This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0450
Decision of the EEA Joint Committee No 194/2016 of 23 September 2016 amending Annex XIX (Consumer protection) to the EEA Agreement [2018/450]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 194/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness XIX (Il-protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2018/450]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 194/2016 tat-23 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness XIX (Il-protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2018/450]
ĠU L 80, 22.3.2018, p. 37–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 194/2016
tat-23 ta’ Settembru 2016
li temenda l-Anness XIX (Il-protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2018/450]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti modalitajiet tranżizzjonali speċifiċi sakemm issir l-implimentazzjoni sħiħa tal-funzjoni tat-traduzzjoni tal-pjattaforma ta’ ODR imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 fir-rigward il-lingwa Iżlandiża. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1051 tal-1 ta’ Lulju 2015 dwar il-modalitajiet għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tal-pjattaforma għas-soluzzjoni online għat-tilwim, dwar il-modalitajiet tal-formola elettronika għall-ilmenti u dwar il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt previsti fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
L-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 7d (id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, emendata permezz ta’:
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 7f (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
3. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 7i (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1051 u d-Direttiva 2013/11/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63.
(4) ĠU L XX, 22.3.2018, p. YY.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.