Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32018Q0925(01)
Amendments to the Rules of Procedure of the General Court
Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali
Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali
ĠU L 240, 25.9.2018., 67./67. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
25.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/67 |
EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI
IL-QORTI ĠENERALI,
wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,
wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
wara li rat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 63 tiegħu,
billi tqis li minħabba l-implementazzjoni tar-riforma tal-arkitettura ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tirriżulta mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (1) u mir-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (2), huwa meħtieġ li jiġu adattati r-regoli proċedurali li jiddeterminaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet mogħtija lill-Viċi President tal-Qorti Ġenerali,
bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja,
bil-kunsens tal-Kunsill mogħti fis-16 ta' Lulju 2018,
TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:
Artikolu 1
Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Marzu 2015 (3) huma emendati kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 3(3), il-kliem “, tal-Viċi President” huma mħassra. |
2. |
Fl-Artikolu 28(2), il-kliem “, il-Viċi President tal-Qorti Ġenerali” huma miżjuda wara “L-awla li lilha tkun assenjata l-kawża”. |
Artikolu 2
Dawn l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 44 tal-imsemmija regoli, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħhom.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-31 ta' Lulju 2018.
Ir-Reġistratur
E. COULON
Il-President
M. JAEGER
(1) ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14.