EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0917

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/3987

ĠU L 163, 28.6.2018, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/917/oj

28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/917

tas-27 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi dikwat, famoksadon, flumjoksażina, metalaksil-m u pimetrożin ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 (3). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, benalassil, bifenażat, bromossinil, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, etossażol, fenamidone, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, oksasulfuron, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, fenmedifam, u s-metolaklor ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/841. Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutammid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, folpet, formetanat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb ġew estiżi permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 (6). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(5)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/415 (7). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(6)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentjavalikarb, boskalid, bromossinil, karvone, fluwossastrobin, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus u protijokonażol se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2018.

(7)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi msemmija fil-Premessi 3 sa 5 tressqu skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(8)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għaldaqstant hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(9)

Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni tiffissa data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(10)

Peress li l-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, ir-razza Ampelomyces quisqualis: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, ir-razza Gliocladium catenulatum: j1446, imażamoks, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 12).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/404 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward l-estenzjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, kaptan, dimetoat, dimetomorf, etoprofos, fipronil, folpet, formetanat, glufosinat, metjokarb, metribużin, fosmet, pirimifos-metil u propamokarb (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 6).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/415 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 28).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, Dikwat, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Pimetrożina, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famossadon, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalassil-M, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumjossażin, id-data tiġi sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2019”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 42, Oksasulfuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Ċjażofammid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 62, Fenamidon, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 63, Isossaflutol, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 78, Klorprofam, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Alfa-ċipermetrina, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 84, Benalaksil, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 85, Bromossinil, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 86, Desmedifam, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 96, Metossifenożid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolaklor, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, taringiela 98, ir-razza Gliocladium catenulatum: J1446, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 99, Etossażol, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenażat, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemektin, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 141, Fenamifos, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, Etefon, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, Kaptan, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, Folpet, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanat, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 148, Metjokarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 149, Dimetoat, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, Dimetomorf, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(31)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, Metribużin, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(32)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, Fosmet, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(33)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, Propamokarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(34)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 155, Etoprofos, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(35)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, Pirimipfos-metil, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(36)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, Beflubutammid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(37)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 163, Bentjavalikarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(38)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boskalid, id-data tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(39)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 165, id-data tal-Karvone, tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(40)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 166, id-data tal-Fluwossastrobin tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(41)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 167, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;

(42)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 168, id-data tal-Protijokonażol tinbidel bid-data “il-31 ta' Lulju 2019”;


Top