This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1506
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1506 of 10 October 2018 on exceptional market support measures for the eggs and poultrymeat sectors in Italy
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1506 tal-10 ta' Ottubru 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1506 tal-10 ta' Ottubru 2018 dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja
C/2018/6522
ĠU L 255, 11.10.2018, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/10/2018
11.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1506
tal-10 ta' Ottubru 2018
dwar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 220(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017, l-Italja kkonfermat li kien hemm 43 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u H7 u bagħtet notifiki dwarhom. L-ispeċijiet affettwati kienu l-papri, id-dundjani, il-farawni u l-flieles, it-tiġieġ, l-għawwietaq u t-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus domesticus. |
(2) |
Minnufih u b'mod effiċjenti, l-Italja ħadet il-miżuri kollha marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri kollha veterinarji meħtieġa skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2). |
(3) |
B'mod partikulari, l-Italja ħadet miżuri ta' kontroll, ta' monitoraġġ u ta' prevenzjoni u stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza (“iż-żoni regolati”) skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/697 (3), (UE) 2017/155 (4), (UE) 2017/247 (5) (UE) 2017/263 (6), (UE) 2017/417 (7), (UE) 2017/554 (8), (UE) 2017/696 (9), (UE) 2017/780 (10), (UE) 2017/977 (11), (UE) 2017/1397 (12), (UE) 2017/1415 (13), (UE) 2017/1484 (14), (UE) 2017/1519 (15) u (UE) 2017/1593 (16). |
(4) |
L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u dawk veterinarji meħtieġa li kienu ġew applikati biex jitrażżan u jitwaqqaf għalkollox it-tixrid tal-marda kienu laqtu għadd kbir ħafna ta' operaturi u li dawk l-operaturi ġarrbu telf ta' introjtu li ma kienx eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). |
(5) |
Fid-9 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba formali għall-finanzjament parzjali ta' ċerti miżuri eċċezzjonali mingħand l-Italja skont l-Artikolu 220(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għat-tifqigħat ikkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017. Fl-1 ta' Ġunju 2018, fl-14 ta' Ġunju 2018, fit-22 ta' Ġunju 2018 u fil-11 ta' Lulju 2018, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw it-talba tagħhom u bagħtu d-dokumenti marbutin magħha. |
(6) |
Minħabba l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fil-premessa 3, ġew estiżi l-perjodi ta' mistrieħ sanitarju, ġiet ipprojbita l-introduzzjoni tat-tjur u ġew ristretti l-movimenti tat-tipi kollha ta' tjur fl-azjendi fiż-żoni regolati stabbiliti wara t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u H7. Dan kien jolqot lill-ispeċijiet li ġejjin: il-papri, id-dundjani, il-farawni u l-flieles, it-tiġieġ, l-għawwietaq u t-tiġieġ tal-bajd tat-tip Gallus domesticus. Dan wassal għal telf fil-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum u tal-laħam tat-tjur f'dawn l-azjendi. Jixraq għalhekk li jingħata kumpens għat-telf minħabba bajd meqrud, ipproċessat jew relegat għal grad inferjuri, kif ukoll minħabba annimali mhux prodotti, trobbija għal perjodu itwal, jew qtil. |
(7) |
Skont l-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-finanzjament parzjali mill-Unjoni jrid ikun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa mġarrba mill-Italja għall-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffissa l-kwantitajiet massimi eliġibbli għall-finanzjament għal kull miżura eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq wara li tkun fliet it-talba li tkun irċeviet mingħand l-Italja b'rabta mat-tifqigħat ikkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017. |
(8) |
Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammont tal-finanzjament parzjali b'rata fissa jkun ibbażat fuq studji tekniċi u ekonomiċi jew fuq dokumenti tal-kontabbiltà u li dan jiġi ffissat fil-livell ix-xieraq għal kull annimal u għal kull prodott skont il-kategorija tagħhom. |
(9) |
Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' finanzjament doppju, jenħtieġ li t-telf imġarrab ma jkunx ġie kkumpensat b'għajnuna mill-Istat jew b'assigurazzjoni u jenħtieġ li l-finanzjament parzjali mill-Unjoni skont dan ir-Regolament ikun limitat għall-annimali u għall-prodotti eliġibbli li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014. |
(10) |
Jenħtieġ li l-livell u t-tul ta' żmien tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq previsti f'dan ir-Regolament ikunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi appoġġat is-suq. B'mod partikulari, jenħtieġ li l-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq japplikaw biss għall-produzzjoni tat-tjur u tal-bajd fl-azjendi li jinsabu fiż-żoni regolati u għat-tul ta' żmien li matulu kienu fis-seħħ il-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni Taljana rilevanti għat-43 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017 u għaż-żoni regolati rispettivi. |
(11) |
Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà f'każ li l-għadd ta' annimali jew ta' bajd eliġibbli għall-kumpens ikun ivarja mill-ammonti massimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, li huma bbażati fuq stimi, il-kumpens jista' jiġi aġġustat b'ċerti limiti, dejjem jekk jitħares l-ammont massimu tan-nefqa ffinanzjata b'mod parzjali mill-Unjoni. |
(12) |
Għal raġunijiet ta' ġestjoni baġitarja tajba ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq, jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss dawk il-pagamenti li l-Italja tagħmel lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019. Jenħtieġ li ma jkunx japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (18). |
(13) |
Sabiex jiġu żgurati l-eliġibbiltà u l-korrettezza tal-pagamenti, jenħtieġ li l-Italja twettaq verifiki ex ante. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Italja tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti sabiex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-kontroll finanzjarju tagħha. |
(15) |
Sabiex ikun żgurat li l-Italja timplimenta l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament b'mod immedjat, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(16) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali li jkun ekwivalenti għal 50 % tan-nefqa li ġarrbet l-Italja biex tappoġġa s-suq tal-bajd għat-tifqis, tal-bajd għall-konsum u tal-laħam tat-tjur li ntlaqat ħażin ħafna mit-43 tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 u H7 li l-Italja sabet u bagħtet notifiki dwarhom fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017.
Artikolu 2
In-nefqa li ġarrbet l-Italja għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni biss:
(a) |
għall-perjodu li matulu kienu applikati l-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u l-miżuri veterinarji msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Italja mniżżlin fl-Anness u marbutin mal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1; u |
(b) |
għal dawk l-azjendi tat-tjur li jkunu ġew suġġetti għall-miżuri marbutin mas-saħħa tal-annimali u għall-miżuri veterinarji u li jinsabu fiż-żoni msemmijin fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Italja mniżżlin fl-Anness (“iż-żoni regolati”); u |
(c) |
jekk l-Italja tkun ħallsitha lill-benefiċjarji sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ma għandux japplika; u |
(d) |
jekk, għall-perjodu msemmi fil-punt (a), l-annimal jew il-prodott ma jkunx ibbenefika minn xi kumpens permezz tal-għajnuna mill-Istat jew tal-assigurazzjoni u għalih ma tkun ingħatat l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014. |
Artikolu 3
1. Il-livell massimu tal-finanzjament parzjali tal-Unjoni għandu jkun ta' EUR 11,1 miljun, imqassam kif ġej:
(a) |
għat-telf fil-produzzjoni fis-settur tat-tjur fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin:
|
(b) |
għat-telf marbut ma' trobbija għal perjodu itwal taż-żmien minħabba l-projbizzjoni fuq it-trasferimenti fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:
|
(c) |
għall-qtil tat-tjur fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:
|
(d) |
għat-telf fil-produzzjoni b'rabta mal-annimali għat-tnissil fiż-żoni regolati għandhom japplikaw ir-rati fissi li ġejjin għal kull annimal:
|
2. Meta l-għadd ta' annimali jew bajd eliġibbli għall-kumpens ikun jaqbeż l-għadd massimu ta' annimali jew ta' bajd għal kull kategorija stabbilit fil-paragrafu 1, in-nefqa eliġibbli għall-finanzjament parzjali mill-Unjoni tista' tiġi aġġustata għal kull kategorija u tkun taqbeż l-ammonti li jiġu mill-applikazzjoni tal-għadd massimu għal kull kategorija, dejjem jekk l-għadd totali tal-aġġustamenti ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-livell massimu tan-nefqa ffinanzjata b'mod parzjali mill-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
L-Italja għandha twettaq verifiki amministrattivi u fiżiċi skont l-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).
B'mod partikulari, l-Italja għandha tivverifika:
(a) |
l-eliġibbiltà tal-applikant li jkun bagħat it-talba għall-appoġġ; |
(b) |
għal kull applikant eliġibbli: l-eliġibbiltà, il-kwantità u l-valur tat-telf reali fil-produzzjoni; |
(c) |
li kull applikant eliġibbli ma jkunx irċieva finanzjament minn sorsi oħrajn bħala kumpens għat-telf imsemmi fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. |
Għall-applikanti eliġibbli li jkunu sarulhom il-verifiki amministrattivi, l-għajnuna tista' tingħata mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna li jsiru l-verifiki kollha, b'mod partikulari dawk fuq l-applikanti li jkunu ntgħażlu għall-verifiki fuq il-post.
F'każijiet fejn ma tkunx ġiet ikkonfermata l-eliġibbiltà tal-applikant, l-għajnuna għandha tiġi rkuprata u għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet.
Artikolu 5
L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-pagamenti.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/697 tal-4 ta' Mejju 2016 dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja (ĠU L 120, 5.5.2016, p. 35).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/155 tas-26 ta' Jannar 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2122 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'ċerti Stati Membri (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 25).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/263 tal-14 ta' Frar 2017 dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u miżuri għal bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' virusijiet tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja għall-pollam (ĠU L 39, 16.2.2017, p. 6).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 12.4.2017, p. 80).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).
(11) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1397 tas-27 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 197, 28.7.2017, p. 13).
(13) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1415 tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 203, 4.8.2017, p. 9).
(14) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1484 tas-17 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 214, 18.8.2017, p. 28).
(15) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 tal-1 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 1).
(16) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).
(18) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
ANNESS
Żoni regolati u perjodi msemmijin fl-Artikolu 2
Il-partijiet mit-territorju Taljan u l-perjodi stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE u ddefiniti fl-atti leġiżlattivi li ġejjin:
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/697 tal-4 ta' Mejju 2016 dwar ċerti miżuri protettivi relatati mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fl-Italja (ĠU L 120, 5.5.2016, p. 35); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/155 tas-26 ta' Jannar 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2122 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'ċerti Stati Membri (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 25); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/263 tal-14 ta' Frar 2017 dwar miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju u miżuri għal bijosigurtà rinforzata u s-sistemi tad-detezzjoni bikrija f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn għasafar selvaġġi għat-trażmissjoni ta' virusijiet tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja għall-pollam (ĠU L 39, 16.2.2017, p. 6); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1397 tas-27 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 197, 28.7.2017, p. 13); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1415 tat-3 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 203, 4.8.2017, p. 9); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1484 tas-17 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 214, 18.8.2017, p. 28); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 tal-1 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 1); |
— |
fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14); |
— |
fl-Ordnijiet tal-Ministeru tas-Saħħa li permezz tagħhom ġie ddikjarat li hemm infezzjoni wara t-tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja li kienu kkonfermati fil-perjodu ta' bejn it-30 ta' April 2016 u t-28 ta' Settembru 2017. |