTEEN”

     

    SV “UTFÄRDAT I EFTERHAND””;

    (2)

    fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.   Id-duplikat maħruġ skont il-paragrafu 1 irid ikun annotat b'waħda mill-kelmiet li ġejjin:

     

    BG “ДУБЛИКАТ”

     

    ES “DUPLICADO”

     

    CS “DUPLIKÁT”

     

    DA “DUPLIKAT”

     

    DE “DUPLIKAT”

     

    ET “DUPLIKAAT”

     

    EL “ΑΝΤΙΓΡΑΦΟ”

     

    EN “DUPLICATE”

     

    FR “DUPLICATA”

     

    HR “DUPLIKAT”

     

    IT “DUPLICATO”

     

    LV “DUBLIKĀTS”

     

    LT “DUBLIKATAS”

     

    HU “MÁSODLAT”

     

    MT “DUPLIKAT”

     

    NL “DUPLICAAT”

     

    PL “DUPLIKAT”

     

    PT “SEGUNDA VIA”

     

    RO ‘DUPLICAT’

     

    SK “DUPLIKÁT”

     

    SL “DVOJNIK”

     

    FI “KAKSOISKAPPALE”

     

    SV “DUPLIKAT””;

    (3)

    dan li ġej jiżdied mal-Appendiċi IV wara l-verżjoni Franċiża:

    “Verżjoni Kroata

    Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.

    (1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ta' dan l-Anness, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispażju."

    (2)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt. L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, skont is-sens tal-Artikolu 37 ta' dan l-Anness, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.”."


    (1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ta' dan l-Anness, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispażju.

    (2)  Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt. L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla, skont is-sens tal-Artikolu 37 ta' dan l-Anness, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.”.”

    ANNESS III

    ENTITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI

    1.

    L-entitajiet tal-gvern ċentrali li ġejjin jiżdiedu mat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

    “AC – Il-Kroazja

    1.

    Il-Parlament Kroat

    Hrvatski Sabor

    2

    Il-President tar-Repubblika tal-Kroazja

    Predsjednik Republike Hrvatske

    3

    L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja

    Ured predsjednika Republike Hrvatske

    4

    L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja wara l-iskadenza tat-terminu tal-uffiċċju

    Ured predsjednika Republike Hrvatske po prestanku obnašanja dužnosti

    5

    Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

    Vlada Republike Hrvatske

    6

    L-Uffiċċji tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

    uredi Vlade Republike Hrvatske

    7

    Il-Ministeru tal-Ekonomija

    Ministarstvo gospodarstva

    8

    Il-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fondi tal-UE

    Ministarstvo regionalnoga razvoja i fondova Europske unije

    9

    Il-Ministeru tal-Finanzi

    Ministarstvo financija

    10

    Il-Ministeru tad-Difiża

    Ministarstvo obrane

    11

    Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

    Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

    12

    Il-Ministeru tal-Intern

    Ministarstvo unutarnjih poslova

    13

    Ministeru tal-Ġustizzja

    Ministarstvo pravosuđa

    14

    Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika

    Ministarstvo uprave

    15

    Il-Ministeru tal-Imprenditorija u l-Artiġjanat

    Ministarstvo poduzetništva i obrta

    16

    Il-Ministeru tax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet

    Ministarstvo rada i mirovinskoga sustava

    17

    Il-Ministeru għall-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Infrastruttura

    Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture

    18

    Il-Ministeru tal-Agrikoltura

    Ministarstvo poljoprivrede

    19

    Il-Ministeru tat-Turiżmu

    Ministarstvo turizma

    20

    Il-Ministeru tal-Ħarsien Ambjentali u tan-Natura

    Ministarstvo zaštite okoliša i prirode

    21

    Il-Ministeru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Fiżiku

    Ministarstvo graditeljstva i prostornoga uređenja

    22

    Il-Ministeru għall-Affarijiet tal-Veterani

    Ministarstvo branitelja

    23

    Il-Ministeru tal-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ

    Ministarstvo socijalne politike i mladih

    24

    Il-Ministeru tas-Saħħa

    Ministarstvo zdravlja

    25

    Il-Ministeru tax-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Isport

    Ministarstvo znanosti, obrazovanja i sporta

    26

    Il-Ministeru tal-Kultura

    Ministarstvo kulture

    27

    L-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-istat

    državne upravne organizacije

    28

    L-Uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea

    uredi državne uprave u županijama

    29

    Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja

    Ustavni sud Republike Hrvatske

    30

    Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja

    Vrhovni sud Republike Hrvatske

    31

    Il-Qrati

    sudovi

    32

    Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat

    Državno sudbeno vijeće

    33

    L-Uffiċċji tal-Avukat tal-Istat

    državna odvjetništva

    34

    Il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat

    Državno odvjetničko vijeće

    35

    L-uffiċċji tal-Ombudsman;

    pravobraniteljstva

    36

    Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku

    Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave

    37

    Il-Bank Nazzjonali Kroat

    Hrvatska narodna banka

    38

    Aġenziji u uffiċċji tal-Istat

    državne agencije i uredi

    39

    L-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat'

    Državni ured za reviziju”.

    2.

    Il-korpi u kategoriji ta' korpi li ġejjin jiżdiedu mal-Ehmża tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

    “(a)

    Anness I

    ‘PRODUZZJONI, TRASPORT U DISTRIBUZZJONI TA' ILMA GĦAX-XORB’:

    ‘IL-KROAZJA

    Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali jeżerċitaw l-attività ta' kostruzzjoni (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta' netwerks fissi jew il-ġestjoni ta' netwerks fissi għall-forniment ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta' ilma tax-xorb u l-provvista bl-ilma tax-xorb lil netwerks fissi; bħall-entitajiet stabbiliti mill-unitajiet tal-awtogvern lokali li jaġixxu bħala l-fornitur pubbliku tas-servizzi tal-provvista tal-ilma jew tas-servizzi tad-dranaġġ skont l-Att dwar l-Ilma (il-Gazzetta Uffiċjali 153/09, 63/11, 130/11, 53/13 u 14/14).’;

    (b)

    Anness II

    ‘PRODUZZJONI, TRASPORT U DISTRIBUZZJONI TAL-ELETTRIKU’:

    ‘IL-KROAZJA

    Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali jeżerċitaw l-attività ta' kostruzzjoni (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta' netwerks fissi jew il-ġestjoni ta' netwerks fissi għall-forniment ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta' enerġija tal-elettriku u l-provvista bl-enerġija tal-elettriku lil netwerks fissi; bħall-entitajiet li jeżerċitaw fl-imsemmija attivitajiet abbażi ta' Liċenzja biex iwettqu attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12 u 14/14).’;

    (c)

    Anness VII

    ‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TA' SERVIZZI TAL-FERROVIJA URBANA, TAT-TRAMM, TAT-TROLLEYBUS JEW TAL-LINJA’:

    ‘IL-KROAZJA

    Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li skont regoli speċjali, jeżerċitaw l-attività li jagħmlu disponibbli n-netwerks jew li jiġestixxu n-netwerks għas-servizzi pubbliċi ta' trasport bil-ferrovija urbana, sistemi awtomatizzati, tram, karozza tal-linja, trolleybus u funikular, bħall-entitajiet li jeżerċitaw l-attivitajiet imsemmija bħala servizz pubbliku skont l-Att dwar l-Utilitajiet (il-Gazzetta Uffiċjali 36/95, 70/97, 128/99, 57/00, 129/00, 59/01, 26/03, 82/04, 110/04, 178/04, 38/09, 79/09, 153/09, 49/11, 84/11, 90/11, 144/12, 94/13, 153/13 u 147/14).’;

    (d)

    Anness VIII

    ‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TAL-AJRUPORT’:

    ‘IL-KROAZJA

    L-impriżi pubbliċi li huma awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taċ-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali, jeżerċitaw attività marbuta mal-isfruttament ta' żona ġeografika, bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tat-trasport bl-ajru ajruporti u tagħmir ieħor ta' terminals, bħall-entitajiet involuti f'attivitajiet imsemmija abbażi ta' konċessjonijiet mogħtija skont l-Att dwar l-Ajruporti (il-Gazzetta Uffiċjali 19/98 u 14/11).’;

    (e)

    Anness IX

    ‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TA' PORT MARITTIMU JEW INTERN JEW TA' TERMINALI OĦRA’:

    ‘IL-KROAZJA

    Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 6 taċ-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali, huma involuti f'attivitajiet li jirrigwardaw l-isfruttament ta' żona ġeografika bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tat-trasport bil-baħar jew bix-xmara portijiet tal-baħar, portijiet tax-xmajjar u terminals oħra tat-trasport; bħall-entitajiet involuti f'attivitajiet imsemmija abbażi ta' għoti ta' konċessjonijiet skont l-Att dwar il-Qasam Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar(il-Gazzetta Uffiċjali 158/03, 100/04, 141/06 u 38/09).’.

    ANNESS IV

    PUBBLIKAZZJONIJIET

    Dan li ġej jiżdied mal-Parti B tal-Anness XIII tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:

    “Il-Kroazja

    Avviżi:

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    Narodne Novine

    Reklamar Elettroniku tal-Akkwist Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja (https://eojn.nn.hr/Oglasnik/clanak/electronic-public-procurement-of-the-republic-of-croatia/0/81/)”.


    ABBOZZ 2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL KONĠUNT UE-MESSIKU Nru 2/2018

    ta' …

    li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2001

    IL-KUNSILL KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Globali”), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 47 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (“il-Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, it-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Globali ġie ffirmat fi …, il-… u sar applikabbli minn … (+).

    (2)

    Fid-dawl ta' dak, jenħtieġ li jiġu adattati, b'effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali, l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 (2), kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 4/2004 (3) u Nru 3/2008 (4), sabiex jiġu aġġornati l-awtoritajiet responsabbli mis-servizzi finanzjarji u dawk il-miżuri inkonsistenti mal-Artikoli 12 sa 16 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 li l-Kroazja ser iżżomm sa meta jiġi implimentat l-Artikolu 17(3) tagħha.

    (3)

    Dan l-adattament joffri wkoll l-okkażjoni sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-awtoritajiet responsabbli mis-servizzi finanzjarji, stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2001 tas-27 ta' Frar 2001, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 4/2004 tat-18 ta' Mejju 2005 u Nru 3/2008 tal-15 ta' Diċembru 2008,

    (4)

    L-Artikoli 5, 6, 7, 10, u 47 tal-Ftehim Globali jagħtu s-setgħa lill-Kunsill Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 45 tal-Ftehim Globali biex jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim Globali, u b'mod partikolari biex jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa u kalendarju għall-kummerċ f'merkanzija, kummerċ f'servizzi u akkwist pubbliku,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2001, kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 4/2004 u Nru 3/2008, hija sostitwita bit-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Partijiet A u B tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 2/2001, kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 4/2004 u Nru 3/2008, huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali.

    Magħmul fi …,

    Għall-Kunsill Konġunt

    Il-President


    (1)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.

    (+)  

    +

    ĠU: daħħal il-post u d-data tal-iffirmar u u d-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll li jinsab fid-dokument ST 15410/17.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 2/2001 tas-27 ta' Frar 2001 li timplimenta l-Artikoli 6, 9, 12(2)(b) u 50 tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni (ĠU L 70, 12.3.2001, p. 7).

    (3)  Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku tat-18 ta' Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2/2001 tal-Kunsill Konġunt (ĠU L 192, 22.7.2005, p. 35).

    (4)  Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kumitat Konġunt UE-Messiku tal-15 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 4/2004 (ĠU L 137, 3.6.2009, p. 7).

    ANNESS I

    “ANNESS I

    PARTI A

    IL-KOMUNITÀ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

    1.

    L-applikazzjoni tal-Kapitolu III għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha hija suġġetta għal-limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali skedat mill-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fit-taqsimiet ‘is-setturi kollha’ tal-iskedi GATS tagħhom u għal dawk li għandhom x'jaqsmu mas-subsetturi elenkati hawn taħt.

    2.

    It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jindikaw l-Istati Membri:

    AT

    L-Awstrija

    BE

    Il-Belġju

    BG:

    Il-Bulgarija

    CY

    Ċipru

    CZ

    Ir-Repubblika Ċeka

    DE

    Il-Ġermanja

    DK

    Id-Danimarka

    ES

    Spanja

    EE

    L-Estonja

    FI

    Il-Finlandja

    FR

    Franza

    EL

    Il-Greċja

    HR

    Il-Kroazja

    HU

    L-Ungerija

    IE

    L-Irlanda

    IT

    L-Italja

    LV

    Il-Latvja

    LT

    Il-Litwanja

    LU

    Il-Lussemburgu

    MT

    Malta

    NL

    In-Netherlands

    PL

    Il-Polonja

    PT

    Il-Portugall

    RO

    Ir-Rumanija

    SK

    Ir-Repubblika Slovakka

    SI

    Is-Slovenja

    SE

    L-Iżvezja

    UK

    Ir-Renju Unit

    3.

    L-impenji ta' aċċess għas-suq f'dak li għandu x'jaqsam mal-modalitajiet (1) u (2) japplikaw biss għal:

    it-tranżazzjonijiet indikati fil-paragrafi B.3 u B.4 tal-‘Fehim dwar l-Impenji fis-Servizzi Finanzjarji’ (il-‘Fehim’) għall-Istati Membri kollha rispettivament;

    it-tranżazzjonijiet speċifikati hawn taħt, b'referenza għad-definizzjonijiet tal-Artikolu 11, għal kull Stat Membru konċernat:

    BG: A.1 (a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal ta' A.1 (b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas hija MAT - marittima, tal-avjazzjoni u trasport ieħor) fil-modalitajiet (1) u (2);

    CY A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja, u lanqas hija MAT - marittima, tal-avjazzjoni u trasport ieħor) fil-modalità (2), B.6.(e) (kummerċ ta' titoli trasferibbli) fil-modalità (1);

    EE A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas MAT) u li jifdal ta' parti minn A 3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni mhux MAT) fil-modalitajiet (1) u (2), B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, lokazzjoni finanzjarja, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni ta' ħlasijiet u ta' flus, garanziji u impenji, kummerċ ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senserija ta' flus, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta' saldu u kklerjar għal assi finanzjarji) fil-modalità (1);

    LV: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas MAT) u li jifdal ta' parti minn A 3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni mhux MAT) fil-modalità (2), B.7. (parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli) fil-modalità (1);

    LT: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas MAT) u li jifdal ta' parti minn A 3. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoi mhux MAT) fil-modalità (2), B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, lokazzjoni finanzjarja, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni ta' ħlasijiet u ta' flus, garanziji u impenji, kummerċ ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senserija ta' flus, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta' saldu u kklerjar għal assi finanzjarji) fil-modalità (1);

    MT: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja), u l-parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas MAT) fil-modalità (2), B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u self ta' kull tip) fil-modalità (1);

    RO: B.1. (aċċettazzjoni ta' depożiti) B.2. (self ta' kull tip), B.4 (is-servizzi kollha ta' trażmissjoni ta' ħlasijiet u ta' flus) B.5. (garanziji u impenji) u B. 8 (senserija ta' flus) fil-modalità (1);

    SI: B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, lokazzjoni finanzjarja, is-servizzi kollha ta' trasmissjoni ta' ħlasijiet u ta' flus, garanziji u impenji, negozjar ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senseriji ta' flus, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta' saldu u kklerjar għal assi finanzjarji) fil-modalità (1).

    4.

    Differenti mis-sussidjarji barranin, il-fergħat stabbiliti direttament fl-Istat Membru minn istituzzjoni finanzjarja Messikana ma humiex, b'ċerti eċċezzjonijiet limitati, suġġetti għar-regolamenti prudenzjali armonizzati fuq livell ta' Komunità li jħallu lil dawn is-sussidjarji jibbenefikaw minn faċilitajiet aħjar biex iwaqqfu stabbilimenti ġodda u jipprovdu servizzi transfruntiera f'kull parti tal-Komunità. Għaldaqstant, dawn il-fergħat jirċievu awtorizzazzjoni sabiex joperaw fit-territorju ta' Stat Membru bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi ta' dak l-Istat Membru, u jistgħu jkunu meħtieġa jissoddisfaw għadd ta' kundizzjonijiet prudenzjali speċifiċi bħal, fil-każ ta' servizzi bankarji jew ta' titoli, kapitalizzazzjoni separata u rekwiżiti oħra ta' solvenza, u rekwiżiti ta' rapportar u pubblikazzjoni tal-kontijiet, jew fil-każ tal-assigurazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta' garanzija u ta' depożiti, kapitalizzazzjoni separata, u l-lokalizzazzjoni fl-Istat Membru konċernat tal-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi tekniċi u mill-inqas terz tal-marġini tas-solvenza. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet indikati f'din l-iskeda biss fir-rigward tal-istabbiliment dirett minn preżenza kummerċjali Messikana jew ta' forniment ta' servizzi transfruntiera mill-Messiku; konegwentement, Stat Membru partikolari ma jistax japplika dawn ir-restrizzjonijiet, inklużi dawk dwar l-istabbiliment, għal sussidjarji Messikani stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Komunità, għajr jekk dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu wkoll jiġu applikati għal kumpaniji jew ċittadini ta' Stati Membri oħra skont il-liġi tal-Komunità.

    5.

    BG: L-ammissjoni fis-suq ta' servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda tista' tkun suġġetta għall-eżistenza u l-konsistenza ma' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 19.

    6.

    BG: Attivitajiet bankarji jew ta' assigurazzjoni, kif ukoll in-negozjar tat-titoli u attivitajiet relatati magħhom, għandhom jitwettqu b'mod separat minn kumpaniji liċenzjati biex jipprovdu dawn is-servizzi.

    7.

    BG: Bħala regola ġenerali, b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji li jinkorporaw fil-Bulgarija jridu jadottaw il-forma ġuridiċi ta' kumpaniji b'ishma konġunti.

    8.

    CY Il-kondizzjonijiet u l-kwalifikazzjonijiet ġenerali li ġejjin jkunu japplikaw, ukoll meta l-ebda limitazzjonijiet jew kondizzjonijiet ma jkunu mniżżla fl-iskeda.

    (i)

    Il-konsiderazzjoni tal-objettivi tas-sigurtà nazzjonali u tal-politika pubblika;

    (ii)

    Din l-iskeda bl-ebda mod m'hija relatata mas-servizzi pprovduti fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-gvern. Ukoll, ma taffettwax miżuri li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti li jistgħu jikkostitwixxu kontribut lejn servizz skedat jew servizzi oħra. Barra minn hekk, limitazzjonijiet fuq aċċess għas-suq jew trattament nazzjonali fir-rigward ta' servizzi li jistgħu jikkostitwixxu kontributi lejn servizz skedat jew jintużaw biex jissupplixxuh, għandhom ikomplu japplikaw.

    9.

    CY Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija f'din l-iskeda ma għandhomx jiġu interpretati bħala referenza eżawrjenti għal-liġijiet kollha u r-regolamenti li jirregolaw is-settur finanzjarju. It-trasferiment, pereżempju, ta' tagħrif li fih dejta personali, sigriet tal-bank, jew kwalunkwe sigriet ta' negozju mhuwiex permess. Tali trasferiment huwa soġġett għal liġijiet domestiċi dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta' tagħrif ta' konsumaturi tal-banek. Barra dan, huwa nnutat li miżuri kwalitattivi li ma humiex diskriminatorji relatati mal-istandards tekniċi, mas-saħħa pubblika u mal-konsiderazzjonijiet ambjentali, mal-liċenzjar, mal-konsiderazzjoni prudenzjali, il-kwalifiki professjonali u r-rekwiżiti ta' kompetenza ma ġewx elenkati bħala kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali.

    10.

    CY Servizzi u prodotti finanzjarji mhux regolati u l-ammissjoni għas-suq ta' servizzi u prodotti finanzjarji ġodda, jistgħu jkunu soġġetti għall-eżistenza jew l-introduzzjoni ta' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 19.

    11.

    CY Minħabba l-kontrolli fuq il-kambju mħaddma f'Ċipru:

    residenti mhumiex permessi jakkwistaw servizzi bankarji li jistgħu jinvolvu trasferiment ta' fondi fl-esteru, filwaqt li jkunu fiżikament fl-esteru;

    self lil persuni mhux residenti/barranin jew lil kumpaniji kontrollati minn persuni mhux residenti jirrikjedi approvazzjoni mill-Bank Ċentrali;

    xiri ta' titoli minn persuni mhux residenti wkoll jirrikjedi permess mill-Bank Ċentrali;

    negozjar fi flus barranin jista' jitwettaq biss permezz ta' banek li ngħatalhom l-istat ta' “Aġent Awtorizzat” mill-Bank Ċentrali.

    12.

    CZ: L-ammissjoni fis-suq ta' servizzi u strumenti finanzjarji ġodda jista' jkun suġġett għall-eżistenza u l-konsistenza mal-qafas regolatorju domestiku maħsub biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 19.

    13.

    CZ: Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fir-Repubblika Ċeka jridu jadottaw forma ġuridika speċifika.

    14.

    CZ: Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà lejn terzi għall-vetturi hija pprovduta minn fornitur esklusiv. Meta d-drittijiet ta' monopolju dwar l-assigurazzjoni obbligatorja ta' vetturi li jkopru r-responsabbiltà lejn terzi jitneħħew, il-forniment ta' dan is-servizz jinfetaħ fuq bażi mhux diskriminatorja għall-fornituri tas-servizzi stabbiliti fir-Repubblika Ċeka. L-assigurazzjoni obbligatorja tas-saħħa hija fornuta biss minn fornituri Ċeki liċenzjati.

    15.

    EE Servizzi obbligatorji tas-sigurtà soċjali ma humiex impenjati.

    16.

    HR: Servizzi ta' assigurazzjoni u bankarji għandhom jitwettqu minn kumpaniji ġuridikament separati. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-banek għandhom permess li jipparteċipaw direttament f'attivitajiet relatati ma' negozjar ta' titoli.

    17.

    HU: L-ammissjoni fis-suq ta' servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda tista' tkun suġġetta għall-eżistenza u l-konsistenza ma' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 19.

    18.

    HU: Mhux permess it-trasferiment ta' tagħrif li jinkludi dejta personali, sigrieti bankarji, sigrieti ta' titoli u/jew sigrieti oħra kummerċjali.

    19.

    HU: Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fl-Ungerija jridu jadottaw forma ġuridika speċifika.

    20.

    HU: Servizzi ta' assigurazzjoni, ta' operat ta' bank, ta' titoli u ta' mmaniġjar ta' investiment kollettiv għandhom jitwettqu minn fornituri ta' servizzi finanzjarji ġuridikament separati u kapitalizzati indipendentement.

    21.

    MT: Għal impenji tal-modalità (3), skont il-leġislazzjoni dwar il-kontroll tal-kambju, persuni li ma humiex residenti li jixtiequ jipprovdu xi servizzi permezz tar-reġistrazzjoni ta' kumpanija lokali jistgħu jagħmlu dan bil-permess minn qabel tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Kumpaniji li fihom sehem ta' persuni kemm fiżiċi kif ukoll ġuridiċi li mhumiex residenti f'Malta jeħtieġu kapital azzjonarju minimu ta' Lm10,000 (lira Maltija) li 50 % minnhom iridu jkunu mħallsa. Il-perċentwal tal-parteċipazzjoni fl-ekwità ta' persuni mhux residenti jrid jitħallas permezz ta' fondi li joriġinaw minn barra l-pajjiż. Kumpaniji b'sehem ta' persuni li mhumiex residenti jridu japplikaw għal permess mill-Ministeru tal-Finanzi biex jiksbu proprjetà skont il-leġislazzjoni xierqa.

    22.

    MT: Għal impenji tal-modalità (4), ir-rekwiżiti tal-liġijiet u r-regolamenti Maltin dwar id-dħul, is-soġġorn, l-akkwist ta' proprjetà immobbli, ix-xogħol u s-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regoli dwar it-tul tas-soġġorn, il-paga minima kif ukoll il-ftehim kollettivi dwar il-pagi. Id-dħul, ix-xogħol u l-permessi tar-residenza jinħarġu skont id-diskrezzjoni tal-Gvern ta' Malta.

    23.

    MT: Għal impenji tal-modalità (1) u (2), il-liġijiet dwar il-kontroll tal-kambju jippermettu lir-residenti jittrasferixxu barra l-pajjiż kull sena għal investimenti f'portafoll sa Lm 5,000. Ammonti li jaqbżu l-Lm5,000 huma suġġetti għall-permess tal-kontroll tal-kambju.

    24.

    MT: Ir-residenti jistgħu jissellfu minn barra l-pajjiż mingħajr il-ħtieġa ta' approvazzjoni ta' kontroll tal-kambju jekk is-self ikun għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin. Tali self irid minkejja dan ikun irreġistrat mal-Bank Ċentrali.

    25.

    PL: Fil-Polonja, ir-regoli prudenzjali fis-settur finanzjarju qegħdin jiġu elaborati. Jistgħu jirrikjedu tibdil tar-regoli li jeżistu bħalissa kif ukoll tħejjija ta' liġijiet ġodda.

    26.

    RO: L-istabbiliment u l-attività ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma suġġetti għall-awtorizzazjoni mill-korp ta' sorveljanza tal-Attività tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni. L-istabbiliment u l-attività tal-kumpaniji bankarji huma suġġetti għall-awtorizzazjoni mill-bank Ċentrali tar-Rumanija. L-istabbiliment u l-attività tal-entitajiet relatati mas-suq tat-titoli (persuni fiżiċi jew ġuridiċi, skont il-każ) huma suġġetti għall-awtorizzazjoni mill-Kummissjoni Nazzjonali tat-Titoli tar-Rumanija (NSC). Wara l-istabbiliment ta' preżenza kummerċjali, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iwettqu t-tranżazzjonijiet tagħhom ma' residenti fil-munita nazzjonali tar-Rumanija biss.

    27.

    SK: L-ammissjoni fis-suq ta' servizzi u strumenti finanzjarji ġodda jista' jkun suġġett għall-eżistenza u l-konsistenza mal-qafas regolatorju domestiku maħsub biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 19.

    28.

    SK: Is-servizzi ta' assigurazzjoni li ġejjin huma pprovduti minn fornituri esklusivi: L-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà lejn terzi għall-vetturi, l-assigurazzjoni obbligatorja tat-trasport bl-ajru, l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta' min iħaddem kontra l-korriment jew il-mard okkupazzjonali jridu jsiru permezz tal-Kumpanija Slovakka tal-Assigurazzjoni. L-assigurazzjoni bażika tas-saħħa tingħata biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni Slovakki li jkollhom liċenzja sabiex jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa maħruġa mill-Ministeru tal-Kura tas-Saħħa tar-Repubblika Slovakka skont l-Att 273/1994 Koll. tal-Liġijiet. L-iskemi tal-assigurazzjoni ta' fondi tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni kontra l-mard jiġu pprovduti biss mill-Kumpanija ta' Assigurazzjoni Soċjali.

    29.

    SI: L-ammissjoni fis-suq ta' servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda tista' tkun suġġetta għall-eżistenza u l-konsistenza ma' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 19.

    30.

    SI: Bħala regola ġenerali u f'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fis-Slovenja jridu jadottaw forma ġuridika speċifika.

    31.

    SI: Attivitajiet tal-assigurazzjoni u bankarji għandhom jitwettqu minn fornituri ta' sevizzi finanzjarji li huma ġuridikament separati.

    32.

    SI: Servizzi ta' investiment jistgħu jiġu pprovduti biss permezz ta' banek u ditti tal-investiment.

    A.

    Assigurazzjoni u Servizzi Marbutin mal-Assigurazzjoni

    1)

    Provvista transfruntiera

    AT: L-attività promozzjonali u l-intermedjazzjoni f'isem sussidjarja mhux stabbilita fil-Komunità jew f'isem fergħa mhux stabbilita fl-Awstrija (ħlief għar-riassigurazzjoni u għar-retroċessjoni) huma pprojbiti.

    AT: L-assigurazzjoni obbligatorja tat-trasport bl-ajru tista' tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fl-Awstrija.

    AT: Trid titħallas taxxa ogħla fuq il-primjum għall-kuntratti tal-assigurazzjoni (ħlief għall-kuntratti ta' riassigurazzjoni u ta' retroċessjoni) sottoskritti minn kumpanija sussidjarja li mhix stabbilita fil-Komunità jew minn fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija. Tista' tingħata eċċezzjoni mit-taxxa ogħla.

    BG: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta). Bla restrizzjonijiet, ħlief għal servizzi pprovduti minn fornituri barranin lil persuni barranin fit-territorju tal-Bulgarija. L-assigurazzjoni tat-trasport li tkopri l-prodotti, assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u assigurazzjoni tar-responsabbiltà dwar riskji li jinsabu fil-Bulgarija ma jistgħux jiġu sottoskritti direttament minn kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin. Kumpanija barranija tal-assigurazzjoni tista' tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni permezz ta' fergħa biss. Bla restrizzjonijiet għall-assigurazzjoni ta' depożitu u skemi simili ta' kumpens, kif ukoll skemi ta' assigurazzjoni obbligatorja. Bla restrizzjonijiet għat-trattament nazzjonali.

    BG: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni). Bla restrizzjonijiet għas-servizzi ta' retroċessjoni.

    BG: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    CY Kwalunkwe riassiguratur barrani approvat mis-Supretendent tal-Assigurazzjoni (fuq kriterji prudenzjali) jista' joffri riassigurazzjoni jew servizzi ta' retroċessjoni lil kumpaniji ta' assigurazzjoni inkorporati u liċenzjati f'Ċipru.

    CY Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    CZ: L-ebda ħlief:

    Fornituri tas-servizzi finanzjarji barranin jistgħu jistabbilixxu kumpanija tal-assigurazzjoni bis-sede tagħha fir-Repubblika Ċeka bħala kumpanija b'ishma konġunti jew jistgħu jagħtu servizz ta' assigurazzjoni permezzz tal-fergħat tagħhom li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat fir-Repubblica Ċeka skont il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-Att dwar l-Industrija tal-Assigurazzjoni.

    Għal fornitur tas-servizzi tal-assigurazzjoni huma meħtieġa preżenza kummerċjali u awtorizzazzjoni:

    biex jipprovdi servizzi bħal dawn inkluża r-riassigurazzjoni, u

    biex jikkonkludi kuntratt ta' intermedjazzjoni ma' intermedjarju bil-għan li jiġi konkluż kuntratt ta' assigurazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta' assigurazzjoni u parti terza.

    L-intermedjarju jrid ikollu l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tiġi provduta l-intermedjazzjoni għal fergħa bl-uffiċċju reġistrat tagħha fir-Repubblika Ċeka.

    DK: L-assigurazzjoni obbligatorja tat-trasport bl-ajru tista' tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-Komunità.

    DK: Ebda persuna jew kumpanija (inkluż kumpaniji tal-assigurazzjoni) ma tista', għal skopijiet ta' negozju fid-Danimarka, tassisti fil-ħruġ ta' assigurazzjoni diretta għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi jew għal proprjetà fid-Danimarka, barra minn kumpaniji tal-assigurazzjoni liċenzjati mil-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti.

    DE: Poloz tal-assigurazzjoni tal-ajru obbligatorja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

    DE: Jekk kumpanija tal-assigurazzjoni barranija stabbiliet fergħa fil-Ġermanja, din tista' tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni fil-Ġermanja marbuta ma' trasport internazzjonali permezz tal-fergħa stabbilita fil-Ġermanja biss.

    FI: L-assiguraturi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkollhom fergħa tagħhom fil-Finlandja biss jistgħu joffru servizz tal-assigurazzjoni kif imsemmi fis-subparagrafu B.3 (a) tal-Ftehim.

    FI: Il-provvista ta' servizzi ta' sensara tal-assigurazzjoni tiddependi minn jekk dawn ikollhomx post tan-negozju permanenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    FR: Assigurazzjoni kontra riskji relatati ma' trasport bl-art tista' tinħareġ biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

    HR: Subsettur A.1. (a) (assigurazzjoni diretta, a) assigurazzjoni tal-ħajja): Bla restrizzjonijiet, ħlief għal assigurazzjoni tal-ħajja lil persuni barranin residenti fil-Kroazja.

    HR: Subsettur A.1. (b) (assigurazzjoni diretta, a) assigurazzjoni mhux tal-ħajja): Bla restrizzjonijiet, ħlief għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja lil persuni barranin residenti fil-Kroazja ħlief għar-responsabbiltà tal-vetturi. Bla restrizzjonijiet għal assigurazzjoni marittima, tal-avjazzjoni u t-trasport.

    HU: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Dawk l-intraprendituri biss li jsegwu attivitajiet ta' negozju internazzjonali speċifikati fir-regoli ġuridiċi dwar il-kambju barrani għandhom permess jixtru s-servizzi. Jistgħu jiġu assigurati biss avvenimenti tal-assigurazzjoni li jseħħu fl-esteru.

    IT: Bla restrizzjonijiet għall-professjoni attwarjali.

    IT: Assigurazzjoni ta' riskji relatati mal-esportazzjoni c.i.f. minn residenti fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

    IT: Assigurazzjoni tat-transport ta' prodotti, assigurazzjoni ta' vetturi bħala tali u assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà rigward riskji li jseħħu fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità. Din ir-riżerva ma tapplikax għat-trasport internazzjonali li jinvolvi l-importazzjonijiet fl-Italja

    LV: Bla restrizzjonijiet għas-subparagrafu B.3 (a) tal-Fehim.

    MT: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    PL: Bla restrizzjonijiet ħlief għal riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta' prodotti fil-kummerċ internazzjonali.

    RO: Bla restrizzjonijiet għas-subparagrafu B.3 (a) u (c) tal-Fehim. Għas-subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni): Ir-riassigurazzjoni fuq is-suq internazzjonali tista' ssir biss jekk ir-riskju riassigurat ma jistax jitqiegħed fis-suq domestiku.

    PT: L-assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu li tkopri prodotti, inġenji tal-ajru, bastimenti u responsabbiltà, tista' tkun sottoskritta biss minn kumpaniji stabbiliti fil-Komunità; huma biss persuni u kumpaniji li huma stabbiliti fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji għal tali negozju tal-assigurazzjoni fil-Portugall.

    SK: Meħtieġa preżenza kummerċjali għal forniment ta':

    assigurazzjoni tal-ħajja ta' persuni b'residenza permanenti fir-Repubblika Slovakka;

    assigurazzjoni ta' proprjetà fit-territorju tar-Repubblika Slovakka;

    assigurazzjoni tar-responsabbiltà għal telf jew ħsara kkawżati minn attività ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fit-territorju tar-Repubblika Slovakka;

    assigurazzjoni tal-ajru u marittima li tkopri prodotti, ajruplani, bastimenti u responsabbiltà.

    SI: Assigurazzjoni marittima, l-avjazzjoni u t-trasport: Attivitajiet ta' assigurazzjoni fornuti minn istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni reċiproka huma limitati għal kumpaniji inkorporati stabbiliti fis-Slovenja.

    SI: Subsetturi A.2., A.3. u A.4. (riassigurazzjoni u retroċessjoni, intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni u servizzi anċillari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    SE: Il-forniment ta' assigurazzjoni diretta huwa permess biss permezz ta' fornitur ta' servizz tal-assigurazzjoni awtorizzat fl-Iżvezja, bil-kundizzjoni li l-fornitur barrani tas-servizz u l-kumpanija tal-assigurazzjoni Żvediża jkunu proprjetà tal-istess grupp ta' kumpaniji jew ikollhom ftehim ta' kooperazzjoni bejniethom.

    2)

    Konsum barra l-pajjiż

    AT: L-attività promozzjonali u l-intermedjazzjoni f'isem sussidjarja mhux stabbilita fil-Komunità jew f'isem fergħa mhux stabbilita fl-Awstrija (ħlief għar-riassigurazzjoni u għar-retroċessjoni) huma pprojbiti.

    AT: L-assigurazzjoni obbligatorja tal-ajru tista' tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fl-Awstrija).

    AT: Trid titħallas taxxa ogħla fuq il-primjum għall-kuntratti tal-assigurazzjoni (ħlief għall-kuntratti ta' riassigurazzjoni u ta' retroċessjoni) sottoskritti minn kumpanija sussidjarja li mhix stabbilita fil-Komunità jew minn fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija. Tista' tingħata eċċezzjoni mit-taxxa ogħla.

    BG: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta) Persuni Bulgari fiżiċi u ġuridiċi, kif ukoll persuni barranin li jagħmlu attività ta' negozju fit-territorju tal-Bulgarija, jistgħu jikkonkludu kuntratti ta' assigurazzjoni ma' fornituri fir-rigward tal-attivtà tagħhom fil-Bulgarija biss, li huma liċenzjati li jagħmlu attività ta' assigurazzjoni fil-Bulgarija. Kumpens tal-assigurazzjoni li jirriżulta minn dawn il-kuntratti għandu jitħallas fil-Bulgarija. Bla restrizzjonijiet għall-assigurazzjoni ta' depożitu u skemi simili ta' kumpens, kif ukoll skemi ta' assigurazzjoni obbligatorja.

    BG: Subsetturi A.2, A.3. u A.4. (riassigurazzjoni u retroċessjoni, intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    CY Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    CZ: L-ebda ħlief:

    Servizzi tal-assigurazzjoni kif definiti hawn taħt ma jistgħux jinxtraw minn barra l-pajjiż:

    assigurazzjoni fuq il-ħajja ta' persuni b'residenza permanenti fir-Repubblika Ċeka,

    assigurazzjoni ta' proprjetà fit-territorju tar-Repubblika Ċeka,

    assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal telf jew ħsara kkawżati minn attività ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

    DK: L-assigurazzjoni obbligatorja tat-trasport bl-ajru tista' tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-Komunità.

    DK: Ebda persuna jew kumpanija (inkluż kumpaniji tal-assigurazzjoni) ma tista', għal skopijiet ta' negozju fid-Danimarka, tassisti fl-għoti ta' assigurazzjoni diretta għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi jew għal proprjetà fid-Danimarka, barra minn kumpaniji tal-assigurazzjoni liċenzjati mil-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet Daniżi kompetenti.

    DE: Poloz tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-ajru tista' tiġi sottoskritta biss minn sussidjarja stabbilita fil-Ġermanja jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

    DE: Jekk kumpanija tal-assigurazzjoni barranija stabbiliet fergħa fil-Ġermanja, din tista' tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni fil-Ġermanja marbuta ma' trasport internazzjonali permezz tal-fergħa stabbilita fil-Ġermanja biss.

    FR: Assigurazzjoni kontra riskji relatati ma' trasport bl-art tista' tinħareġ biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

    HR: Subsettur A.1. (a) (assigurazzjoni diretta, a) assigurazzjoni tal-ħajja): Bla restrizzjonijiet, ħlief għall-kapaċità ta' persuni barranin residenti fil-Kroazja biex jiksbu assigurazzjoni tal-ħajja.

    HR: Subsettur A.1. (b) (assigurazzjoni diretta, a) assigurazzjoni mhux tal-ħajja):

    Bla restrizzjonijiet, ħlief għal:

    (i)

    għall-kapaċità ta' persuni barranin residenti fil-Kroazja biex jiksbu assigurazzjoni mhux tal-ħajja ħlief tar-responsabbiltà tal-vetturi;

    (ii)

    assigurazzjoni tar-riskju personali jew tal-proprjetà li mhijiex disponibbli fil-Kroazja,

    kumpaniji li jixtru assigurazzjoni minn barra l-pajjiż b'rabta ma' xogħlijiet ta' investiment inkluż it-tagħmir għal dawk ix-xogħlijiet,

    biex jiżguraw ir-ritorn tas-selfiet barranin (kollateral tal-assigurazzjoni),

    assigurazzjoni personali u tal-proprjetà ta' impriżi bi sjieda sħiħa jew konġunta li jwettqu attività ekonomika f'pajjiż barrani, jekk dan ikun skont ir-regolamenti ta' dak il-pajjiż jew tkun meħtieġa mir-reġim ta' reġistrazzjoni tiegħu,

    vapuri taħt kostruzzjoni u rinnovazzjoni jekk ikun stipulat mill-kuntratt konkluż mal-klijent barrani (ix-xerrej).

    HU: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Dawk l-intraprendituri biss li jsegwu attivitajiet ta' negozju internazzjonali speċifikati fir-regoli ġuridiċi dwar il-kambju barrani għandhom permess jixtru s-servizzi. Jistgħu jiġu assigurati biss avvenimenti tal-assigurazzjoni li jseħħu fl-esteru.

    IT: Assigurazzjoni ta' riskji relatati mal-esportazzjoni c.i.f. minn residenti fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn ditti tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

    IT: Assigurazzjoni tat-transport ta' prodotti, assigurazzjoni ta' vetturi bħala tali u assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà rigward riskji li jseħħu fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn kumpaniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità. Din ir-riżerva ma tapplikax għat-trasport internazzjonali li jinvolvi l-importazzjonijiet fl-Italja.

    MT: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    PL: Bla restrizzjonijiet ħlief għal riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta' prodotti fil-kummerċ internazzjonali.

    PT: L-assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u t-trasport marittimu li tkopri prodotti, inġenji tal-ajru, bastimenti u responsabbiltà, tista' tkun sottoskritta biss minn kumpaniji stabbiliti fil-Komunità; huma biss persuni u kumpaniji li huma stabbiliti fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji għal tali negozju tal-assigurazzjoni fil-Portugall.

    RO: Bla restrizzjonijiet għas-subparagrafu B.3 (a) u (c) tal-Fehim. Għas-subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni): ċessjoni fir-riassigurazzjoni fis-suq internazzjonali hija permessa biss jekk ir-riskju riassigurat ma jistax jitpoġġa fis-suq domestiku.

    SK: Servizzi tal-assigurazzjoni koperti mill-modalità (1), minbarra assigurazzjoni tat-trasport bl-ajru u bil-baħar li tkopri prodotti, inġenji tal-ajru, bastimenti u responsabbiltà kif imsemmi hawn fuq ma jistgħux jinxtraw minn barra l-pajjiż.

    SI: Assigurazzjoni marittima, l-avjazzjoni u t-trasport: Attivitajiet ta' assigurazzjoni fornuti minn istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni reċiproka huma limitati għal kumpaniji inkorporati stabbiliti fis-Slovenja.

    SI: Kumpaniji tar-riassigurazzjoni fis-Slovenja għandhom prijorità fil-ġbir tal-primjums tal-assigurazzjoni. F'każ li dawn il-kumpaniji ma jaslux sabiex jugwalizzaw ir-riskji kollha, dawn jistgħu jiġu riassigurati u retroċessi barra l-pajjiż. (L-ebda meta tiġi adottata l-liġi l-ġdida dwar il-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni).

    3)

    Preżenza Kummerċjali

    AT: Il-liċenzja għal uffiċċji ta' fergħat ta' assiguraturi barranin għandha tiġi rrifjutata jekk l-assiguraturi, f'pajjiżhom ma jkollhomx forma ġuridika li tikkorrespondi jew tkun komparabbli ma' kumpanija b'ishma konġunti jew assoċjazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka.

    BE: Kwalunkwe offerta pubblika biex jinkisbu t-titoli Belġjani magħmula minn jew f'isem persuna, kumpanija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jenħtieġ li tiġi ppreżentata għall-awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.

    BG: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

    Bla restrizzjonijiet għall-assigurazzjoni ta' depożitu u skemi simili ta' kumpens, kif ukoll skemi ta' assigurazzjoni obbligatorja.

    Il-fornituri tas-servizzi tal-assigurazzjoni ma jistgħux ikunu stabbiliti biex ifornu kemm servizzi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dik mhux tal-ħajja. Persuni barranin jistgħu jipprovdu servizzi tal-assigurazzjoni biss permezz ta' parteċipazzjoni f'kumpaniji tal-assigurazzjoni Bulgari bl-ebda limitu fuq il-parteċipazzjoni fl-ekwità, kif ukoll direttament, permezz ta' fergħa, b'uffiċċju reġistrat fil-Bulgarija. L-istabilliment tal-fergħat tal-kumpaniji barrinin tal-assigurazzjoni huwa suġġett għal liċenzjar mill-Kummissjoni Finanzjarja ta' Sorveljanza. Sabiex jistabbilixxu fergħa fil-Bulgarija biex jipprovdu ċerti klassijiet tal-assigurazzjoni, l-assiguraturi barranin irid ikun kellhom l-awtorizzazzjoni joperaw fl-istess klassijiet tal-assigurazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom għal mill-inqas ħames snin. Il-fergħat ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: rekwiżiti ta' garanziji u depożiti speċifiċi, kapitalizzazzjoni separata, u lokalizzazzjoni fil-Bulgarija tal-assi li jirrappreżentaw ir-riżervi tekniċi.

    L-assigurazzjoni tat-trasport li tkopri l-prodotti, assigurazzjoni tal-vetturi bħala tali u assigurazzjoni tar-responsabbiltà dwar riskji li jinsabu fil-Bulgarija ma jistgħux jiġu sottoskritti direttament minn kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin. Kumpanija barranija tal-assigurazzjoni tista' tikkonkludi kuntratti tal-assigurazzjoni permezz ta' fergħa biss.

    Fondi tal-assigurazzjoni li jinġabru minn kuntratti tal-assigurazzjoni, kif ukoll kapital proprju, iridu jkunu investiti fil-Bulgarija u jistgħu jkunu trasferiti barra l-pajjiż biss suġġett għall-permess tal-Kummissjoni Finanzjarja ta' Sorveljanza.

    Fornituri barranin ma jistgħux jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ma' persuni fiżiċi u ġuridiċi lokali permezz ta' sensara.

    BG: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni):

    Il-fornituri tas-servizzi tar-riassigurazzjoni ma jistgħux ikunu stabbiliti biex ifornu kemm servizzi tar-riassigurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dik mhux tal-ħajja.

    Persuni barranin jistgħu jipprovdu servizzi ta' assigurazzjoni biss permezz ta' parteċipazzjoni f'kumpaniji tal-assigurazzjoni Bulgari bl-ebda limitu fuq il-parteċipazzjoni fl-ewkità. Kumpaniji ta' riassigurazzjoni barranin jistgħu jipprovdu direttament servizzi ta' riassigurazzjoni, permezz ta' fergħa, b'uffiċċju reġistrat fil-Bulgarija. L-istabbiliment tal-fergħat tal-kumpaniji barranin tal-assigurazzjoni huwa suġġett għal liċenzjar mill-Kummissjoni Finanzjarja ta' Sorveljanza.

    Fondi tar-riassigurazzjoni li jinġabru minn kuntratti ta' riassigurazzjoni, kif ukoll il-kapital proprju, iridu jkun investiti fil-Bulgarija u jistgħu jkunu trasferiti barra l-pajjiż biss suġġett għall-permess tal-Kummissjoni Finanzjarja ta' Sorveljanza.

    Fornituri barranin ma jistgħux jikkonkludu kuntratti ta' riassigurazzjoni ma' persuni fiżiċi u ġuridiċi lokali permezz ta' sensara.

    Bla restrizzjonijiet għal servizzi ta' retroċessjoni

    BG: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni):

    Kumpaniji tan-negozju, irreġistrati fil-Bulgarija taħt il-Liġi tan-Negozju, u liċenzjati mill-Kummissjoni Finanzjarja ta' Sorveljanza biss jistgħu jagħmlu attività intermedjarja.

    Servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni għandhom ikunu relatati mal-assigurazzjoni.

    Bla restrizzjonijiet għas-servizzi attwarjali.

    CY Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

    L-ebda assiguratur ma jista' jopera f'Ċipru jew minnha sakemm ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan mis-Supretendent tal-Assigurazzjoni, skont il-Liġijiet tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni.

    Kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin jistgħu joperaw mir-Repubblika ta' Ċipru billi jwaqqfu fergħa jew aġenzija. L-assiguratur barrani jrid ikun ġie awtorizzat jopera fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu qabel ma jingħata l-awtorizzazzjoni li jistabbilixxi fergħa jew aġenzija.

    Il-parteċipazzjoni ta' persuni mhux residenti f'kumpaniji tal-assigurazzjoni, inkorporati f'Ċipru, teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Ċentrali. Il-livell ta' parteċipazzjoni barranija huwa determinat skont il-każ skont il-ħtiġijiet ekonomiċi.

    CY Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni):

    L-ebda kumpannija ma tista' topera bħala riassiguratur f'Ċipru jekk ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni tas-Supretendent tal-Assigurazzjoni.

    Investiment minn persuni mhux residenti f'kumpaniji tar-riassigurazzjoni jeħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Ċentrali. Is-sehem tal-parteċipazzjoni barranija fil-kapital ta' kumpaniji lokali tar-riassigurazzjoni tiġi determinata każ b'każ. Fil-preżent ma teżisti l-ebda kumpanija tar-riassigurazzjoni.

    CY Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    CZ: L-ebda ħlief:

    Fornituri tas-servizzi finanzjarji barranin jistgħu jistabbilixxu kumpanija tal-assigurazzjoni bis-sede tagħha fir-Repubblika Ċeka bħala kumpanija b'ishma konġunti jew jistgħu jagħtu servizz ta' assigurazzjoni permezz tal-fergħat tagħhom li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika Ċeka skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Industrija tal-Assigurazzjoni.

    Għal fornitur tas-servizzi tal-assigurazzjoni huma meħtieġa preżenza kummerċjali u awtorizzazzjoni:

    biex jipprovdi dawn is-servizzi inkluż ir-riassigurazzjoni; u

    biex jikkonkludi kuntratt ta' intermedjazzjoni ma' intermedjarju bil-għan li jiġi konkluż kuntratt tal-assigurazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta' assigurazzjoni u parti terza.

    Hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-intermedjarju biex ikun jista' jwettaq intermedjazzjoni minn fergħa b'uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika Ċeka.

    ES: Qabel ma jistabbilixxu fergħa jew aġenzija fi Spanja biex jipprovdu ċerti klassijiet ta' assigurazzjoni, assiguraturi barranin irid ikun kellhom awtorizzazzjoni biex joperaw fl-istess klassijiet ta' assigurazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom għal mill-inqas ħames snin.

    ES, EL: Id-dritt ta' stabbiliment ma jkoprix il-ħolqien ta' uffiċċji rappreżentattivi jew preżenza permanenti oħra ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni, barra fejn it-tali uffiċċji jkunu stabbiliti bħala aġenziji, fergħat jew uffiċċji prinċipali

    EE: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): L-ebda, ħlief il-korp maniġerjali ta' kumpanija tal-assigurazzjoni b'ishma konġunti bil-parteċipazzjoni ta' kapital barrani ma jista' jinkludi ċittadini ta' pajjiżi barranin f'proporzjon mal-parteċipazzjoni barranija, imma mhux aktar min-nofs il-membri tal-grupp maniġerjali; il-kap tal-maniġment ta' sussidjarja jew kumpanija indipendenti jrid ikun jgħix b'mod permanenti fl-Estonja.

    FI: Id-direttur maniġerjali, mill-inqas awditur wieħed u mill-inqas nofs il-promoturi u l-membri tal-bord tad-diretturi u l-bord ta' superviżjoni ta' kumpanija tal-assigurazzjoni għandu jkollhom ir-residenza tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u tas-Saħħa ma jkunx ta eżenzjoni.

    FI: Assiguraturi barranin ma jistgħux jiksbu liċenzja fil-Finlandja bħala fergħa sabiex iwettqu assigurazzjonijiet soċjali statutorji (assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni, assigurazzjoni statutorja kontra l-inċidenti).

    FI: L-aġent ġenerali ta' kumpanija barranija tal-assigurazzjoni għandu jkollu l-post tar-residenza tiegħu fil-Finlandja, sakemm il-kumpannija ma jkollhiex l-uffiċċju prinċiplai tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    FR: Il-ftuħ ta' fergħat huwa soġġett għal awtorizzazzjoni speċjali għar-rappreżentant tal-fergħa.

    HU: Hemm il-ħsieb li l-fergħat diretti jiġu ristretti la darba tintrabat fil-GATS, u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

    HU: Il-bord ta' istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-anqas żewġ membri, ċittadini Ungeriżi, residenti fis-sens tar-regolamenti rilevanti tal-kambju barrani u li ilhom residenti permanenti fl-Ungerija għal mill-anqas sena.

    IE: Id-dritt ta' stabbiliment ma jkoprix il-ħolqien ta' uffiċċji rappreżentattivi.

    IT: Aċċess għall-professjoni attwarjali permezz ta' persuni fiżiċi biss. Assoċjazzjonijiet professjonali (mhux inkorporazzjoni) bejn persuni fiżiċi huma permessi.

    IT: L-awtorizzazzjoni għat-twaqqif tal-fergħat hija fl-aħħar mill-aħħar suġġetta għall-evalwazzjoni tal-awtoritajiet ta' superviżjoni.

    LV: Subsetturi A.1. u A.2. (assigurazzjoni diretta u riassigurazzjoni u retroċessjoni): Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet barranin tal-assigurazzjoni jridu jadottaw forma ġuridika speċifika.

    LV: Subsettur A.3. (intermedjazzjoni assigurattiva): L-intermedjarji jistgħu jkunu biss persuni fiżiċi (l-ebda rekwiżit ta' nazzjonalità) u jistgħu jfornu servizz f'isem kumpanija tal-assigurazzjoni li jkollha l-awtorizzazzjoni mill-Awtorità Superviżorja tal-Assigurazzjoni fil-Latvja.

    LT: Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni m'għandhomx permess jipprovdu kemm assigurazzjoni fuq il-ħajja kif ukoll assigurazzjoni li mhix fuq il-ħajja. Iż-żewġ forom (a) u (b) ta' assigurazzjoni jinħtieġu inkorporazzjoni separata.

    MT: Jista' jkun suġġett għal test tal-bżonnijiet ekonomiċi.

    PL: Subsetturi A.1. sa A.3. (assigurazzjoni diretta, riassigurazzjoni u retroċessjoni, u intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni):

    Stabbiliment biss f'forma ta' kumpanija b'ishma konġunti jew fergħa wara l-kisba ta' liċenzja. Mhux aktar minn 5 % tal-fondi tal-assigurazzjoni jistgħu jiġu investiti fl-esteru. Persuna li twettaq attivitajiet ta' intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni jrid ikollha l-liċenzja meħtieġa. L-intermedjarji tal-assigurazzjoni jridu jkunu inkorporati lokalment.

    PL: Subsettur A.4. (servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    PT: Kumpaniji barranin jistgħu jwettqu intermedjazzjoni tal-assigurazjoni fil-Portugall permezz biss ta' kumpanija ffurmata skont il-liġi ta' Stat Membru tal-Komunità.

    PT: Biex jistabbilixxu fergħa fil-Portugall, il-kumpaniji barranin jeħtiġilhom juru li għandhom esperjenza operazzjonali ta' mill-inqas ħames snin.

    RO: It-twaqqif ta' kumpaniji u aġenziji tal-intermedjazzjoni b'parteċipazzjoni barranija huwa permess biss f'soċjetà ma' persuni ġuridiċi jew fiżiċi Rumeni. Ir-rapreżentanti ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni barranin u ta' assoċjazzjonijiet tal-assiguraturi barranin għandhom id-dritt jikkonkludu biss it-tipi ta' kuntratti tal-assigurazzjoni li ġejjin: 1. kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma' persuni ġuridiċi u fiżiċi barranin jew għall-prodotti tagħhom; 2. kuntratti ta' riassigurazzjoni ma' kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpanniji tal-assigurazzjoni-riassigurazzjoni u kumpaniji tar-riassigurazzjoni Rumeni. Aġenziji tal-intermedjazzjoni ma għandhomx permess jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni għall-kumpaniji barranin tal-assigurazzjoni ma' persuni fiżiċi jew ġuridiċi Rumeni jew għall-prodotti tagħhom.

    SK: Il-maġġoranza tal-bord tal-immaniġġjar ta' kumpanija tal-assigurazzjoni għandha tkun domiċiljata fir-Repubblika Slovakka.

    Tinħtieġ liċenzja għall-forniment ta' servizzi tal-assigurazzjoni. Ċittadini barranin jistgħu jwaqqfu kumpanija tal-assigurazzjoni bis-sede fir-Repubblika Slovakka bħala kumpanija b'ishma konġunti jew jipprovdu servizz tal-assigurazzjoni permezz tas-sussidjarji tagħhom b'uffiċċju reġistrat fir-Repubblika Slovakka skont il-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Liġi tal-Assigurazzjoni. Negozju tal-assigurazzjoni jfisser attività tal-assigurazzjoni inklużi attivitajiet ta' senserija u ta' riassigurazzjoni.

    Attività tal-intermedjazzjoni bl-iskop li jiġi konkluż kuntratt bejn terzi persuni u l-kumpanija tal-assigurazzjoni tista' titwettaq minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu residenti fir-Repubblika Slovakka għall-benefiċċju tal-kumpanija tal-assigurazzjoni li jkollha l-awtorizzazzjoni tal-Awtorità ta' Superviżjoni tal-Assigurazzjoni.

    Kuntratt ta' intermedjazzjoni bl-iskop li jsir kuntratt tal-assigurazzjoni bejn terzi persuni u l-kumpanija tal-assigurazzjoni jista' jsir biss, minn kumpanija tal-assigurazzjoni domestika jew barranja, wara li tkun ingħatat liċenzja mill-Awtorità ta' Superviżjoni tal-Assigurazzjoni

    Ir-riżorsi finanzjarji ta' fondi tal-assigurazzjoni speċifiċi ta' operaturi tal-assigurazzjoni liċenzjati li jkunu ġejjin mid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'residenza jew bl-uffiċċju reġistrat fir-Repubblika Slovakka, iridu jiġu depożitati f'bank residenti fir-Repubblika Slovakka u ma jistgħux jiġu trasferiti barra l-pajjiż.

    SI: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

    L-istabbiliment huwa suġġett għal-liċenzja li tinħareġ mill-Ministeru tal-Finanzi. Persuni barranin jistgħu jwaqqfu kumpanija tal-assigurazzjoni biss bħala impriża konġunta ma' persuna domestika, fejn il-parteċipazzjoni tal-persuni barranin hija limitata għal sa 99 %.

    Il-limitu fuq il-parteċipazzjoni massima tal-persuni barranin għandu jiġi abolit meta tiġi adottata l-Liġi l-ġdida dwar il-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni.

    Persuna barranija tista' takkwista jew iżżid l-ishma tagħha f'kumpanija tal-assigurazzjoni domestika dment li jkollha l-approvazzjoni minn qabel tal-Ministeru tal-Finanzi.

    Meta joħroġ liċenzja jew japprova x-xiri ta' ishma f'kumpanija tal-assigurazzjoni domestika, il-Ministeru tal-Finanzi jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

    dispersjoni tas-sjieda tal-ishma u l-eżistenza ta' azzjonisti minn pajjiżi differenti;

    il-forniment ta' prodotti tal-assigurazzjoni ġodda u t-trasferiment tal-għarfien espert relatat, jekk l-investitur barrani jkun kumpanija tal-assigurazzjoni.

    Bla restrizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni barranija f'kumpanija tal-assigurazzjoni li tkun qiegħda tiġi pprivatizzata.

    Is-sħubija f'istituzzjoni tal-assigurazzjoni mutwa hija limitata għall-kumpaniji stabbiliti fis-Slovenja u għal persuni fiżiċi domestiċi.

    SI: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni): Il-parteċipazzjoni barranija f'kumpanija tar-riassigurazzjoni hija limitata sa sehem ta' kontroll tal-kapital. (L-ebda, ħlief għall-fergħat, meta tiġi adottata l-liġi l-ġdida dwar il-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni).

    SI: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni):

    Għall-forniment ta' konsultazzjoni u servizzi ta' saldu ta' pretensjonijiet, tinħtieġ inkorporazzjoni bħala entità ġuridika bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Assigurazzjoni.

    Għal attwarji u attivitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju, il-forniment ta' servizzi permezz ta' stabbiliment l-professjonali biss.

    L-operat huwa limitata għal assigurazzjoni diretta u riassigurazzjoni.

    Għal proprjetarji esklużivi, tinħtieġ residenza fis-Slovenja.

    SE: Impriżi ta' senserija tal-assigurazzjoni li ma humiex inkorporati fl-Iżvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali permezz ta' fergħa biss.

    SE: Impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mhux inkorporati fl-Iżvezja li jagħmlu negozju fl-Iżvezja huma – minflok intaxxati skont ir-riżultat nett – soġġetti għal tassazzjoni bbażata fuq l-introjtu mill-primjums minn operazzjonijiet ta' assigurazzjoni diretta.

    SE: Fundatur ta' kumpanija tal-assigurazzjoni għandu jkun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew entità ġuridika inkorporata fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    4)

    Preżenza ta' persuni fiżiċi

    CY Bla restrizzjonijiet.

    PL:

    Subsetturi A.1. sa A.3. (assigurazzjoni diretta, riassigurazzjoni u retroċessjoni, u intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet ħlief kif indikat fit-Taqsima orizzontali u soġġett għal-limitazzjoni li ġejja: Rekwiżit tar-residenza għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

    Subsettur A.4. (servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Bla restrizzjonijiet.

    AT, BE, BG, CZ, DE, DK, ES, EE, FR, FI, EL, HR, HU, IT, IE, LU, LT, LV, MT, NL, PT, RO, SE, SI, SK, UK: Bla restrizzjonijiet ħlief kif indikat fit-taqsimiet orizzontali rispettivi u soġġett għal-limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

    AT: Il-maniġment ta' uffiċċju ta' fergħa jrid ikun magħmul minn żewġ persuni residenti fl-Awstrija.

    BG: Bla restrizzjonijiet għall-assigurazzjoni ta' depożiti u skemi simili ta' kumpens, kif ukoll skemi ta' assigurazzjoni obbligatorja. Bla restrizzjonijiet għas-servizzi ta' retroċessjoni. Bla restrizzjonijiet għas-subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni tal-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni).

    DK: Huwa meħtieġ li l-aġent ġenerali ta' fergħa tal-assigurazzjoni jkun għex fid-Danimarka għal mill-inqas sentejn sakemm ma jkunx ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità. Il-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija jista' jagħti eżenzjoni.

    DK: Rekwiżit tar-residenza għall-maniġers u l-membri tal-bord tad-diretturi ta' kumpanija. Madankollu, il-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija jista' jagħti eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit. Eżenzjoni tingħata fuq bażi nondiskriminatorja.

    ES, IT: Rekwiżit ta' residenza għall-professjoni attwarja.

    EL: Il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' kumpanija stabbilita fil-Greċja trid tkun ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità.

    SI: Għall-valutazzjoni attwarjali u tar-riskju, hija meħtieġa r-residenza minbarra eżami tal-kwalifikazzjoni, sħubija fl-Assoċjazzjoni Attwarjali tar-Repubblika tas-Slovenja u ħila fl-ilsien Sloven.

    B.

    Servizzi Bankarji u Finanzjarji Oħrajn

    (eskluża l-assigurazzjoni)

    1)

    Provvista transfruntiera

    BE: L-istabbiliment fil-Belġju hu meħtieġ biex wieħed jipprovdi servizzi ta' konsulenza dwar l-investimenti.

    BG: Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, u servizzi ta' konsulenza): Rekwiżit biex tintuża n-network pubblika tat-telekomunikazzjoni, jew in-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' provvista transfruntiera ta' dawn is-servizzi. Bla restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari

    CY Bla restrizzjonijiet.

    CZ: Is-servizzi tal-ħruġ tal-munita minn bank mhux ċentrali, negozjar ta' prodotti derivattivi, ta' titoli trasferibbli u ta' strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senserija tal-flus, immaniġġjar tal-assi, servizzi ta' saldu u kklerjar għal assi finanzjarji, servizzi ta' konsulenza, intermediazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra li huma relatati ma' dawn l-attivitajiet: Bla restrizzjonijiet.

    CZ: L-ebda ħlief:

    Banek u fergħat ta' banek barranin stabbiliti fir-Repubblika Ċeka biss li jkollhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa biss jistgħu:

    jipprovdu servizzi ta' depożitu;

    jinnegozjaw assi tal-kambju;

    iħallsu pagamenti transfruntieri mhux fi flus.

    Jinħtieġ permess tal-kambju maħruġ mill-Bank Nazzjonali Ċek jew mill-Ministeru tal-Finanzi fil-każ ta' residenti Ċeki mhux bankarji biex:

    (a)

    jiftħu u jiffinanzjaw kont barra l-pajjiż minn residenti Ċeki;

    (b)

    iħallsu pagamenti ta' kapital barra l-pajjiż (minbarra Investiment Dirett Barranin)

    (c)

    jagħtu krediti finanzjarji u ta' garanziji,

    (d)

    joperaw fid-direvattivi;

    (e)

    jixtru titoli barranin ħlief fil-każijiet deskritti fl-Att dwar il-Kambju,

    (f)

    joħorġu titoli barranin għan-negozjar pubbliku u mhux pubbliku fir-Repubblika Ċeka jew l-introduzzjoni tagħhom fis-suq domestiku.

    EE: Subsettur B.1. (aċċettazzjoni ta' depożiti): Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn Eesti Pank u reġistrazzjoni taħt il-liġi Estonjana bħala kumpannija b'ishma konġunti, sussidjarja jew fergħa.

    EE, LT: Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita kumpanija tal-maniġment speċjalizzata biex jitwettqu attivitajiet ta' maniġment ta' fiduċjarja ta' unitajiet u ta' kumpaniji tal-investiment u huma biss dawk il-kumpaniji li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji tal-assi ta' fondi għall-investiment.

    HR: Mingħajr restrizzjonijiet għas-Subsetturi B.1., B.6., B.7., B.9. u B.10.

    HU: Bla restrizzjonijiet.

    IE: Għall-provvista ta' servizzi tal-investiment jew konsulenza dwar l-investiment tinħtieġ 1. awtorizzazzjoni fl-Irlanda, li normalment tesiġi li l-entità tkun inkorporata jew tkun soċja jew negozjant esklussiv, f'kull wieħed mill-każijiet ma' uffiċċju prinċipali/reġistrat fl-Irlanda (ma tkunx meħtieġa awtorizzazzjoni f'ċerti każi, pereż. fejn fornitur ta' servizz minn pajjiż terz ma jkollux preżenza kummerċjali fl-Irlanda u s-servizz ma jiġix provdut lil individwi privati), jew 2. awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    IT: Bla restrizzjonijiet għal “promotori di servizi finanziari” (bejjiegħa finanzjarji).

    LT: Immaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet: Preżenza kummerċjali hija meħtieġa

    MT:

    Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u għoti b'self ta' kull tip): L-ebda.

    Subsettur B.11. (forniment u trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja): Bla restrizzjonijiet ħlief għall-provvista ta' tagħrif finanzjarju minn fornituri internazzjonali.

    Subsettur B.12. (servizzi ta' konsulenza u servizzi awżiljari finanzjarji oħra): Bla restrizzjonijiet.

    PL:

    Subsettur B.11. (forniment u trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja): Rekwiżit biex tintuża n-network pubblika tat-telekomunikazzjoni, jew in-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' provvista transfruntiera ta' dawn is-servizzi

    Subsettur B.12. (servizzi ta' konsulenza u servizzi awżiljari finanzjarji oħra): Bla restrizzjonijiet.

    RO: Subsettur B.4 (is-servizzi kollha ta' pagament u ta' trasmissjoni ta' flus): Permessi biss permezz ta' bank residenti.

    SK: In-negozjar ta' prodotti derivattivi, ta' titoli trasferibbli, u ta' strumenti u assi finanzjarji negozjabbli oħra, parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senserija tal-flus, immaniġġjar ta' assi, u servizzi ta' saldu u kklerjar għall-assi finanzjarji: Bla restrizzjonijiet.

    SK:

    (i)

    Servizzi ta' depożitu huma ristretti għall-banek domestiċi u fergħat ta' banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

    (ii)

    Huma biss banek domestiċi, fergħat ta' banek barranin awtorizzati fir-Repubblika Slovakka u persuni li għandhom liċenzja tal-kambju li jistgħu jinnegozjaw f'assi tal-kambju. Membri tal-borża biss jistgħu jinnegozjaw fil-Borża ta' Bratislava. Residenti jistgħu jinnegozjaw fl-RM-System Slovakia bla ebda limitu u dawk li ma humiex residenti permezz ta' negozjanti tat-titoli biss.

    (iii)

    Pagamenti transfruntieri mhux fi flus jistgħu jsiru biss minn banek domestiċi u fergħat ta' banek barranin awtorizzati fir-Repubblika Slovakka.

    (iv)

    Hija meħtieġa liċenzja tal-kambju maħruġa mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja biex:

    (a)

    jinfetaħ kont fl-esteru minn resident mhux bankarju Slovakk, ħlief għal persuni fiżiċi matul is-soġġorn tagħhom fl-esteru;

    (b)

    isiru pagamenti ta' kapital barra l-pajjiż;

    (c)

    jinkiseb kreditu finanzjarju minn kambju mhux residenti; ħlief il-krediti minn barra l-pajjiż aċċettati minn residenti b'perjodu ta' ripagament ta' aktar minn 3 snin u self mogħti bejn persuni fiżiċi għal attivitajiet mhux ta' negozju.

    (v)

    Esportazzjoni u importazzjoni tal-munita Slovakka u kambju fi flus li jeċċedu l-valur ta' 150 000 SKK u buljon, huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtar.

    (vi)

    Permess jew liċenzja ta' negozju tal-kambju mogħti mill-awtoritajiet tal-kambju huwa meħtieġ għal depożitu ta' assi finanzjarji minn residenti barra l-pajjiż

    (vii)

    Entitajiet li jaħdmu fis-suq tal-kambju stabbiliti fir-Repubblika Slovakka biss jistgħu jagħtu u jirċievu garanziji u obbligazzjonijiet skont il-limiti u d-dispożizzjonijiet tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

    SI:

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Bla restrizzjonijiet.

    Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma' parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet): L-ebda.

    Is-subsetturi l-oħrajn kollha:

    Bla restrizzjonijiet ħlief rigward l-aċċettazzjoni ta' krediti (teħid ta' self ta' kull tip) u l-aċċettazzjoni ta' garanziji u impenji minn istituzzjonijiet ta' kreditu barranin minn entitajiet ġuridiċi domestiċi u proprjetarji esklużivi. (Rimarka: krediti tal-konsumatur għandhom isiru bla ħlas malli tiġi adottata l-Liġi tal-Kambju).

    L-arranġamenti ta' kreditu msemmija hawn fuq iridu jkunu rreġistrati mal-Bank tas-Slovenja. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif isseħħ l-adozzjoni tal-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.)

    Persuni barranin jistgħu joffru titoli barranin biss permezz ta' banek u kumpaniji ta' senserija domestiċi. Membri tal-Borża tas-Slovenja jridu jkunu inkorporati fis-Slovenja.

    2)

    Konsum barra l-pajjiż

    BG:

    Subsetturi B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, lokazzjoni finanzjarja, is-servizzi kollha ta' pagament u trasmissjoni tal-flus, garanziji u impenji, negozjar ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senseriji tal-flus, immaniġġjar tal-assi, u servizzi ta' saldu u kklerjar finanzjarju): Bla restrizzjonijiet

    Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, u servizzi ta' konsulenza): Rikwiżit tal-użu tan-network pubblika tat-telekomunikazzjoni, jew tan-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' konsum ta' dawn is-servizzi barra l-pajjiż. Bla restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari

    CY Bla restrizzjonijiet, minbarra għas-subsettur B.6.(e) (negozjar f'titoli trasferibbli): L-ebda.

    CZ: Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank mhux ċentrali, negozjar ta' prodotti derivattivi u ta' buljon, senserija tal-flus, immaniġġjar ta' assi, servizzi ta' saldu u kklerjar ta' prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza u intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra marbuta ma' dawn l-attivitajiet: Bla restrizzjonijiet.

    CZ: L-ebda ħlief:

    Banek u fergħat ta' banek barranin stabbiliti fir-Repubblika Ċeka biss li jkollhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa biss jistgħu:

    jipprovdu servizzi ta' depożitu;

    jinnegozjaw assi tal-kambju;

    iħallsu pagamenti transfruntieri mhux fi flus.

    Jinħtieġ permess tal-kambju maħruġ mill-Bank Nazzjonali Ċek jew mill-Ministeru tal-Finanzi fil-każ ta' residenti Ċeki mhux bankarji biex:

    (a)

    jiftħu u jiffinanzjaw kont barra l-pajjiż minn residenti Ċeki;

    (b)

    iħallsu pagamenti ta' kapital barra l-pajjiż (minbarra Investiment Dirett Barranin)

    (c)

    jagħtu krediti finanzjarji u ta' garanziji,

    (d)

    joperaw fid-direvattivi;

    (e)

    jixtru titoli barranin ħlief fil-każijiet deskritti fl-Att dwar il-Kambju,

    (f)

    joħorġu titoli barranin għan-negozjar pubbliku u mhux pubbliku fir-Repubblika Ċeka jew l-introduzzjoni tagħhom fis-suq domestiku.

    DE: Ħruġ ta' titoli denominati f'Deutschmarks jista' jsir biss taħt l-immaniġġjar ewlieni ta' istituzzjoni tal-kreditu, sussidjarju jew fergħa, stabbiliti fil-Ġermanja.

    FI: Pagamenti minn entitajiet tal-gvern (spejjeż) għandhom jiġu trasmessi permezz tal-Finnish Postal Giro System, mantenuta mill-Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit jista' jingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.

    EL: L-istabbiliment huwa meħtieġ għall-provvista ta' servizzi ta' kustodja u servizzi depożitorji li jinvolvu l-amministrazzjoni ta' ħlasijiet ta' mgħax u ta' kapital dovuti fuq titoli maħruġa fil-Greċja.

    HU: Bla restrizzjonijiet.

    MT:

    Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u għoti b'self ta' kull tip): L-ebda.

    Subsettur B.11. (forniment u trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja): Bla restrizzjonijiet ħlief għall-provvista ta' tagħrif finanzjarju minn fornituri internazzjonali.

    Subsetturi B.3. sa B.10. u B.12.: Bla restrizzjonijiet.

    PL:

    Subsettur B.11. (forniment u trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja): Rikwiżit tal-użu tan-network pubblika tat-telekomunikazzjoni, jew tan-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' konsum ta' dawn is-servizzi barra l-pajjiż.

    Subsetturi B.1. sa B.10. u B.12.: Bla restrizzjonijiet.

    RO: Il-ftuħ ta' kontijiet u użu ta' riżorsi ta' muniti barranin fl-esteru minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi Rumeni huwa permess biss b'permess minn qabel tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija. Bla restrizzjonijiet għas-subsetturi B.3. (lokazzjoni finanzjarja), B.7. (parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull tip ta' titoli), B.9. (immaniġġjar ta' assi) u B.10. (servizzi ta' saldu u kklerjar ta' assi finanzjarji)

    SK: Negozjar ta' prodotti derivattivi u ta' buljon, senserija tal-flus, immaniġġjar ta' assi, u intermedjazzjoni: Bla restrizzjonijiet.

    SK:

    (i)

    Servizzi ta' depożitu huma ristretti għall-banek domestiċi u fergħat ta' banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

    (ii)

    Huma biss banek domestiċi, fergħat ta' banek barranin awtorizzati fir-Repubblika Slovakka u persuni li għandhom liċenzja tal-kambju li jistgħu jinnegozjaw f'assi tal-kambju. Membri tal-borża biss jistgħu jinnegozjaw fil-Borża ta' Bratislava. Residenti jistgħu jinnegozjaw fl-RM-System Slovakia bla ebda limitu u dawk li ma humiex residenti permezz ta' negozjanti tat-titoli biss.

    (iii)

    Pagamenti transfruntieri mhux fi flus jistgħu jsiru biss minn banek domestiċi u fergħat ta' banek barranin awtorizzati fir-Repubblika Slovakka.

    (iv)

    Hija meħtieġa liċenzja tal-kambju maħruġa mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja biex:

    (a)

    jinfetaħ kont fl-esteru minn resident mhux bankarju Slovakk, ħlief għal persuni fiżiċi matul is-soġġorn tagħhom fl-esteru;

    (b)

    isiru pagamenti ta' kapital barra l-pajjiż;

    (c)

    jinkiseb kreditu finanzjarju minn kambju mhux residenti; ħlief il-krediti minn barra l-pajjiż aċċettati minn residenti b'perjodu ta' ripagament ta' aktar minn tliet snin u self mogħti bejn persuni fiżiċi għal attivitajiet mhux ta' negozju.

    (v)

    Esportazzjoni u importazzjoni tal-munita Slovakka u l-kambju fi flus li jeċċedu l-valur ta' 150 000 SKK u buljon huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtar.

    (vi)

    Permess jew liċenzja ta' negozju tal-kambju mogħti mill-awtoritajiet tal-kambju huwa meħtieġ għal depożitu ta' assi finanzjarji minn residenti barra l-pajjiż

    (vii)

    Entitajiet li jaħdmu fis-suq tal-kambju stabbiliti fir-Repubblika Slovakka biss jistgħu jagħtu u jirċievu garanziji u obbligazzjonijiet skont il-limiti u d-dispożizzjonijiet tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

    SI:

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Bla restrizzjonijiet.

    Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma' parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet): L-ebda.

    Is-subsetturi l-oħrajn kollha:

    Bla restrizzjonijiet ħlief rigward l-aċċettazzjoni ta' krediti (teħid ta' self ta' kull tip) u l-aċċettazzjoni ta' garanziji u impenji minn istituzzjonijiet ta' kreditu barranin minn entitajiet ġuridiċi domestiċi u proprjetarji esklużivi. (Rimarka: krediti tal-konsumatur għandhom isiru bla ħlas malli tiġi adottata l-Liġi tal-Kambju).

    L-arranġamenti ta' kreditu msemmija hawn fuq iridu jkunu rreġistrati mal-Bank tas-Slovenja. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif isseħħ l-adozzjoni tal-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.)

    Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fis-Slovenja jistgħu jkunu depożitarji tal-assi tal-Fondi għall-Investiment.

    UK: Ħarġiet tal-isterlina, inkluż ħarġiet privati, jistgħu jsiru biss taħt l-immaniġġjar ewlieni minn ditta stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    3)

    Preżenza kummerċjali

    L-Istati Membri kollha:

    Huwa meħtieġ li titwaqqaf kumpanija tal-immaniġġjar speċjalizzata biex jitwettqu attivitajiet ta' mmaniġġjar ta' fiduċjarji ta' unitajiet u kumpaniji ta' investiment (Artikoli 16 sa 21 u 28 sa 31 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-‘Direttiva tal-UCITS’)).

    Huma biss impriżi bl-uffiċċju tagħhom reġistrat fil-Komunità li jistgħu jaġixxu bħala depożitorji tal-assi ta' fondi ta' investiment (Artikolu 23 tad-Direttiva tal-UCITS).

    AT: Membri tal-Borża Awstrijaka biss jistgħu jinvolvu ruħhom f'negozjar ta' titoli fil-Borża.

    AT: Għan-negozjar fil-kambju u f'muniti barranin tinħtieġ awtorizzazzjoni mill-Bank Nazzjonali Awstrijak.

    AT: Bonds ipotekarji u bonds muniċipali jistgħu jinħarġu minn banek speċjalizzati u awtorizzati biex iwettqu din l-attività.

    AT: Għat-twettiq ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet hija meħtieġa kumpanija speċjalizzata għal din l-attività biss u inkorporata bħala kumpanija b'ishma fl-Awstrija.

    BE: Kwalunkwe offerta pubblika biex jinkisbu t-titoli Belġjani magħmula minn jew f'isem persuna, kumpanija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru tal-Komunità Ewropea jenħtieġ li tiġi ppreżentata għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi.

    BG:

    Subsetturi B.1. sa B.5. (aċċettazzjoni ta' depożiti, għoti ta' self ta' kull xorta, lokazzjoni finanzjarja, servizzi kollha ta' pagamenti u trażmissjoni ta' flus, garanziji u impenji).

    Banek barranin li jkollhom il-ħsieb jistabbilixxu ruħhom fil-Bulgarija jridu jkunu awtorizzati taħt il-liġi nazzjonali tagħhom u ma jridux ikunu pprojbiti milli jwettqu attivitajiet bankarji fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom u fil-pajjiżi fejn joperaw. Bla restrizzjonijiet għall-caisses populaires.

    Akkwist, dirett jew indirett, ta' ishma li jirrappreżentaw 5 % jew iżjed tad-dritt tal-vot ta' bank stabbilit huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Bank Nazzjonali Bulgaru. Kriterji għall-awtorizzazzjoni huma prudenzjali u konsistenti mal-obbligi tal-Artikoli XVI u XVII tal-GATS.

    L-akkwist dirett jew indirett ta' parteċipazzjoni f'kumpanija li mhix bank, minn bank, ta' aktar minn 10 % tal-kapital ta' din l-intrapriża huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Bank Nazzjonali Bulgaru.

    Jista' jingħata status ta' fornituri esklussivi fir-rigward ta' servizzi ta' depożiti u ta' trażmissjoni tal-flus ipprovduti lill-istituzzjonijiet pubbliċi ffinanzjati mill-baġit.

    Kundizzjoni tal-residenza permanenti fir-rigward ta' diretturi eżekuttivi tal-korp maniġerjali li jaġixxi f'isem u għal bank.

    Bla restrizzjonijiet għall-garanziji tat-Teżor tal-Istat.

    Subsetturi B.6., B.7. u B.9. (negozjar ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull tip ta' titoli, immaniġġjar ta' assi):

    Ristrett għall-intemedjarji tal-investiment, kumpaniji tal-investiment u l-boroż stabbiliti bħala kumpaniji b'ishma konġunti liċenzjati mill-Kummissjoni ta' Superviżjoni Finanzjarja (FSC). L-għoti tal-liċenzja rilevanti huwa relatat mar-rekwiżi maniġerjali u tekniċi kif ukoll mar-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tal-investituri.

    Borża li tkun kumpanija b'ishma konġunti: Kundizzjonijiet ta' kapital minimu (BGN 100 000 ); mhux anqas minn 2/3 tal-kapital imqassam bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji (kumpaniji ta' assigurazzjoni, djar finanzjarji, intermedjarji tal-investiment); limitu ta' 5 % tal-kapital tal-Borża għall-parteċipazzjoni diretta jew indiretta minn azzjonist.

    Intermedjarji tal-investiment: L-ebda għal attivitajiet ta' intermedjarji tal-investiment fit-territorju tal-Bulgarija, sakemm ma jkunx permess mill-FSC.

    Biex jiġu nnegozjati titoli fil-borża hija meħtieġa s-sħubija fil-borża. Is-sħubija ta' intermedjarju tal-investiment hija limitata għal borża waħda biss fil-Bulgarija.

    Kumpaniji tal-investiment: L-attivitajiet ta' bank, kumpanija tal-assigurazzjoni jew intermedjarju tal-investiment ma jitwettqux minn kumpanija tal-investiment.

    Bla restrizzjonijiet għan-negozjar proprju jew għal klijent ta' strumenti u assi finanzjarji negozjabbli għajr titoli trasferibbli. Bla restrizzjonijiet għal parteċipazzjoni fi ħruġ ta' bonds tat-Teżor. Bla restrizzjonijiet għall-immaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet.

    Subsetturi B.8. u B.10. (senserija tal-flus, servizzi ta' saldu u kklerjar għal assi finanzjarji): Bla restrizzjonijiet.

    Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, u servizzi ta' konsulenza): Rekwiżit għall-użu tan-netwerk pubbliku tat-telekomunikazzjoni, jew tan-netwerk ta' operatur ieħor awtorizzat. Bla restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra

    CY: Huwa rekwiżit statutorju, applikat f'mod mhux diskriminatorju, li banek li joffru servizzi f'Ċipru jridu jkunu entitajiet ġuridiċi. Entitajiet ġuridiċi jinkludu fergħat ta' banek/istituzzjonijiet finanzjarji barranin li huma rreġistrati f'Ċipru.

    CY: Sjieda diretta jew indiretta jew drittijiet tal-vot f'bank minn persuna u s-soċji tiegħu/tagħha ma jistgħux jaqbżu l-10 % sakemm ma jkunx hemm approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-Bank Ċentrali.

    CY: Minbarra dak ta' hawn fuq, fit-tliet banek lokali eżistenti elenkati fil-Borża, sjieda diretta jew indiretta ta' ishma jew l-akkwiżizzjoni ta' interess fil-kapital tagħhom minn persuni barranin huwa ristrett għal 0.5 % kull individwu jew organizzazzjoni u għal 6 % kollettivament.

    CY:

    Subsetturi B.1. sa B.5. u B.6.(b) (aċċettazzjoni ta' depożiti, għoti b'self ta' kull xorta, lokazzjoni finanzjarja, servizzi kollha ta' pagamenti u ta' trażmissjoni ta' flus, garanziji u impenji, u negozjar tal-kambju):

    Il-rekwiżiti li ġejjin japplikaw għall-banek ġodda:

    (a)

    Hija meħtieġa liċenzja mill-Bank Ċentrali għat-twettiq ta' operat bankarju. Meta jagħti liċenzja l-Bank Ċentrali jista' japplika test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

    (b)

    Fergħat ta' banek barranin iridu jkun rreġistrati f'Ċipru taħt il-Liġi tal-Kumpaniji u mogħtija liċenzja taħt il-Liġi tal-Banek.

    Subsettur B.6.(e) (negozjar ta' titoli trasferibbli):

    Membri (sensara) tal-Borża ta' Ċipru biss jistgħu jwettqu negozju relatat mas-senserija tat-titoli f'Ċipru. Ditti li jaġixxu ta' sensara jridu jimpjegaw biss individwi li jistgħu jaġixxu bħala sensara sakemm dawn ikunu liċenzjati kif suppost. Il-banek u l-kumpanija tal-assigurazzjoni ma jistgħux jissottoskrivu.

    Ditta tas-senserija tista' tkun reġistrata biss bħala membru tal-Borża ta' Ċipru jekk tkun stabbilita u rreġistrata skont il-Liġi tal-Kumpaniji ta' Ċipru.

    Subsettur B.6. (a), (c), (d) u (f), u B.7. to B.12.: Bla restrizzjonijiet.

    CZ: Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank li mhux ċentrali, negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tal-buljon, senserija tal-flus, servizzi ta' saldu u ta' kklerjar għal prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma' dawn l-attivitajiet: Bla restrizzjonijiet.

    CZ: L-ebda ħlief:

    Is-servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti fir-Repubblika Ċeka jew minn fergħat ta' banek barranin li jkollhom il-liċenzja maħruġa mill-Bank Nazzjonali Ċek bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi.

    L-għoti tal-liċenzja huwa bbażata fuq il-konsiderazzjonijiet ta' kriterji li jiġu applikati b'mod konsistenti mal-GATS. Servizzi ta' self ipotekarju jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti Ċeki.

    Il-banek jistgħu jkunu stabbiliti biss bħala kumpaniji b'ishma konġunti. Ix-xiri ta' ishma f'banek eżistenti huwa suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Nazzjonali Ċek.

    It-titoli jistgħu jiġu nnegozjati pubblikament biss jekk tingħata l-awtorizzazzjoni rilevanti u l-prospectus li jkopri t-titoli jkun ġie approvat.

    L-awtorizzazzjoni ma għandiex tingħata jekk in-negozjar pubbliku fit-titoli jkun f'kunflitt mal-interessi tal-investituri, ikun inkonsistenti mal-politika finanzjarja tal-gvern jew ma jkunx konformi mar-rekwiżiti finanzjarji tas-suq. (3)

    L-istabbiliment u l-attivitajiet ta' negozjanti tat-titoli, sensara finanzjarji, tal-Borża jew organizzaturi ta' suq barra l-borża, kumpaniji tal-investiment u fondi tal-investiment huma soġġetti għal awtorizzazzjoni li tingħata skont il-kwalifiki, l-integrità personali, l-immaniġġjar u r-rekwiżiti materjali relatati.

    Servizzi ta' saldu u kklerjar għal kull xorta ta' pagamenti huma mmonitorjati u rieżaminati mill-Bank Nazzjonali Ċek biex jiġi ggarantit l-operat ekonomiku u mingħajr intoppi tagħhom.

    DK: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jinnegozjaw fit-titoli fuq il-Borża ta' Kopenħagen permezz tas-sussidjarji inkorporati fid-Danimarka biss.

    FI: Mill-inqas nofs il-fundaturi, il-membri tal-bord tad-diretturi, il-bord tas-superviżjoni u d-delegati, id-direttur maniġerjali, id-detentur tal-prokura u l-persuna ntitolata tiffirma f'isem l-istituzzjoni tal-kreditu għandu jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea sakemm il-Ministeru tal-Finanzi ma jagħtix eżenzjoni. Għall-inqas wieħed mill-awdituri għandu jkun residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    FI: Il-sensar (persuna individwali) f'borża tad-derivattivi għandu jkollu l-post tiegħu ta' residenza fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Tista' tingħata eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.

    FI: Pagamenti minn entitajiet tal-gvern (spejjeż) għandhom jiġu trasmessi permezz tal-Finnish Postal Giro System, mantenuta mill-Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit jista' jingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.

    FR: Minbarra l-istituzzjonijiet Franċiżi ta' kreditu, huma biss sussidjarji Franċiżi (taħt il-liġi Franċiża) ta' banek mhux Franċiżi li huma awtorizzati, fuq bażi ta' mezzi u impenji suffiċjenti f'Pariġi tas-sussidjarju Franċiż kandidat ta' bank mhux Franċiż. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal banek mexxejja li jżommu l-kotba. Bank mhux Franċiż jista' jkollu, mingħajr restrizzjonijiet jew rekwiżit ta' stabbiliment, tmexxija konġunta jew maniġer kap konġunt ta' ħarġa ta' bond Eurofranc.

    EL: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jinnegozjaw titoli elenkati fil-Borża ta' Ateni permezz ta' ditti fil-Borża inkorporati fil-Greċja biss.

    EL: Għall-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-fergħat għandu jiġi impurtat ammont minimu ta' kambju barrani, konvertit fi drakmi u miżmum fil-Greċja sakemm bank barrani jibqa' jopera fil-Greċja:

    Sa erba' fergħat, dan il-minimu bħalissa huwa ugwali għal nofs l-ammont minimu tal-kapital f'ishma meħtieġ għal istituzzjoni ta' kreditu inkorporata fil-Greċja;

    Għall-operat ta' fergħat addizzjonali l-ammont minimu ta' kapital irid ikun daqs is-somma minima ta' kapital f'ishma għal istituzzjoni ta' kreditu inkorporata fil-Greċja.

    HR: Ebda, ħlief għal servizzi ta' saldu u kklirjar fejn l-Aġenzija Depożitarja Ċentrali (CDA) tkun l-uniku fornitur fil-Kroazja. Aċċess għas-servizzi tas-CDA jingħata lill-persuni mhux residenti fuq bażi nondiskriminatorja.

    HU: Hemm il-ħsieb li l-fergħat diretti jiġu ristretti la darba tintrabat fil-GATS, u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

    HU: Sjieda diretta jew indiretta jew id-drittijiet tal-vot f'istituzzjoni tal-kreditu ta' azzjonist wieħed, ħlief istituzzjoni tal-kreditu, kumpanija tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment ma jistgħux jaqbżu l-15 %.

    HU: Il-bord ta' istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-anqas żewġ membri, ċittadini Ungeriżi, residenti fis-sens tar-regolamenti rilevanti tal-kambju u li ilhom residenti permanenti fl-Ungerija għal mill-anqas sena.

    HU: Sjieda mill-Istat fuq perjodu twil tinżamm fil-livell ta' vot minimu ta' 25 % + 1 f'Országos Takarékpénztár és Kereskedelmi Bank Rt.

    IE: Fil-każ ta' skemi kollettivi ta' investiment kostitwiti bħala unitajiet fiduċjarji u kumpaniji b'kapital varjabbli (ħlief intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli, UCITS), il-fiduċjarju/depożitorju u l-kumpanija tal-immaniġġjar huma meħtieġa jkunu inkorporati fl-Irlanda jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità. Fil-każ ta' sħubija ta' investiment b'responsabbiltà limitata, mill-inqas soċju ġenerali wieħed irid ikun inkorporat fl-Irlanda.

    IE: Biex issir membru tal-Borża fl-Irlanda, entità jeħtiġilha (1) tkun awtorizzata fl-Irlanda, li jfisser li trid tkun inkorporata fi jew sħab ma' uffiċċju prinċipali/reġistrat fl-Irlanda, jew 2. tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2014/65/UE.

    IE: Għall-provvista ta' servizzi ta' investiment jew konsulenza dwar l-investiment jeħtieġ 1. awtorizzazzjoni fl-Irland, li normalment ikollha bżonn li l-entità tkun inkorporata jew sħab jew neguzjat esklusiv, f'kull każ ma' uffiċċju prinċipali/reġistrat fl-Irlanda (l-awtorità tas-superviżjoni tista' wkoll tawtorizza fergħat ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi), jew 2. awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2014/65/UE.

    IT: L-offerta pubblika ta' titoli (skont l-Artikolu 18 tal-Liġi 216/74) ħlief għal ishma, titoli ta' dejn (inklużi titoli tad-dejn konvertibbli) tista' ssir biss minn kumpaniji Taljani b'responsabbiltà limitata, kumpaniji barranin awtorizzati kif xieraq, korpi pubbliċi jew kumpaniji li jappartienu għal awtoritajiet lokali li l-kapital assenjat tagħhom ma jkunx inqas minn ITL 2 biljuni.

    IT: Depożitu ċentralizzat, servizzi ta' kustodja u ta' amministrazzjoni jistgħu jiġu pprovduti biss mill-Bank tal-Italja għat-titoli Governattivi, jew minn Monte Titoli SpA għall-ishma, titoli ta' natura parteċipattiva u bonds oħra nnegozjati f'suq regolat.

    IT: Fil-każ ta' skemi kollettivi tal-investiment ħlief UCITS armonizzati taħt id-Direttiva 2009/65/KE, il-fiduċjarju/depożitorju huwa meħtieġ li jkun inkorporat fl-Italja jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, u stabbilit fl-Italja permezz ta' fergħa. Dawk il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, kumpaniji ta' investiment f'titoli li għandhom l-uffiċċju ġuridiku prinċipali tagħhom fil-Komunità biss jistgħu jwettqu attività ta' mmaniġġjar ta' riżorsi ta' fondi tal-pensjonijiet. Kumpanniji tal-immaniġġjar (fondi ta' investiment b'kapital fiss u fondi ta' investiment fil-proprjetà) ukoll jeħtieġ li jkunu inkorporati fl-Italja.

    IT: Biex ibiegħu bieb bieb, l-intermedjarji jridu iħaddmu bejjiegħa finanzjarji awtorizzati residenti fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej.

    IT: Is-saldu u l-ikklerjar tat-titoli jistgħu jsiru biss mis-sistema uffiċċjali tal-ikklerar. Kumpanija awtorizzata mill-Bank tal-Italja bi qbil ma' Consob tista' tiġi fdata bl-attività tal-ikklerjar, sas-saldu finali tat-titoli.

    IT: L-uffiċċji rappreżentattivi ta' intermedjarji barranin ma jistgħux iwettqu attivitajiet bl-iskop li joffru servizzi ta' investiment.

    LV:

    Subsettur B.7. (parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli): Il-Bank tal-Latvja (Bank Ċentrali) huwa aġent finanzjarju tal-gvern fis-suq tal-kambjali tat-Teżor.

    Subsettur B.9. (Immaniġġjar tal-assi): L-immaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet huwa pprovdut mill-monopolju tal-Istat.

    LT:

    Subsetturi B.1. sa B.12.: Mill-inqas maniġer wieħed irid ikun ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja.

    Subsettur B.3. (lokazzjoni finanzjarja): Lokazzjoni finanzjarja tista' tkun riservata għal istituzzjonijiet finanzjarji speċjali (bħal mhuma banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni). L-ebda mill-1 ta' Jannar 2001, ħlief kif indikat fil-Parti orizzontali tat-Taqsima ‘Banek u Servizzi Finanzjarji Oħra’.

    Subsettur B.9. (Immaniġġjar tal-assi): Stabbiliment biss bħala Korporazzjonijiet ta' Stokk Pubbliku (AB) u Korporazzjonijiet Magħluqin (UAB) li għandhom ikunu mwaqqfin b'mod magħluq (fejn il-istokk kollu li jkun inħareġ inizjalment jiġi akkwistat mill-inkorporaturi). Għall-fini ta' mmaniġġjar tal-assi, huwa neċessarju t-twaqqif ta' kumpanija tal-immaniġġjar speċjalizzata. Dawk id-ditti li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Litwanja biss jistgħu jkunu depożitorji tal-assi.

    MT:

    Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u għoti b'self ta' kull tip): Kreditu b'sjieda barranija u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jistgħu joperaw jew taħt forma ta' fergħa jew ta' sussidjarju lokali. Awtorizzazzjoni tista' tkunu soġġetta għal test tal-ħtiġijiet ekonomiċi.

    Subsetturi B.3. sa B.12.: Bla restrizzjonijiet.

    PL:

    Subsettur B.1., B.2., B.4. u B.5. (minbarra garanziji u impenji tat-Teżor Statali): Stabbiliment ta' bank taħt forma ta' kumpanija b'ishma konġunti jew fergħa liċenzjata biss. Sistema ta' permessi fir-rigward tal-istabbiliment tal-banek kollha hija bbażata fuq raġunijiet prudenzjali. Rekwiżit taċ-ċittadinanza għal uħud – tal-anqas wieħed – mill-eżekuttivi tal-bank.

    Subsetturi B.6. (e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f'ħarġiet ta' karti tat-Teżor), B.9. (servizzi ta' mmaniġġjar tal-portafoll) u B.12. (Servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra biss fir-rigward ta' attivitajiet impenjati fil-Polonja): L-istabbiliment, wara l-ksib ta' liċenzja, taħt forma ta' kumpanija b'ishma konġunti jew fergħa ta' entità ġuridika barranija biss li tipprovdi servizzi ta' titoli.

    Subsettur B.11. Rekwiżit tal-użu ta' network pubbliku tat-telekomunikazzjoni, jew ta' network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' provvista transfruntiera u/jew il-konsum barra mill-pajjiż ta' dawn is-servizzi.

    Is-subsetturi l-oħrajn kollha: Bla restrizzjonijiet.

    PT: L-istabbiliment ta' banek mhux mill-KE huwa soġġett għal awtorizzazzjoni maħruġa, każ b'każ, mill-Ministeru tal-Finanzi. L-istabbiliment irid jikkontribwixxi għaż-żieda fl-effiċjenza tas-sistema bankarja nazzjonali jew tipproduċi effett sinifikanti fuq l-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija Portugiża.

    PT: Servizzi ta' kapitali ta' riskju ma jistgħux ikunu pprovduti minn fergħat ta' kumpaniji b'kapitali ta' riskju li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż li mhux fil-KE. Servizzi ta' sensara-negozjanti fil-Borża ta' Liżbona jistgħu jiġu fornuti minn kumpaniji ta' sensara u negozjanti inkorporati fil-Portugall jew minn fergħat ta' ditti ta' investiment awtorizzati f'pajjiż ieħor tal-KE u awtorizzati fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom sabiex jipprovdu dawn is-servizzi. Servizzi ta' sensara u negozjanti fil-Borża tad-Derivattivi ta' Oporto u fis-suq OTC ma jistgħux jiġu pprovduti minn fergħat ta' kumpaniji ta' sensara u negozjanti mhux mill-KE.

    L-immaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet jista' jsir biss minn kumpaniji inkorporati fil-Portugall u minn kumpanniji tal-assigurazzjoni stabbiliti fil-Portugall u awtorizzati sabiex jagħtu servizz ta' assigurazzjoni tal-ħajja.

    RO: Il-kumpanija tat-titoli (senserija) trid tkun entità ġuridika Rumena stabbilita bħala kumpanija b'ishma konġunti taħt il-liġi Rumena, u għandu jkollha bħala għan kummerċjali esklużiv l-intermedjazzjoni tat-titoli Kull offerta lill-pubbliku ta' titoli, qabel tiġi ppubblikati tkun tenħtieġ l-awtorizzazjoni tal-prospett tagħha mill-Kummissjoni Nazzjonali tat-Titoli tar-Rumanija Kumpanniji li jwettqu mmaniġġjar tal-assi jridu jkunu stabbiliti bħala kumpaniji b'ishma konġunti taħt il-liġi Rumena. fondi ta' investiment miftuħa iridu jkunu stabbiliti skont il-liġi Rumena. Bla restrizzjonijiet għal-lokazzjoni finanzjarja. Bla restrizzjonijiet għan-negozjar proprju jew għal klijent ta' strumenti u assi finanzjarji negozjabbli għajr titoli trasferibbli.

    SK: Negozjar ta' prodotti derivattivi u ta' buljon, senserija tal-flus, u intermedjazzjoni: Bla restrizzjonijiet.

    SK: Servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek domestiċi jew minn fergħat ta' banek barranin awtorizzati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja bi Ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi. L-għoti tal-awtorizzazzjoni huwa bbażat fuq il-konsiderazzjoni tal-kriterji li jirrigwardaw, b'mod partikolari, l-ammont ta' kapital tal-kumpanija (is-saħħa finanzjarja), il-kwalifiki professjonali, l-integrità u l-kompetenza tal-maniġment tal-attivitajiet bankarji proġettati. Il-banek huma entitajiet ġuridiċi inkorporati fir-Repubblika Slovakka, imwaqqfa bħala kumpaniji b'ishma konġunti jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi (tal-Istat).

    Ix-xiri tal-ishma b'espressjoni ta' interess fil-kapital ta' ekwità ta' bank kummerċjali eżistenti mil-limitu stabbilit huwa suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja. Servizzi tal-investiment fir-Repubblika Slovakka jistgħu jingħataw minn banek, kumpaniji tal-investiment, fondi ta' investiment u negozjanti tat-titoli li għandhom forma ġuridika ta' kumpanija bl-ishma b'kapital ta' ekwità skont il-liġi. Kumpaniji tal-investiment jew fondi tal-investiment barranin iridu jġibu l-awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi biex ibigħu t-titoli tagħhom jew unitajiet ta' ċertifikati ta' investiment fit-territorju tar-Repubblika Slovakka skont il-liġi domestika. Biex jinħarġu titoli ta' djun, jinħtieġ il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi kemm biex jinħarġu fil-pajjiż kif ukoll biex jinħarġu barra l-pajjiż.

    It-titoli jistgħu jinħarġu u jiġu nnegozjati biss wara li jingħata permess mill-Ministeru tal-Finanzi għal negozjar pubbliku skont l-Att dwar it-Titoli. Ix-xogħol ta' negozjant tat-titoli, ta' sensar tat-titoli jew tal-organizzaturi ta' suq barra l-borża huwa suġġett għall-awtorizazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Servizzi ta' saldu u kklerjar għal kull xorta ta' pagamenti huma rregolati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

    Servizzi ta' saldu u kklerjar relatati ma' tibdil tal-proprjetà fiżika ta' titoli huma rreġistrati fiċ-Ċentru tat-titoli (Kamra tal-Ikklerjar u tas-Saldu tat-titoli). Iċ-Ċentru tat-Titoli jista' jwettaq biss trasferimenti fil-kontijiet tal-proprjetà tas-sidien tat-titoli. Ikklerjar u saldu parzjali fi flus jgħaddi mill-Kamra tal-Ikklerjar u ts-Saldu - (fejn il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja huwa azzjonist ewlieni) għal Borża ta' Bratislava, kumpanija b'ishma konġunti, jew minn kont Jumbo għall-RM-System Slovakia.

    SI:

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Bla restrizzjonijiet.

    Subsetturi B.11. u B.12. (forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma' parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' bonds tat-Teżor u mal-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet): L-ebda.

    Is-sottosetturi l-oħrajn kollha:

    It-twaqqif ta' kull xorta ta' bank huwa suġġett għal liċenzja maħruġa mill-Bank tas-Slovenja.

    Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti ta' banek jew jakkwistaw ishma addizzjonali ta' banek biss jekk ikollhom l-approvazzjoni minn qabel tal-Bank tas-Slovenja. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.)

    Skont il-liċenzja maħruġa mill-Bank tas-Slovenja, banek, sussidjarji u fergħat ta' banek barranin jistgħu jitħallew jipprovdu s-servizzi bankarji kollha jew uħud minnhom, skont l-ammont tal-kapital.

    Meta jitqies l-għoti ta' liċenzja lil bank sabiex jitwaqqaf bi sjieda kompleta jew b'maġġoranza ta' investituri barranin jew meta titqies l-approvazzjoni tal-akkwist ta' ishma addizzjonali ta' banek, il-Bank tas-Slovenja għandu jqis il-linji ta' gwida li ġejjin (4):

    l-eżistenza ta' investituri minn pajjiżi differenti; u

    l-opinjoni tal-istituzzjoni barranija inkarigata bis-superviżjoni bankarja.

    (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita mal-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar l-Operat Bankarju.)

    Bla restrizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' parteċipazzjoni barranija f'banek taħt privatizzazzjoni.

    Fergħat ta' banek barranin iridu jkunu inkorporati fis-Slovenja u għandu jkollhom personalità ġuridika.

    (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.) Bla restrizzjonijiet fir-rigward tat-tipi kollha ta' banek tal-ipoteka, istituzzjonijiet tat-tfaddil u tas-self.

    Bla restrizzjonijiet rigward it-twaqqif ta' fondi tal-pensjonijiet privati (fondi ta' pensjoni mhux obbligatorji).

    Kumpaniji ta' maniġment huma kumpaniji kummerċjali mwaqqfin unikament biex jimmaniġġjaw fondi għall-investiment.

    Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jiksbu massimu ta' 20 % tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot ta' kumpaniji tal-immaniġġjar; għal perċentwal ikbar jeħtieġ li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Aġenzija tas-Suq tat-titoli.

    Kumpanija tal-Investiment Awtorizzata (fi privatizzazzjoni) hija kumpanija tal-investiment stabbilita bil-għan uniku li tiġbor ċertifikati (vawċers) tas-sjieda u għax-xiri ta' ishma maħruġin skont regolamenti li jirregolaw it-trasformazzjoni tas-sjieda. Kumpanija tal-Immaniġġjar Awtorizzata hija mwaqqfa unikament sabiex timmaniġġja l-kumpaniji tal-immaniġġjar awtorizzati.

    Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jakkwistaw massimu ta' 10 % tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot tal-Kumpanniji tal-Immaniġġjar Awtorizzati (privatizzazzjoni); għal perċentwal ikbar tenħtieġ l-approvazzjoni tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli bil-kunsens tal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u l-Iżvilupp.

    L-investimenti tal-Fondi tal-Investiment f'titoli maħruġin minn barranin huwa limitat għall-10 % tal-investimenti tal-Fondi tal-Investiment. Dawn it-titoli għandhom ikunu elenkati f'dawk il-Boroż stabbiliti minn qabel mill-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.

    Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti jew soċji f'Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli sa 24 % tal-kapital tal-Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli permezz ta' approvazzjoni minn qabel tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli. (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar it-Titoli.)

    Titoli maħruġin minn barranin li għadhom mhumiex disponibbli fit-territorju tas-Slovenja jistgħu jiġu offruti biss minn Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli jew minn bank li għandu liċenzja jwettaq dawn it-tranżazzjonijiet. Qabel ma jniedi l-offerta l-Kumpanija tas-Senserija tat-Titoli jew il-bank għandhom jiksbu l-permess tal-Aġenzija tas-Suq tat-Titoli.

    It-talba għal dan il-permess biex jiġu offruti titoli maħruġa minn barranin fis-Slovenja għandha tkun akkumpanjata minn abbozz tal-prospett, dokumentazzjoni li turi li l-garanti tal-ħruġ tat-titoli maħruġa minn barranin huwa bank jew kumpanija tas-senserija tat-titoli, ħlief fil-każ ta' ħruġ ta' ishma maħruġa minn barranin.

    SE: Impriżi li mhumiex inkorporati fl-Iżvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali permezz ta' fergħa biss, u fil-każ ta' banek, permezz ukoll ta' uffiċċju rappreżentattiv.

    SE: Fundatur ta' kumpanija bankarja għandu jkun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bank barrani. Fundatur ta' bank tat-tfaddil għandu jkun persuna fiżika residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    UK: Sensara bejn in-negozjanti, li huma kategorija ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jinnegozjaw fid-dejn tal-Gvern, jeħtieġ li jkunu stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Ewropea u li jkollhom kapital separat

    4)

    Preżenza ta' persuni fiżiċi

    CY:

    Subsettur B.6.(e) (negozjar ta' titoli trasferibbli): Individwi, kemm jekk qed jaħdmu ta' sensara waħedhom kif ukoll jekk impjegati minn ditti ta' sensara, huma meħtieġa josservaw il-kriterji tal-liċenzjar għal dan il-għan.

    Subsetturi B.1. sa B.12., barra B.6. (e): Bla restrizzjonijiet.

    CZ:

    Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank li mhux ċentrali, negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tal-buljon, senserija tal-flus, servizzi ta' saldu u ta' kklerjar għal prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma' dawn l-attivitajiet: Bla restrizzjonijiet.

    Is-subsetturi l-oħrajn kollha: Bla restrizzjonijiet, ħlief għal kif indikat fit-Taqsima orizzontali.

    MT:

    Subsettur B.1., B.2. u B.11. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull xorta, u forniment u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju): Bla restrizzjonijiet, ħlief għal kif indikat fit-Taqsima orizzontali.

    Subsetturi B.3. sa B.10. u B.12.: Bla restrizzjonijiet.

    PL:

    Subsettur B.1., B.2., B.4. u B.5. (minbarra garanziji u impenji tat-Teżor Statali): Bla restrizzjonijiet ħlief kif indikat fit-Taqsima orizzontali u soġġett għal-limitazzjoni li ġejja: Rekwiżit taċ-ċittadinanza għal uħud – tal-anqas wieħed – mill-eżekuttivi tal-bank.

    Subsetturi B.6. (e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f'ħarġiet ta' karti tat-Teżor), B.9. (servizzi ta' mmaniġġjar tal-portafoll biss), B.11. u B.12. (Servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra biss fir-rigward ta' attivitajiet impenjati fil-Polonja): Bla restrizzjonijiet ħlief kif indikat fit-Taqsima orizzontali

    Is-subsetturi l-oħrajn kollha: Bla restrizzjonijiet.

    SK:

    Negozjar ta' prodotti derivattivi u ta' buljon, senserija tal-flus, u intermedjazzjoni: Bla restrizzjonijiet.

    Is-sottosetturi l-oħrajn kollha: Bla restrizzjonijiet, ħlief għal kif indikat fit-Taqsima orizzontali.

    SI:

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonijiet u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Bla restrizzjonijiet.

    Is-subsetturi l-oħrajn kollha: Bla restrizzjonijiet, ħlief għal kif indikat fit-Taqsima orizzontali.

    AT, BE, BG, DE, DK, ES, EE, FR, FI, EL, HR, HU, IT, IE, LU, LT, LV, NL, PT, RO, SE, UK:

    Bla restrizzjonijiet ħlief kif indikat fit-taqsimiet orizzontali rispettivi u soġġett għal-limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

    BG: Bla restrizzjonijiet għall-garanziji tat-Teżor tal-Istat. Bla restrizzjonijiet għan-negozjar proprju jew għal klijent ta' strumenti u assi finanzjarji negozjabbli għajr titoli trasferibbli. Bla restrizzjonijiet għal parteċipazzjoni fi ħruġ ta' bonds tat-Teżor. Bla restrizzjonijiet għas-senserija tal-flus. Bla restrizzjonijiet għall-immaniġġjar ta' fondi tal-pensjonijiet. Bla restrizzjonijiet għas-servizzi ta' saldu u kklerjar ta' assi finanzjarji. Bla restrizzjonijiet għall-intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra

    HR: Il-bord tal-maniġment għandu jidderieġi n-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu mit-territorju tal-Kroazja. Mill-inqas membru wieħed tal-bord tal-maniġment irid ikun jaf jitkellem sew bil-lingwa Kroata. L-operazzjonijiet ta' istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom isiru mit-territorju tal-Kroazja. Uffiċċji tal-kambju awtorizzati għandhom ikunu mmexxijja minn kwalunkwe resident bi status ta' persuna ġuridika u kwalunkwe intrapriża individwali bl-użu ta' programmi tal-kompjuter protetti fil-ħidma tagħhom għal tranżazzjonijiet tal-kambju li għandhom ftehim ma' bank u huma awtorizzati li jwettqu tranżazzjonijiet tal-kambju.

    FR: Sociétés d'investissement à capital fixe: kundizzjoni taċ-ċittadinanza għall-president tal-Bord tad-Diretturi, għad-Diretturi Ġenerali u xejn anqas minn żewġ terzi tal-amministraturi, kif ukoll, meta d-ditta tat-titoli jkollha Bord jew Kunsill Superviżorju, għal membri ta' tali bord jew id-Direttur Ġenerali tiegħu, u xejn anqas minn żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill Superviżorju

    EL: Istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jinnominaw mill-anqas żewġ persuni li huma responsabbli mill-operazzjonijiet tal-istituzzjoni. Għal dawn il-persuni tapplika l-kundizzjoni tar-residenza.

    IT: Kundizzjoni tar-residenza fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej għall-‘promotori di servizi finanziari’ (bejjiegħa finanzjarji).

    LV: Maniġer ta' fergħa jew ta' sussidjarja għandu jkun persuna li jħallas it-taxxa fil-Latvja (resident).

    RO: Bla restrizzjonijiet għal-lokazzjoni finanzjarja. Bla restrizzjonijiet għan-negozjar proprju jew għal klijent ta' strumenti u assi finanzjarji negozjabbli għajr titoli trasferibbli.


    (1)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

    (2)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

    (3)  CZ: Legiżlazzjoni li tkopri t-tneħħija tal-kriterju tar-rekwiżiti tas-suq finanzjarju qiegħda tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament.

    (4)  Minbarra l-ammont tal-kapital il-Bank tas-Slovenja għandu, meta jqis l-għoti ta' liċenzja bankarja mhux limitata jew limitata jqis ukoll il-linji ta' gwida li ġejjin (kemm għal applikanti domestiċi kif ukoll għal applikanti barranin):

    il-preferenzi ekonomiċi nazzjonali għal ċerti attivitajiet bankarji;

    il-kopertura reġjonali attwali tar-Repubblika tas-Slovenja mill-banek;

    il-prestazzjoni attwali tal-bank ta' attivitajiet imqabbla ma' dawk stipulati mil-liċenzja eżistenti.

    (Rimarka: din id-dispożizzjoni għandha tiġi abolita kif tiġi adottata l-Liġi ġdida dwar l-Operat Bankarju.)

    ANNESS II

    “ANNESS II

    AWTORITAJIET RESPONSABBLI GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI

    PARTI A

    Għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha

    Il-Kummissjoni Ewropea

    DG Trade

    DG Internal Market

    B-1049 Bruxelles

    L-Awstrija

    Ministry of Finance

    Directorate Economic Policy and Financial Markets

    Himmelpfortgasse 4-8

    Postfach 2

    A-1015 Wien

    Il-Belġju

    Ministry of Economy

    Ministry of Finance

    Rue de Bréderode 7

    B-1000 Bruxelles

    Rue de la Loi 12

    B-1000 Bruxelles

    Il-Bulgarija

    Ministry of Economy and Energy

    Ministry of Finance

    Bulgarian National Bank

    Financial Supervision Commission

    Slavyanska str. 8

    Sofia 1052

    G.S.Rakovski str.102

    Sofia 1000

    Al.Batenberg sq.1

    Sofia 1000

    33, Shar Planina Street

    Sofia 1303

    Il-Kroazja

    Ministry of Finance

    Katanciceva 5

    10000 Zagreb

    Ċipru

    Ministry of Finance

    CY-1439 Nicosia

    Ir-Repubblika Ċeka

    Ministry of Finance

    Letenská 15

    CZ-118 10 Prague

    Id-Danimarka

    Ministry of Economic Affairs

    Ved Stranden 8

    DK-1061 Copenhagen K

    L-Estonja

    Ministry of Finance

    Suur-Ameerika 1

    EE-15006 Tallinn

    Il-Finlandja

    Ministry of Finance

    PO Box 28

    FIN-00023 Helsinki

    Franza

    Ministry of Economy, Finance and Industry

    Ministère de l'Economie, des Finances et de l'Industrie

    139, rue de Bercy

    F-75572 Paris

    Il-Ġermanja

    Ministry of Finance

    Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

    Graurheindorfer Str. 108

    D-53117 Bonn

    Il-Greċja

    Bank of Greece

    Panepistimiou Street, 21

    GR-10563 Athens

    L-Ungerija

    Ministry of Finance

    Pénzügyminisztérium

    Postafiók 481

    HU-1369 Budapest

    L-Irlanda

    Irish Financial Services Regulatory Authority

    PO Box 9138

    College Green

    IRL-Dublin 2

    L-Italja

    Ministry of Treasury

    Ministero del Tesoro

    Via XX Settembre 97

    I-00187 Roma

    Il-Latvja

    Financial and Capital Market Commission

    Kungu Street 1

    LV-1050 Riga

    Il-Litwanja

    Ministry of Finance

    Vaizganto 8a/2,

    LT-01512 Vilnius

    Il-Lussemburgu

    Ministry of Finance

    Ministère des Finances

    3, rue de la Congrégation

    L-2931 Lussemburgu

    Malta

    Financial Services Authority

    Notabile Road

    MT-Attard

    In-Netherlands

    Ministry of Finance

    Financial Markets Policy Directorate

    Postbus 20201

    NL-2500 EE Den Haag

    Il-Polonja

    Ministry of Finance

    12 Świętokrzyska Street

    PL-00-916 Warsaw

    Il-Portugall

    Ministry of Finance

    Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

    Av. Infante D. Henrique, 1C-1o

    P-1100-278 Lisboa

    Ir-Rumanija

    National Bank of Romania

    Romanian National Securities Commission

    25 Lipscani Str, sector 3

    Bucharest, code 030031

    (2 Foisorului Street, Bucharest, sector 3

    Insurance Supervisory Commission

    18th, Amiral Constantin Balescu Street, Sector 1, Bucharest Code 011954

    Private pension system supervisory Commission

    74 Splaiul Unirii, sector 4,

    Bucharest, code 030128

    Ir-repubblika Slovakka

    Ministry of Finance

    Stefanovicova 5

    SK-817 82 Bratislava

    Is-Slovenja

    Ministry of Economy

    Kotnikova 5

    SI-1000 Ljubljana

    Spanja

    Treasury

    Directora General del Tesoro y Politica Financiera

    Paseo del Prado 6-6a Planta

    E-28071 Madrid

    L-Iżvezja

    Financial Supervisory Authority

    Box 6750

    S-113 85 Stockholm

    Swedish Central Bank

    Malmskillnadsgatan 7

    S-103 37 Stockholm

    Swedish Consumer Agency

    Rosenlundsgatan 9

    S-118 87 Stockholm

    Ir-Renju Unit

    H. M. Treasury

    1 Horse Guards Road

    UK-London SW1 A 2HQ

    PARTI B

    Għall-Messiku, is-Secretaria de Hacienda y Credito Publico

    Mexico

    Unidad de Banca, Valores y Ahorro

    Insurgentes Sur 1971, Colonia Guadalupe Inn, Deleg. Álvaro Obregón, C.P, 01020México, D.F.

    Unidad de Seguros, Pensiones y Seguridad Social

    Insurgentes Sur 1971, Colonia Guadalupe Inn, Deleg. Álvaro Obregón, C.P, 01020México, D.F.


    Top