Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32018Q0925(02)

Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

ĠU L 240, 25.9.2018., 68./71. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2018/925(2)/oj

25.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/68


EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu.

Wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu.

Wara li rat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 63 tiegħu.

Filwaqt li tqis is-suċċess li kellha l-applikazzjoni informatika “e-Curia” u l-benefiċċji tagħha fir-rigward tan-natura immedjata tal-iskambji ddiġitalizzati bejn ir-rappreżentanti tal-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali u r-Reġistru ta' din il-qorti.

Billi tqis li r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu emendati sabiex l-użu ta' e-Curia jsir obbligatorju għall-preżentata tal-atti proċedurali u tan-notifiki mwettqa mir-Reġistru tal-qorti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Billi tqis li għandha tiġi introdotta fir-Regoli tal-Proċedura bażi legali sabiex jiġi speċifikat x'għandu jsir meta jkun teknikament impossibbli li tintuża e-Curia.

Bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja.

Bil-kunsens tal-Kunsill mogħti fis-26 ta' Ġunju 2018,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2015 (1) huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(2), il-punt fi tmiem il-punt (j) huwa ssostitwit b'punt u virgola u t-test ta' punt (k) huwa miżjud:

“(k)

‘e-Curia’ tfisser l-applikazzjoni informatika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tippermetti l-preżentata u n-notifika ta' atti proċedurali b'mezz elettroniku.”

2.

L-Artikolu 36(2) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“2.   Ir-Reġistratur għandu jagħmel notament tar-reġistrazzjoni fuq l-atti proċedurali inklużi fil-proċess tal-kawża u, fuq talba tal-partijiet, fuq il-kopji li huma jippreżentaw għal dan il-għan.”.

3.

Fl-Artikolu 42(1), ir-referenza għall-“Artikoli 7, 9, 11, 13, 15, 16, 18, 25, 28, 31 sa 33, 41, 74 u 224” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 7, 9, 11, 13, 15, 16, 18, 25, 28, 31 sa 33, 41, 56a u 224”.

4.

Wara l-Artikolu 56, hija miżjuda taqsima ġdida li tinkludi Artikolu 56a ġdid:

Taqsima 2a.

Fuq il-komunikazzjoni permezz ta' e-Curia mar-rappreżentanti tal-partijiet

Artikolu 56a

e-Curia

1.   Bla ħsara għall-każijiet previsti fl-Artikolu 57(2), fl-Artikolu 72(4), fl-Artikolu 80(1), fl-Artikolu 105(1) u (2), fl-Artikolu 147(6), fl-Artikolu 148(9) u fl-Artikolu 178(2) u (3), kull att proċedurali għandu jiġi ppreżentat u nnotifikat permezz ta' e-Curia.

2.   Il-kundizzjonijiet dwar il-preżentata u n-notifika ta' att proċedurali permezz ta' e-Curia għandhom jiġu speċifikati f'deċiżjoni adottata mill-Qorti Ġenerali. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   L-użu ta' e-Curia jeħtieġ il-ftuħ ta' kont ta' aċċess fil-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Jekk att proċedurali jiġi ppreżentat permezz ta' e-Curia qabel ma jiġu prodotti d-dokumenti ta' sostenn meħtieġa sabiex jiġi vvalidat il-kont ta' aċċess, dawn id-dokumenti għandhom jaslu f'verżjoni stampata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali f'terminu ta' għaxart'ijiem mill-preżentata tal-att. Dan it-terminu ma jistax jiġi estiż u l-Artikolu 60 ma japplikax. Fl-assenza tar-riċezzjoni tad-dokumenti ta' sostenn fit-terminu mogħti, il-Qorti Ġenerali għandha tiddikjara inammissibbli l-att proċedurali ppreżentat permezz ta' e-Curia.

5.   Meta l-użu ta' e-Curia jirriżulta teknikament impossibbli u bla ħsara għall-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 45 tal-Istatut, att proċedurali jista' jiġi ppreżentat jew innotifikat b'kull mod adegwat li jkun disponibbli. Il-passi li għandhom jittieħdu f'tali każ għandhom jiġu speċifikati fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.”

5.

L-Artikolu 57 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 57(1) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“1.   Bla ħsara għall-Artikolu 80(1), għall-Artikolu 148(9) u għall-Artikolu 178(2) u (3), in-notifiki previsti fl-Istatut u f'dawn ir-Regoli għandhom isiru, taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur, permezz ta' e-Curia.”;

(b)

fl-Artikolu 57(2), l-espressjoni “Jekk, minħabba raġunijiet tekniċi jew minħabba n-natura jew il-volum tal-att,” hija ssostitwita bl-espressjoni “Jekk, minħabba n-natura tal-att,” fl-ewwel sentenza, u l-espressjoni “permezz tal-mod imsemmi fil-paragrafu 4 jew permezz ta' faks” hija ssostitwita bl-espressjoni “permezz ta' e-Curia” fit-tieni u fit-tielet sentenzi;

(c)

l-Artikolu 57(3) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“3.   Bla ħsara għall-Artikolu 72(4), il-kopji tal-oriġinal li għandu jiġi nnotifikat skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu ppreparati u awtentikati mir-Reġistratur.”;

(d)

l-Artikolu 57(4) huwa mħassar.

6.

L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 68(4) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“4.   L-atti proċedurali inklużi fil-proċessi tal-kawżi magħquda għandhom jiġu nnotifikati permezz ta' e-Curia lill-partijiet li jagħmlu talba f'dan is-sens. Madankollu, fuq talba ta' parti, il-President jista', permezz ta' digriet, jeskludi minn din in-notifika ċerta informazzjoni li tkun tinsab fil-proċess tal-kawża u li fir-rigward tagħha jkun allegat li hija ta' natura kunfidenzjali.”;

(b)

l-Artikolu 68(5) huwa mħassar.

7.

L-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-formulazzjoni tat-titolu “Regoli komuni dwar il-preżentata tal-atti proċedurali” hija ssostitwita bit-test “Regoli dwar il-preżentata tal-atti proċedurali permezz ta' e-Curia”;

(b)

l-Artikolu 72(1) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“1.   Ħlief għall-preżentati msemmija fl-Artikolu 105(1) u (2) u fl-Artikolu 147(6), kull att proċedurali għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru permezz ta' e-Curia.”;

(c)

it-test segwenti huwa introdott bħala l-Artikolu 72(4):

“4.   Meta anness ma' att proċedurali ma jkunx jista' jiġi ppreżentat permezz ta' e-Curia minħabba n-natura tiegħu, l-anness inkwistjoni għandu jiġi trażmess separatament bil-posta jew għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru. Dan l-anness għandu jiġi ppreżentat f'eżemplari wieħed għall-Qorti Ġenerali u f'daqstant eżemplari daqs kemm ikun hemm partijiet fil-kawża. Dawn l-eżemplari għandhom jiġu ċċertifikati li huma identiċi mill-parti li tippreżentahom.”;

(d)

l-Artikolu 72(4) u l-Artikolu 72(5) jingħataw numri ġodda u jsiru l-Artikolu 72(5) u l-Artikolu 72(6).

8.

L-Artikolu 73 huwa mħassar.

9.

L-Artikolu 74 huwa mħassar.

10.

L-Artikolu 77 huwa mħassar.

11.

L-Artikolu 80(1) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“1.   Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut permezz ta' e-Curia meta jkollu kont ta' aċċess għal e-Curia. Jekk ma jkollux tali kont, ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut billi tintbagħat kopja awtentikata tar-rikors permezz ta' ittra rreġistrata, b'dikjarazzjoni ta' rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament bl-għoti ta' rċevuta.”.

12.

Fl-Artikolu 81(2) ir-referenza għall-Artikolu 77 hija mħassra u l-Artikolu 81(2) huwa għalhekk issostitwit bit-test segwenti:

“2.   L-Artikolu 78(4) sa (6) huwa applikabbli għar-risposta.”.

13.

Fl-Artikolu 143(4), ir-referenza għall-Artikolu 77 hija mħassra u l-Artikolu 143(4) huwa għalhekk issostitwit bit-test segwenti:

“4.   L-Artikolu 78(4) sa (6) u l-Artikolu 139 huma applikabbli għat-talba għal intervent.”.

14.

L-Artikolu 147 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 147(2), is-sentenza “Bla ħsara għall-Artikolu 74, din il-formola għandha tiġi ffirmata mill-persuna li qed tressaqha jew, meta din ikollha rappreżentant, mill-avukat tagħha.” hija mħassra;

(b)

l-Artikolu 147(6) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“6.   Meta l-persuna li tressaq it-talba għal għajuna legali ma tkunx irrappreżentata minn avukat, il-preżentata tal-oriġinal tat-talba għal għajnuna legali għandha titwettaq fir-Reġistru fuq karta. Dan l-oriġinal tat-talba għandu jkun iffirmat bl-idejn mill-persuna li tressaqha.”.

15.

L-Artikolu 148(9) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“9.   Meta l-persuna li titlob l-għajnuna legali ma tkunx irrappreżentata minn avukat, in-notifiki għandhom isirulha billi tintbagħat kopja tal-att li għandu jiġi nnotifikat permezz ta' ittra rreġistrata, b'dikjarazzjoni ta' rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament bl-għoti ta' rċevuta. In-notifiki lill-partijiet l-oħra għandhom jitwettqu skont il-mod previst fl-Artikolu 80(1).”.

16.

Fl-Artikolu 156(5), ir-referenza għall-“Artikoli 76 sa 78” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 76 u 78”.

17.

Fl-Artikolu 166(2), ir-referenza għall-“Artikoli 76 sa 78” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 76 u 78”.

18.

Fl-Artikolu 167(1), ir-referenza għall-“Artikoli 76 sa 78” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 76 u 78”.

19.

Fl-Artikolu 168(3), ir-referenza għall-“Artikoli 76 sa 78” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 76 u 78”.

20.

Fl-Artikolu 169(3), ir-referenza għall-“Artikoli 76 sa 78” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 76 u 78”.

21.

Fl-Artikolu 170(1), ir-referenza għall-“Artikoli 76 sa 78” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 76 u 78”.

22.

Fl-Artikolu 173(5), ir-referenza għall-Artikolu 77 hija mħassra u l-Artikolu 173(5) huwa għalhekk issostitwit bit-test segwenti:

“5.   L-Artikolu 78(4) sa (6) huwa applikabbli għall-att proċedurali msemmi fil-paragrafu 2.”

23.

Fl-Artikolu 175(4), ir-referenza għall-Artikolu 77 hija mħassra u l-Artikolu 175(4) huwa għalhekk issostitwit bit-test segwenti:

“4.   L-Artikolu 78(4) sa (6) u l-Artikolu 139 huma applikabbli għat-talba għal sostituzzjoni.”.

24.

L-Artikolu 177 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 177(6) huwa mħassar;

(b)

l-Artikolu 177(7) jingħata numru ġdid u jsir l-Artikolu 177(6).

25.

L-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej::

(a)

l-Artikolu 178(2) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“2.   Ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut permezz ta' e-Curia meta jkollu kont ta' aċċess għall-e-Curia. Jekk ma jkollux tali kont, ir-rikors għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut billi tintbagħat kopja awtentikata tar-rikors permezz ta' ittra rreġistrata, b'dikjarazzjoni ta' rċevuta, jew billi din il-kopja tingħata direttament bl-għoti ta' rċevuta.”;

(b)

l-Artikolu 178(3) huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“3.   In-notifika tar-rikors lil parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għandha ssir permezz ta' e-Curia meta din issir parti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali inkonformità mal-Artikolu 173(2). Jekk il-parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tkun istituzzjoni li jkollha kont ta' aċċess għal e-Curia, in-notifika tar-rikors għandha ssir permezz ta' e-Curia. Jekk ma ssirx tali parti, ir-rikors għandu jiġi nnotifikat permezz ta' ittra rreġistrata, b'dikjarazzjoni ta' rċevuta, mibgħuta fl-indirizz indikat mill-parti kkonċernata għall-finijiet tan-notifiki li kellhom jitwettqu matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.”;

(c)

fl-Artikolu 178(4), ir-referenza għall-“Artikolu 177(7)” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikolu 177(6)”.

26.

Fl-Artikolu 180(2), ir-referenza għal “L-Artikolu 177(4) sa (7)” hija ssostitwita b'referenza għal “L-Artikolu 177(4) sa (6)”.

27.

L-Artikolu 194 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-Artikolu 194(5) huwa mħassar;

(b)

l-Artikolu 194(6) jingħata numru ġdid u jsir l-Artikolu 194(5).

28.

Fl-Artikolu 197(2), ir-referenza għal “fl-Artikolu 194(6)” hija ssostitwita b'referenza għal “fl-Artikolu 194(5)”.

29.

Fl-Artikolu 199(2), ir-referenza għal “L-Artikolu 194(3) sa (6)” hija ssostitwita b'referenza għal “L-Artikolu 194(3) sa (5)”.

30.

Fl-Artikolu 213(1), ir-referenza għall-“Artikoli 51 sa 58, 60 sa 74, 79, 84, 87, 89, 90, 107 sa 122, 124, 125, 129, 131, 142 sa 162, 164, 165 u 167 sa 170” hija ssostitwita b'referenza għall-“Artikoli 51 sa 58, 60 sa 72, 79, 84, 87, 89, 90, 107 sa 122, 124, 125, 129, 131, 142 sa 162, 164, 165 u 167 sa 170”.

Artikolu 2

Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar ta' wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 56a(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta' Lulju 2018.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 105, 23.4.2015, p. 1.


Augša