Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32018R1606

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1606 tal-25 ta' Ottubru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ST/13292/2018/INIT

    ĠU L 268, 26.10.2018, s. 20—21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Právní stav dokumentu platné

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1606/oj

    26.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/20


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1606

    tal-25 ta' Ottubru 2018

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

    (2)

    Fis-16 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja tliet bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u għat-tneħħija tal-bandiera.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BOGNER-STRAUSS


    (1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


    ANNESS

    1)   

    Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “B. Bastimenti li huma pprojbiti li jidħlu f'portijiet”, il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti:

     

    L-isem tal-bastiment

    Numru tal-OMI

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU

    “34.

    SHANG YUAN BAO

    Il-bastiment merkantili M/V SHANG YUAN BAO kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-bastiment tar-RDPK iddeżinjat min-NU M/V PAEK MA fit-18 ta' Mejju, 2018. Ix-SHANG YUAN BAO kien involut ukoll fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-bastiment tar-RDPK MYONG RYU 1 fit-2 ta' Ġunju, 2018.

    8126070

    16.10.2018

    35.

    NEW REGENT

    M/V NEW REGENT kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mat-tanker taż-żejt tar-RDPK KUM UN SAN 3 fis-7 ta' Ġunju, 2018.

    8312497

    16.10.2018

    36.

    KUM UN SAN 3

    It-tanker taż-żejt tar-RDPK KUM UN SAN 3 kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V NEW REGENT fis-7 ta' Ġunju, 2018.

    8705539

    16.10.2018”


    Nahoru