Roghnaigh na gnéithe turgnamhacha is mian leat a thriail

Is sliocht ón suíomh gréasáin EUR-Lex atá sa doiciméad seo

Doiciméad 32018R0330

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta' Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2018/1274

ĠU L 63, 6.3.2018, lgh. 15-43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Stádas dlíthiúil an doiciméid Gan a bheith i bhfeidhm a thuilleadh, Deireadh bailíochta: 31/05/2024: Athraíodh an gníomh sin. An leagan comhdhlúite reatha: 16/09/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/330/oj

6.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/330

tal-5 ta' Marzu 2018

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1331/2011 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Id-dazji antidumping fis-seħħ ivarjaw minn 48,3 % sa 71,9 % għal kumpaniji msemmija individwalment, b'rata ta' dazju residwa ta' 71,9 %.

1.2.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (3) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-azzar inossidabbli mingħajr saldaturi (“SSSPT”) li joriġinaw mir-RPĊ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”).

(4)

It-talba ġiet preżentata mill-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Inossidabbli Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“ESTA” jew “l-applikant”) li tirrappreżenta aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' SSSPT.

(5)

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal rikorrenza ta' dumping u għal rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(6)

Wara li stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fl-10 ta' Diċembru 2016, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(7)

Investigazzjoni antiċirkomvenzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ minn importazzjonijiet mibgħuta mill-Indja inbdiet fis-17 ta' Frar 2017 (5). Din l-investigazzjoni ma rriżultatx fl-estensjoni tal-miżuri għall-immportazzjonijiet mill-Indja (6).

1.3.   Partijiet interessati

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi, utenti u importaturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Popu taċ-Ċina, u lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jikkooperaw.

(9)

Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li hija pprevediet li tuża lill-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti”) bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”), skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi fl-Istati Uniti dwar il-bidu u stednithom biex jipparteċipaw.

(10)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-produtturi kollha magħrufa tal-SSSPT fir-Repubblika tal-Korea t'Isfel, l-Ukrajna, l-Indja, il-Ġappun, in-Norveġja u t-Turkija, fejn talbithom jikkooperaw fir-rieżami.

(11)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità biex jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami fil-limiti taż-żmien stipulati fin-Notifika ta' Bidu u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Is-seduti ta' smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Seduta saru fl-14 ta' Diċembru 2017 u fid-19 ta' Jannar 2018 fuq talba ta' Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd. Fit-30 ta' Jannar 2018 waslet talba għat-tielet seduta ta' smigħ u din ġiet aċċettata mill-Uffiċjal tas-Seduta. Is-seduta ta' smigħ saret fil-5 ta' Frar 2018.

1.3.1.   Kampjunar

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(a)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(13)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li proviżorjament kienet għażlet kampjun ta' produtturi tal-Unjoni u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fil-limitu ta' żmien stipulat. Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-volumi ta' produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami fl-Unjoni filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika. Din kienet tikkonsisti mill-akbar kumpaniji, li jinsabu fl-Iżvezja, Franza u Spanja, mill-akbar tliet gruppi ta' produtturi tal-Unjoni.

(14)

Wieħed mill-ilmentaturi, Tubacex Group, ta parir lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kampjunar tat-tieni l-akbar prodottur tiegħu li jinsab fl-Awstrija, minflok l-akbar produttur li jinsab fi Spanja. Is-suġġeriment sar peress li wħud mit-tipi ta' prodott ta' dan il-produttur ma kinux importati mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(15)

Madankollu, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tagħmel kampjunar tal-akbar volum ta' produzzjoni u bejgħ, u peress li t-tipi ta' prodotti kkonċernati kienu koperti mid-definizzjoni tal-prodott simili, ġie deċiż li din it-talba ma tiġix aċċettata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kampjun magħżul inizjalment kien rappreżentattiv b'mod komplet u li pprovda kopertura suffiċjenti f'termini ta' tipi ta' prodott, kif spjegat fil-premessa (13) hawn fuq.

(16)

Ma ġewx ippreżentati aktar kummenti dwar il-kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat bħala finali.

(b)   Kampjunar tal-importaturi

(17)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(18)

Matul l-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni żewġ importaturi mhux relatati ipprovdew l-informazzjoni mitluba u għalhekk it-teħid ta' kampjuni tal-importaturi mhux relatati ma kienx meqjus meħtieġ.

(c)   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(19)

Għaxar produtturi esportaturi bagħtu lura l-formoli tal-kampjunar. L-ewwel il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tnejn minnhom, fuq il-bażi tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni u fuq il-kapaċità tal-produzzjoni. Wara l-irtirar ta' wieħed mill-produtturi fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbiliet kampjun ġdid, billi ssostitwiet lill-produttur esportatur li rtira b'dik sussegwenti, biex b'hekk il-kampjun għal darb'oħra kien magħmul minn żewġ produtturi esportaturi, fuq il-bażi tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni.

1.3.2.   Kwestjonarji

(20)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, lill-produtturi magħrufa f'pajjiżi analogi potenzjali, lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u lill-importaturi u l-utenti magħrufa kollha attivi fis-suq tal-Unjoni. It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand iż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, erba' produtturi fil-pajjiż analogu u t-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Wieħed biss mill-importaturi mhux relatati imsemmija fil-premessa (18) bagħat tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, ħames importaturi mhux relatati oħra (erbgħa minnhom jaġixxu wkoll bħala utent) bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju.

1.3.3.   Żjarat ta' verifika

(21)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bżonnjuża għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u d-dannu li jirriżulta u għall-valutazzjoni ta' jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

AB Sandvik Materials Technology, Sandviken, l-Iżvezja

Tubacex Tubos Inoxidables S.A.U., Bilbao, Spanja

Salzgitter Mannesmann Stainless Tubes Franza SAS, Saint-Florentin, Franza

 

L-importaturi tal-Unjoni u l-importaturi/utenti:

Arcus Nederland BV, Dordrecht, In-Netherlands

VRV S.p.A., Ornago, l-Italja

Mangiarotti S.p.A., Sedegliano, l-Italja

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ:

Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd, Huzhou

Shanghai Baoluo Stainless Steel Tube Co. Ltd (BSS), Shanghai

1.4.   Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(22)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016 (il-“perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”).

(23)

L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (il-“perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Divulgazzjoni

(24)

Il-Kummissjoni ddivulgat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu fis-seħħ il-miżuri antidumping. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(25)

Il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(26)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti pajpijiet u tubi biċċa waħda tal-istainless steel (ħlief dawk il-pajpijiet u tubi b'tagħmir imwaħħal magħhom li jkunu adattati biex jgħaddu l-gassijiet u l-likwidi minnhom għall-użu fl-inġenji tal-ajru ċivili), li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (kodiċijiet TARIC 7304410090, 7304499390, 7304499590, 7304499990, u 7304900091) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

2.2.   Prodott simili

(27)

L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat,

il-prodott manifatturat u mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku tar-RPĊ

il-prodott manifatturat u mibjugħ mill-produttur fi il-pajjiż analogu magħżul, u

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni

(28)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(29)

Produttur esportatur Ċiniż iddikjara li l-ambitu tal-prodott kien bi żball jinkludi prodotti speċjali għal użi nukleari u militari, u li dawn il-prodotti kellhom jiġu esklużi mill-investigazzjoni, jew alternattivament kelli jiġi varat rieżami tal-ambitu tal-prodott biex jeskludihom.

(30)

Il-Kummissjoni indikat li l-ambitu tal-prodott baqa' l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali b'konformità mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku. L-ambitu tal-prodott kien jinkludi varjetà wiesgħa ta' tipi ta' prodott li għandhom karatteristiċi bażiċi tekniċi u fiżiċi komuni jew simili. Skont il-każistika (7), meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk prodotti humiex l-istess sabiex ikunu jiffurmaw parti mill-istess prodott, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk għandhomx karatteristiċi tekniċi u fiżiċi komuni, u jekk għandhomx l-istess użu finali komuni u l-istess proporzjoni prezz-kwalità. F'dan ir-rigward, l-interkambjabbiltà ta' dawn il-prodotti u bejniethom jeħtieġ li jiġi vvalutat. L-investigazzjoni sabet li t-tipi kollha tal-prodotti huma magħmulin minn azzar inossidabbli, jużaw il-proċessi ta' manufattura meħtieġa għall-produzzjoni ta' pajpijiet mingħajr saldaturi, u għalhekk jużaw magni simili, biex b'hekk il-produtturi jistgħu jaqilbu bejn il-varjanti differenti tal-prodott, skont id-domanda. Għaldaqstant, minkejja li t-tipi kollha tal-prodott mhumiex direttament interkambjabbli, il-produtturi qed jikkompetu għal ordnijiet li jkopru firxa wiesgħa ta' tipi ta' prodotti. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta' prodotti jiġu manufatturati u mibjugħa kemm mill produtturi esportaturi tal-Unjoni kif ukoll dawk Ċiniżi bl-użu ta' metodu simili ta' produzzjoni. Għalhekk ma kienx hemm bażi biex jiġu kkunsidrati prodotti għal użi nukleari u militari li ma kinux jiffurmaw parti mill-ambitu tal-prodott.

(31)

Rieżami possibbli tal-ambitu tal-prodott ikun jikkostitwixxi investigazzjoni separata u għalhekk ma kienx fl-ambitu ta' din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur Ċiniż innifsu ma ħax inizjattiva biex jibda tali rieżami tal-ambitu tal-prodott. Għalhekk it-talba ġiet miċħuda.

3.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TAD-DUMPING

(32)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ aktarx twassal biex id-dumping mir-RPĊ ikompli jew jerġa' jseħħ.

3.1.   Dumping

3.1.1.   Pajjiż analogu

(33)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar il-proposta tagħha li tuża lill-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni identifikat ukoll lill-Indja bħala pajjiż analogu potenzjali minħabba l-għadd kbir ta' produtturi u l-esportazzjonijiet kbar lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, pajjiżi analogi potenzjali oħrajn imsemmija fin-Notifika ta' Bidu kienu l-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, in-Norveġja, it-Turkija u l-Ukrajna.

(34)

Talbiet għall-koperazzjoni ntbagħtu lill-produtturi magħrufa fl-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, in-Norveġja, it-Turkija, l-Ukrajna u l-Istati Uniti. F'pajjiżi fejn ebda produtturi ma kienu magħrufa, l-informazzjoni dwar il-produtturi ntalbet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali. Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur fl-Indja u minn tliet produtturi esportaturi fl-Istati Uniti.

Għażla tal-pajjiż analogu

(35)

Fir-rigward tal-għażla bejn l-Indja u l-Istati Uniti, il-Kummissjoni għażlet l-Indja għar-raġunijiet li ġejjin: kien hemm aktar minn 20 produttur domestiku magħruf fl-Indja, u għalhekk il-prezzijiet fis-suq Indjan kienu r-riżultat ta' kompetizzjoni ġenwina. Il-produttur Indjan kien juża l-istess metodu ta' produzzjoni bħal dak użat prinċipalment mill-industrija Ċiniża, u l-firxa tal-prodotti tiegħu kienet aktar komparabbli mal-esportazzjonijiet Ċiniżi mill-firxa ta' prodotti tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni oriġinali, l-Istati Uniti ma kinux preċiżament magħżula minħabba li, kif spjegat fil-premessa (48) tar-Regolament provviżorju tal-investigazzjoni oriġinali (8), il-produtturi tal-Istati Uniti kienu jiddependu fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima bażika u ta' prodotti finali mill-kumpaniji prinċipali tal-UE, u żammu attività ta' produzzjoni limitata fl-Istati Uniti, primarjament biex iwieġbu għall-ordnijiet personalizzati jew urġenti. Il-produtturi tal-Istati Uniti kellhom spejjeż tal-ipproċessar għoljin li jirriflettu ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom fil-manifattura u dawn l-ispejjeż issarrfu fi prezzijiet domestiċi għoljin fis-suq tal-Istati Uniti.

(36)

Il-produttur Indjan ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju u l-informazzjoni addizzjonali kollha mitluba. Għar-raġunijiet stipulati fil-premessa (45), id-data pprovduta kienet ikkunsidrata preċiża.

Kummenti minn partijiet interessati dwar l-għażla tal-pajjiż analogu

(37)

L-industrija tal-Unjoni esprimiet il-preferenza tagħha għall-Istati Uniti biex jintgħażel bħala l-pajjiż analogu. Hija argumentat li l-esportazzjonijiet kbar Ċiniżi lejn l-Indja kienu joħolqu distorsjoni tal-prezzijiet domestiċi fl-Indja, u b'hekk l-Indja mhux adattat bħala pajjiż analogu.

(38)

Il-Kummissjoni nnutat li l-allegati distorsjonijiet tal-prezzijiet domestiċi Indjani ma kinux sostanzjati. Il-Kummissjoni osservat ukoll li, fi kwalunkwe każ, il-produttur Indjan uża prinċipalment materja prima prodotta internament u li l-bejgħ domestiku kien qed irendi profitt. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-allegati distorsjonijiet ikkawżaw prezzijiet domestiċi anormalment baxxi tal-produttur Indjan.

(39)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi jiddikjaraw li t-Taqsima 15 tal-Protokol tal-Adeżjoni tar-RPĊ għad-WTO kienet skadiet wara l-11 ta' Diċembru 2016 u għalhekk il-metodoloġija tal-pajjiż analogu ma kinitx meħtieġa aktar.

(40)

Il-Kummissjoni fakkret li, b'konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku applikabbli, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tad-data mill-pajjiż analogu. Għalhekk it-talba ġiet miċħuda.

(41)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż iddubita mill-għażla tal-Indja bħala l-pajjiż analogu u argumenta li d-divulgazzjoni definittiva ma kinitx tiġġustifika biżżejjed l-għażla tal-Indja. L-ewwel, qal li l-Indja ma kinitx pajjiż analogu xieraq għaliex il-firxa ta' prodotti Indjani ma kinitx komparabbli biżżejjed mal-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur Ċiniż lejn l-Unjoni. It-tieni, huwa allega li peress li ma saret l-ebda żjara ta' verifika għand il-produttur Indjan, il-Kummissjoni ma setgħetx tiggarantixxi li ma kienu ġew inkużi ebda prodotti speċjali għal użu militari jew nukleari fil-bejgħ domestiku Indjan. It-tielet, allega li kien hemm distorsjoni fil-prezzijiet tal-mineral tal-ħadid fl-Indja, skont il-kostatazzjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni antidumping rigward fundaturi miċ-Ċina (9). Bħala riżultat ta' din id-distorsjoni allegata, ġie ddikjarat li l-valuri normali użati fil-kalkolu tad-dumping kienu minfuħa. Ir-raba', huwa argumenta li l-valuri normali tal-Indja kienu għoljin b'mod anormali, kif muri mill-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ Spanjoli fl-Unjoni kienu fuq medja iktar baxxi mill-prezzijiet medji Indjani. Huwa argumenta li, li kieku kellha tintuża Spanja bħala l-pajjiż analoġu, il-marġini tad-dumping kien ikun negattiv.

(42)

Il-Kummissjoni nnutat li r-raġunijiet għaliex intgħażlet l-Indja bħala l-pajjiż analoġu kienu stipulati fid-dettall fil-premessa (35) u li ebda waħda minn dawn ir-raġunijiet ma ġiet ikkontestata mill-produttur esportatur Ċiniż. Il-produttur esportatur Ċiniż ukoll ma saħaqx li kellu jintgħażel pajjiż analogu differenti. Fir-rigward tat-talbiet speċifiċi, l-ewwel argument dwar il-komparabbiltà tal-firxa tal-prodotti ġie miċħud, peress li l-Indja kellha l-ogħla għadd ta' tipi ta' prodott komparabbli fost il-pajjiżi analogi potenzjali disponibbli, meta mqabbla mal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Ewropa kollha kemm hi, kif spjegat fil-premessa (35). Il-livell individwali ta' komparabbiltà ma' produttur esportatur Ċiniż ma setax jinvalida l-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu, peress li l-valutazzjoni saret fil-livell tal-pajjiż kollu. It-tieni, il-Kummissjoni indikat li, kif spjegat fil-premessa (30), il-prodotti għal użu nukleari u militari kienu parti mill-ambitu tal-prodott, għalhekk dan ma setax jinvalida l-għażla tal-Indja bħala l-pajjiż analogu. Il-każ separat tal-paragun korrett bejn tipi differenti ta' prodott ġie indirizzat hawn taħt fil-premessi (60) u (66). It-tielet, id-dikjarazzjoni li distorsjoni allegata tal-prezz tal-mineral tal-ħadid kellha impatt fuq il-valur normali ma ġietx sostanzjata. Fi kwalunkwe każ, il-mineral tal-ħadid ma ntużax bħala materja prima diretta għall-prodott ikkonċernat, lanqas ma ġiet ipprovduta xi evidenza ta' effett indirett fuq il-prezzijiet domestiċi Indjani. Barra minnhekk, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni li rrefera għaliha l-produttur esportatur Ċiniż kienet, għall-kuntrarju, ċaħdet id-dikjarazzjoni li kien se jkun hemm distorsjoni tal-prezz tal-mineral tal-ħadid. L-allegazzjoni rigward id-distorsjoni tal-mineral tal-ħadid għalhekk ġiet miċħuda. Ir-raba', il-fatt li l-għażla ta' pajjiż analogu differenti kienet tkun aktar favorevoli għal produttur esportatur Ċiniż partikolari ma kinitx bażi valida għall-għażla jew iċ-ċaħda ta' pajjiż analogu. Barra minn hekk, il-paragun ma' Spanja li ressaq il-produttur esportatur Ċiniż kien ibbażat fuq prezzijiet medji ta' kategoriji wiesgħa ta' prodott u ma kienx jieħu kont tat-tipi speċifiċi tal-prodott. Għalhekk id-data ma kinitx turi li l-prezzijiet Indjani kienu għoljin b'mod anormali. Għalhekk l-argument ġie miċħud. Fi kwalunkwe każ, Spanja waħedha ma kinitx tkun għażla possibbli ta' pajjiż analogu, minħabba li hija Stat Membru tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnutat li l-alternattiva li tintgħażel l-Unjoni kollha kemm hi bħala l-pajjiż analogu ma kinitx tbiddel il-kostatazzjoni li d-dumping kompla. Dan minħabba li ntwera li l-prezzijiet Ċiniżi kienu jwaqqgħu dawk tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (126).

(43)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet ma kienet tinvalida lill-Indja bħala pajjiż analogu u kkonfermat lill-Indja bħala pajjiż analogu xieraq.

(44)

Wara li saru kjarifiki addizzjonali, il-produttur esportatur Ċiniż irrepeta n-nuqqas ta' qbil tiegħu mal-użu tal-Indja bħala l-pajjiż analogu u mal-metodu tal-użu tal-pajjiż analogu inġenerali. Barra mill-argumenti li għamel qabel, huwa allega wkoll li n-nuqqas ta' żjara ta' verifika lill-produttur Indjan kien jinvalida l-għażla tal-Indja bħala l-pajjiż analogu.

(45)

Il-Kummissjoni nnutat li żjara ta' verifika ma kinitx prekundizzjoni għall-għażla tal-pajjiż analogu u tista' tkun rilevanti biss fil-valutazzjoni tal-korrettezza tal-informazzjoni ppreżentata mill-produttur Indjan. Wara valutazzjoni bir-reqqa, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data pprovduta mill-produttur Indjan kienet koerenti u kompleta, u l-produttur Indjan kellu rekord preċedenti li għall-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni jipprovdi data preċiża. Id-data Indjana għalhekk kienet meqjusa bħala bażi preċiża minkejja n-nuqqas ta' żjara ta' verifika. Id-dikjarazzjonijiet l-oħra diġà ġew miċħuda fil-premessi (40), (42) u (43) u għalhekk ma biddlux il-kostatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(46)

Wara l-kjarifiki addizzjonali spjegati fil-premessa (53), il-produttur esportatur Ċiniż allega li l-Unjoni kienet ġiet magħżula bħala pajjiż analogu addizzjonali mingħajr il-possibbiltà li l-partijiet interessati jikkummentaw dwar l-għażla.

(47)

Il-Kummissjoni ċċarat li l-pajjiż analogu kien l-Indja u ma kien hemm l-ebda pajjiż analogu addizzjonali. Kif spjegat fil-premessi (51) u (53), l-informazzjoni mit-tweġibiet għall-kwestjonarju ta' produtturi oħra ntużaw sabiex jiġu ddeterminati l-valuri normali biss fejn meħtieġ minħabba n-nuqqas ta' bejgħ tal-prodott fil-kategorija “Kejsing u tubi ta' tip użat għat-tħaffir għaż-żejt u l-gass” fil-pajjiż analogu, l-Indja.

3.1.2.   Valur normali

(48)

B'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul mill-produttur Indjan kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali ta' esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(49)

Suċċessivament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħin fuq livell domestiku fil-pajjiż analogu li kienu identiċi jew paragunabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' kull wieħed minn dawk it-tipi tal-prodott fil-pajjiż analogu kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(50)

Instab li l-bejgħ domestiku kien qed isir fl-andament normali tal-kummerċ, b'konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. L-analiżi wriet li l-bejgħ domestiku Indjan kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. Il-valur normali ta' kull tip ta' prodott kien għalhekk ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju peżat ta' kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku kollu li sar matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(51)

Għal dawk it-tipi ta' prodotti esportati mingħajr il-bejgħ domestiku korrispondenti fil-pajjiż analogu, il-valur normali ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz domestiku tal-prodott li l-aktar jixxiebaħ fil-pajjiż analogu. Sabiex jirrifletti d-differenzi bejn it-tipi ta' prodott, il-valur normali ta' determinazzjoni ħa inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi tat-tip tal-prodott kif iddefinit min-Numru ta' Kontroll tal-Prodott: il-kategorija tal-prodott, id-dijametru estern, il-ħxuna tal-materjal, il-grad tal-azzar, l-ittestjar, l-estremità tat-tubu, l-irfinitura u t-tul. Dawn il-karatteristiċi ġew riflessi f'koeffiċjenti li ġew applikati għall-prezz domestiku Indjan tal-prodott li l-aktar jixxiebaħ. Fejn meħtieġ, l-informazzjoni disponibbli fit-tweġibiet għall-kwestjonarju ta' produtturi oħra ntużaw sabiex jiġu ddeterminati (i) il-koeffiċjenti u (ii) il-bażi tal-valuri normali ta' kategorija ta' prodott “Kejsing u tubi ta' tip użat għat-tħaffir għaż-żejt u l-gass”. Fir-rigward taż-żewġ karatteristiċi (l-ittestjar u l-estremità tat-tubu) ma ġie applikat l-ebda koeffiċjent 'il fuq, li b'hekk irriżulta f'determinazzjoni aktar konservattiva tal-valur normali.

(52)

Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż indika li l-firxa ta' prodotti tal-produttur Indjan ma kinitx tinkludi kull kategorija ta' prodott, grad ta' azzar u dijametru li kienu inklużi fl-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Għalhekk allega li d-determinazzjoni tal-valur normali bbażata fuq il-bejgħ domestiku Indjan ma kinitx korretta.

(53)

Il-Kummissjoni ċċarat li kull fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott li jikkorrispondi direttament fl-Indja, minflok intużat data mit-tweġibiet tal-kwestjonarju ta' produtturi oħra. Fin-nuqqas ta' bejgħ domestiku tal-kategoriji ta' prodotti, gradi tal-azzar u dijametri indikati mill-produttur esportatur Ċiniż, il-Kummissjoni bbażat id-determinazzjoni tal-valur normali ta' dawn it-tipi ta' prodotti fuq l-aktar tipi ta' prodotti li jixxiebhu fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni. Dawn it-tipi speċifiċi tal-prodotti ġew divulgati lill-produttur esportatur Ċiniż u kienu jikkonċernaw esklużivament il-kategorija tal-prodott “Kejsing u tubi ta' tip użat għat-tħaffir għaż-żejt u l-gass”.

(54)

Wara dawn il-kjarifiki addizzjonali, il-produttur esportatur Ċiniż allega li t-tipi ta' prodotti li l-aktar jixxiebhu f'din il-kategorija ta' prodotti “Kejsing u tubi ta' tip użat għat-tħaffir għaż-żejt u l-gass” kienu ntgħażlu mill-Kummissjoni b'mod li nefħu l-marġini tad-dumping. It-tieni, huwa allega li l-Kummissjoni kien imissha ddivulgat id-data ta' liema produttur speċifiku tal-Unjoni kienet intużat. It-tielet, huwa saħaq li l-kjarifiki addizzjonali ma ċċarawx jekk id-data mill-industrija tal-Unjoni kinitx intużat għad-determinazzjoni tat-tipi kollha tal-prodotti esportati f'din il-kategorija ta' prodotti jew ta' uħud minnhom biss. Fl-aħħar nett, huwa talab li l-prodotti kollha tal-grad speċifiku tal-azzar (13 %Cr) jiġu esklużi mill-kalkolu tad-dumping, minħabba li l-esportazzjonijiet ta' dan il-grad ta' azzar kienu l-bejgħ mill-ġdid ta' prodotti mhux manifatturati mill-produttur esportatur Ċiniż innifsu.

(55)

Il-Kummissjoni ċċarat li t-tipi ta' prodotti li l-aktar jixxiebhu kienu ntgħażlu fuq il-bażi tal-għadd ta' karatteristiċi li jaqblu kif ġie spjegat fil-premessa (60). It-tip ta' prodott li jixxiebah l-aktar użat għal kull tip ta' prodott esportat kien ġie divulgat lill-produttur esportatur Ċiniż. It-tieni, il-produttur esportatur Ċiniż ma ġab l-ebda argument biex isostni l-argument tiegħu. It-tielet, il-kjarifiki addizzjonali pprovduti lill-produttur esportatur Ċiniż kienu kkonfermaw li ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku Indjan ta' kategorija speċifika tal-prodott, grad tal-azzar u dijametru li kien speċifika l-produttur esportatur Ċiniż. Għalhekk intużat id-data minn produtturi oħra għall-bejgħ kollu ta' dawk it-tipi ta' prodotti. Il-firxa tal-valur normali li ngħatat lill-produttur esportatur Ċiniż kienet tapplika għat-tipi kollha ta' prodotti li l-aktar jixxiebhu għal din il-kategorija ta' prodotti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kienet legalment obbligata li tiddetermina valur normali għall-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni u għalhekk il-kategorija tal-prodott ma setgħetx tiġi eskluża mill-kalkolu tad-dumping. Fi kwalunkwe każ, anki jekk l-esportazzjonijiet ta' din il-kategorija ta' prodotti kienu ġew injorati fil-kalkolu tad-dumping, dan ma kienx ibiddel l-eżitu li d-dumping kompla fil-PIR. Għalhekk it-talbiet ġew miċħuda.

3.1.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(56)

Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew pagabbli lill-ewwel klijent indipendenti.

3.1.4.   Tqabbil u marġnijiet ta' dumping

(57)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun. Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott li jixxiebaħ fil-pajjiż analogu ġie mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.

(58)

Peress li nstab id-dumping meta sar it-tqabbil bejn il-valuri normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, ġie konkluż li l-applikazzjoni ta' aġġustamenti għal dawk il-prezzijiet ta' esportazzjoni li ġew espressi fuq bażi FOB ma kinitx taffettwa l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta' dumping, peress li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-esportazzjoni permezz ta' aktar aġġustamenti 'l isfel kien iżid biss il-marġini ta' dumping.

(59)

Produttur esportatur Ċiniż sostna li jista' jkun hemm distorsjoni fit-tqabbil tal-prezz, għaliex il-bejgħ Indjan seta' kien jinkludi prodotti ta' kwalità għolja għall-użu nukleari u militari li ġew imqabbla ma' prodotti Ċiniżi regolari. Huwa kkritika l-istruttura tan-Numru tal-Kodiċi tal-Prodotti (Product Code Number, PCN), billi allega li l-PCN ma kienx jirrifletti kif suppost dawn id-differenzi, u dan wassal għal tqabbil inġust. Huwa talab lill-Kummissjoni sabiex terġa tibgħat il-kwestjonarji lill-partijiet kollha bl-istruttura PCN riveduta. Huwa stqarr l-istess ħaġa fir-rigward tal-bejgħ tal-Unjoni (ara l-premessa (125)).

(60)

Il-Kummissjoni nnutat id-differenzi fost it-tipi ta' prodott u żgurat li jkun jkun hemm tqabbil ġust. Ġie allokat numru tal-kontroll ta' prodott uniku (PCN) għal kull tip ta' prodott, maħdum u mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, minn produttur fil-pajjiż analogu u mill-indistrija tal-Unjoni. Il-PCN kien jiddependi fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, f'dan il-każ, il-kategorija tal-prodott, id-dijametru estern, il-ħxuna tal-materjal, il-grad tal-azzar, l-ittestjar, l-estremità tat-tubu, l-irfinitura u t-tul. L-istruttura tal-PCN għalhekk ikkunsidrat fid-dettall l-ispeċifikazzjonijiet ta' kull tip ta' prodott, biex b'hekk seta' jsir paragun ġust. Għalhekk ma kienx meħtieġ li tinbidel l-istruttura tal-PCN u li joħorġu kwestjonarji ġodda. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (42), il-tipi ta' prodotti għal użi nukleari jew militari kienu parti mill-ambitu tal-prodott u għalhekk ma kienx hemm bażi biex jiġu esklużi. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li xi prodotti Indjani għal użi nukleari jew militari kienu ġew imqabbla indebitament mal-esportazzjonijiet Ċiniżi. It-tipi ta' prodotti speċifikati mill-produttur esportatur Ċiniż fejn allegatament kien hemm il-possibbiltà ta' konfużjoni fir-rigward tal-gradi tal-azzar li jintużaw għal tubi standard b'kuntrast ma' tubi nukleari, ma kinux effettivament esportati mill-produttur esportatur Ċiniż. Peress li ma kien hemm l-ebda possibbiltà għal distorsjoni fit-tqabbil fuq din il-bażi, it-talba ġiet miċħuda.

(61)

Fuq din il-bażi, il-marġini medju peżat ta' dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien fil-firxa ta' [25 % sa 35 %] għaż-żewġ produtturi fil-kampjun. Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(62)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab, l-ewwel, għal kjarifiki dwar il-kalkolu tal-marġini ta' dumping tiegħu, b'mod partikolari dwar kif ġew użati l-PCNs tal-produttur ta' pajjiż analoġu kif ukoll il-koeffiċjenti. It-tieni, huwa talab għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet domestiċi Indjani, u ddikjara li l-firxa tal-valuri nominali u tal-marġini tad-dumping iddivulgati ma kinux jippermettulu jivverifika l-preċiżjoni tal-kalkoli, u allega li l-valuri ogħla kienu r-riżultat ta' distorsjoni fil-kostatazzjonijiet. It-tielet, huwa talab ukoll għal aktar kjarifika dwar it-tipi ta' prodotti mibjugħa fis-suq domestiku Indjan, b'mod partikolari kif il-Kummissjoni żgurat li prodotti speċjali għal użi miltari u nukleari ma ġewx imqabbla b'mod inġust mal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(63)

Wara t-tweġiba tal-Kummissjoni, il-produttur esportatur Ċiniż għamel talbiet u dikjarazzjonijiet addizzjonali. Ir-raba', huwa talab għal lista sħiħa ta' PCNs tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi tal-US, fejn id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti suppost tiġi identifikata. Il-ħames, huwa ddikjara li t-tweġibiet tal-produtturi tal-UE għall-kwestjonarju ma għandhomx jintużaw biex jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti, fuq il-bażi tal-fatt li l-Istati Uniti tal-Amerka ma kinux ġew ikkunsidrati bħala pajjiż analoġu xieraq, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (35), u ddikjara li l-koeffiċjenti bbażati fuq il-prezzijiet tal-Istati Uniti jistgħu jkunu minfuħa. Is-sitta, huwa ddikjara li waħda mit-tranżazzjonijiet ta' esportazzjoni tiegħu kienet bi żball ġiet ikkalkulata fil-prezz tal-esportazzjoni. Is-seba', huwa ddikjara li l-Kummissjoni kellha tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-valuri normali u l-marġini tad-dumping f'kull PCN, minflok firxa. It-tmienja, huwa ddikjara li t-tipi ta' prodotti esportati li għalihom ma kien jeżisti ebda bejgħ domestiku korrispondenti fil-pajjiż analogu kellhom jiġu esklużi mill-kalkolu u d-determinazzjoni bħala prodotti oġġett ta' dumping, sabiex tiġi evitata l-“preżunzjoni ta' ħtija”. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur Ċiniż talab ukoll għal estensjoni tal-iskadenza għall-kummenti ta' divulgazzjoni.

(64)

L-ewwel, il-Kummissjoni pprovdiet lill-produttur esportatur lista tal-PCNs li kienu l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali, inkluża lista ta' PCNs li kienu direttament jikkorrisondu mal-esportazzjonijiet tiegħu lill-Unjoni u, fejn ma kienx hemm PCNs li jikkorrispondu direttament, bagħtet informazzjoni dwar il-PCNs li kienet il-bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali bl-applikazzjoni tal-koeffiċjenti. Il-lista ta' PCNs uriet li l-bejgħ domestiku Indjan użat għad-determinazzjoni tal-valur normali ma kienx jinkludi l-gradi speċjali tal-azzar, tipikament għal użi nukleari u militari. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll lista dettaljata ta' kull koeffiċjent li ntuża.

(65)

It-tieni, il-Kummissjoni pprovdiet lill-produttur esportatur Ċiniż il-firxiet tal-valuri normali u tal-marġini tad-dumping għal kull tip ta' prodott esportat. Iċ-ċifri dettaljati tal-produttur ma setgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata data kunfidenzjali, għalhekk id-data ġiet ippreżentat f'firxiet. Bi tweġiba għall-preokkupazzjonijiet speċifiċi dwar l-ogħla marġini ta' dumping, il-Kummissjoni nnutat li kemm l-ogħla marġini kif ukoll dawk l-aktar baxxi kienu jikkonċernaw biss kwantitajiet limitati (inqas minn 7 % tal-esportazzjonijiet) u għalhekk ma kinux biżżejjed biex jeliminaw il-marġini kumplessiv tad-dumping tal-produttur esportatur Ċiniż. Għalhekk, anki jekk dawn il-valuri kellhom jiġu injorati, ma kinitx tinbidel il-kostatazzjoni li d-dumping kompla matul il-PIR.

(66)

It-tielet, rigward il-paragun ġust tat-tipi ta' prodotti, il-Kummissjoni ċċarat li d-determinazzjoni tal-marġini tad-dumping għal kull tip ta' prodott esportat minn produttur esporttur Ċiniż kien ibbażat fuq paragun tal-prezz tal-esportazzjoni mal-valur normali tal-istess tip ta' prodott, jew, fin-nuqqas ta' tip ta' prodott korrispondenti, tal-aktar prodott viċin li jixxiebaħ li ġew applikati għalih il-koeffiċjenti sabiex jirrifletti l-karatteristiċi ddefiniti mill-PCN. Għaldaqstant, il-prezzijiet ta' esportazzjoni ta' tipi regolari ta' prodotti ma ġewx ipparagunati mat-tipi ta' prodotti speċjali. B'mod speċifiku, il-bejgħ domestiku Indjan komparabbli ma kienx jinkludi gradi speċjali tal-azzar tipikament użati fi prodotti speċjali militari jew nukleari. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda riskju ta' paragun mhux ġust kif allega l-produttur esportatur Ċiniż. Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-Kummissjoni hija legalment obbligata li tiddetermina l-valur normali għal kull tip ta' prodott esportat lejn l-Unjoni, instab li sar dumping anki meta ġew ikkunsidrati tipi ta' prodotti direttament korrispondenti. Dan wera li l-għażla tat-tipi ta' prodotti li l-aktar jixxiebhu jew id-determinazzjonijiet tal-koeffiċjenti ma kinux ir-raġuni għall-kostatazzjoni ġenerali ta' dumping.

(67)

Ir-raba', barra minn lista dettaljata tal-koeffiċjenti, il-Kummissjoni pprovdiet spjega ulterjuri dwar kif ġew applikati l-koeffiċjenti għad-determinazzjoni tal-valuri normali fuq il-bażi ta' tip ta' prodott li jixxiebah sew fil-każ ta' tipi ta' prodotti mingħajr tip ta' prodott direttament korrispondenti fil-pajjiż analogu. Il-lista sħiħa ta' PCNs fl-Istati Uniti tal-Amerka u fl-Unjoni u l-kalkoli tal-koeffiċjenti ma setgħux jiġu pprovduti għaliex id-divulgazzjoni tagħhom kienet tirrikjedi li tiġi żvelata informazzjoni sensittiva ta' negozju tal-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerka u fl-Unjoni.

(68)

Il-ħames, il-Kummissjoni ċċarat li l-koeffiċjenti ġew stabbiliti bħala perċentwali li kienu jirriflettu d-differenzi relattivi bejn it-tipi ta' prodotti, u mhux il-livelli assoluti tal-prezzijiet fl-Istati Uniti tal-Amerka. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni li l-livell assolut tal-prezz fl-Istati Uniti tal-Amerka kien neffaħ id-determinazzjoni tal-valur normali ġiet miċħuda.

(69)

Is-sitta, il-Kummissjoni nnotat li t-tranżazzjoni ta' esportazzjoni speċifikata kienet tirrappreżenta biss volum żgħir (inqas minn 3 % tal-esportazzjonijiet) u għalhekk anki jekk din it-tranżazzjoni kellha titneħħa, ma kinitx tibdel il-kostatazzjoni li d-dumping kompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(70)

Is-seba', kif spjegat fil-premessa (65), il-Kummissjoni pprovdiet, għal kull PCN esportat, firxiet tal-valur normali u tal-marġini tad-dumping. Iċ-ċifri dettaljati tal-produttur ma setgħux jingħataw mingħajr ma tiġi divulgata d-data kunfidenzjali tagħhom, għalhekk id-data ġiet ippreżentat f'firxiet.

(71)

It-tmienja, il-Kummissjoni indikat li kien meħtieġ li jiġi stabbilit valur normali u li ssir determinazzjoni tad-dumping għal kull tip ta' prodott esportat. Ma kienx hemm “preżunzjoni ta' ħtija” għaliex id-dumping ġie stabbilit biss jekk il-prezz tal-esportazzjoni kien inqas mill-valur normali u kwalunkwe ammont negattiv ta' dumping ġie kkunsidrat meta sar il-kalkolu tal-marġini ġenerali ta' dumping.

(72)

Fl-aħħar nett, ingħatat estensjoni għar-reazzjoni għall-kjarifiki ġodda spjegati fil-premessi (64) sa (70) li ngħataw lill-produttur esportatur Ċiniż.

(73)

B'segwitu għall-kjarifiki addizzjonali, il-produttur esportatur Ċiniż kompla jikkontesta l-aspetti speċifiċi tal-paragun, id-determinazzjoni tad-dumping u rrepeta wħud mill-argumenti preċedenti tiegħu.

(74)

L-ewwel, huwa argumenta li kellhom isiru aġġustamenti għall-prezzijiet tal-pajjiż analogu abbażi tal-ekonomiji ta' skala, il-livell tal-kummerċ, il-produttuvità aktar baxxa, l-ispejjez tal-bejgħ, ir-rata ta' rendiment u l-ispejjeż tal-materja prima. It-tieni, huwa ddikjara li l-kjarifiki li ngħataw xorta waħda ma ppermettewlux jifhem kif kienu ġew iddeterminati l-valuri normali. It-tielet, huwa rrepeta t-talba tiegħu biex jikseb id-data dwar l-ispejjeż ta' kull PCN tal-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerka u fl-Unjoni, għall-inqas il-firxiet tagħhom. Barra minn hekk huwa talab informazzjoni dwar is-sors ta' kull koeffiċjent, u talab għad-divulgazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott. Ir-raba', huwa allega li kien hemm distorsjoni fil-koeffiċjenti minħabba l-preżenza ta' prodotti nukleari u militari fl-Istati Uniti tal-Amerka u fl-Unjoni. Il-ħames, huwa allega li l-koeffiċjenti applikati mill-Kummissjoni ma kinux korretti. Huwa ppreżenta koeffiċjenti alternattivi, li l-użu tagħhom kien allegatament juri li ma kien sar ebda dumping fl-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni. Alternattivament, huwa talab lill-Kummissjoni biex tagħmel aġġustamenti fil-koeffiċjenti abbażi tal-metodu ta' produzzjoni użat, ix-xiri relatat jew it-tip ta' materja prima użata. Is-sitta, huwa argumenta li anki kieku ġew osservati t-tipi ta' prodotti direttament korrispondenti, il-kostatazzjoni ta' dumping ma ħaditx kont tal-prezzijiet ġeneralment aktar baxxi fl-Indja, l-aġġustamenti għall-prezzijiet fil-pajjiż analogu li kien iddikjara, u s-sitwazzjoni speċifika tal-produttur fil-pajjiż analogu.

(75)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjonijiet addizzjonali fid-dettall.

(76)

L-ewwel, kif spjegat fil-premessa (35), il-prezzijiet domestiċi fl-Indja kienu r-riżultat ta' kompetizzjoni ġenwina u għalhekk kienu kkunsidrati affidabbli. Id-dikjarazzjonijiet rigward id-distorsjonijiet tal-prezzijiet domestiċi fl-Indja kienu diġà indirizzati fil-premessa (42). It-talbiet ġodda għal aġġustamenti fil-prezzijiet domestiċi Indjani ma ġewx sostanzjati mill-produttur esportatur Ċiniż u għalhekk ġew miċħuda.

(77)

It-tieni, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni addizzjonali dettaljata dwar il-koeffiċjenti, is-sorsi tagħhom u l-metodu tal-kalkolu, kif spjegat fil-premessi (64) sa (71), u sussegwentement wieġbet għal sensiela ta' mistoqsijiet tekniċi rigward il-metodu tal-kalkolu (10). Kif stipulat fil-premessa (83), il-Kummissjoni tipprovdi wkoll eżempju ta' kif koeffiċjent ġie kkalkolat minn d-data tal-ispejjeż. Fl-eżempju, id-data tal-ispejjeż attwali ġiet espressa f'firxiet sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Għalhekk ġie konkluż li l-produttur esportatur Ċiniż kien kiseb biżżejjed informazzjoni li tippermettilu jintraċċa l-metodu tad-determinazzjoni tal-valuri normali.

(78)

It-tielet, it-talba għall-aċċess għal data addizzjonali tal-produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerka u tal-Unjoni kienet diġà ġiet miċħuda għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (67). Li kieku ġie fornut is-sors ta' kull koeffiċjent kienet tiġi żvelata informazzjoni dwar it-tipi ta' prodotti manifatturati minn kull produttur. Li kieku ġiet fornuta d-data kollha fil-forma ta' firxiet ukoll kienet tkun ta' piż mhux raġonevoli, fid-dawl tal-volum kbir ta' data tal-ispejjeż speċifika għal kull kumpanija (aktar minn 2 000 ringiela fuq 50 kolonna). Barra minn hekk, ġie nnutat li d-data mitluba kienet tikkonċerna l-livell tal-ispejjeż ta' kull PCN. Il-livell tal-ispiża fih innifsu ma kellu ebda impatt fuq id-determinazzjoni tal-valuri normali, minħabba li l-koeffiċjenti ġew applikati bħala proporzjonijiet (perċentwali), mhux bħala valuri assoluti. Fi kliem ieħor, il-livell tal-ispejjeż għal kull PCN ma kellu ebda impatt fuq l-eżitu. Fl-aħħar nett, il-grad ta' preċiżjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ma setax jiġi rifless bl-użu ta' firxiet. Dan għaliex il-multiplikazzjoni trasversali tal-valuri espressi f'firxiet kien jagħti riżultat ta' firxa wiesgħa wisq sabiex tkun sinifikanti. Filwaqt li d-data sottostanti tal-ispejjeż ma kinitx ġiet divulgata għal dawn ir-raġunijiet, il-koeffiċjenti li attwalment irriżultaw ġew totalment żvelati. Fl-aħħar nett, il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku Indjan kienu pprovduti f'firxiet. Dan għaliex b'mod differenti mid-data tal-ispejjeż użata biex jiġu ddeterminati l-koeffiċjenti, il-prezzijiet Indjani ddeterminaw il-livell bażi tal-valuri normali. Għalhekk kien iġġustifikat li l-produttur esportatur Ċiniż jingħata aċċess biex jivverifika dik id-data.

(79)

Ir-raba', kif spjegat fil-premessa (30), il-tipi ta' prodotti militari u nukleri kienu parti mill-ambitu tal-prodott u ma kienx hemm bażi biex l-ambitu tal-prodott jiġi ddefinit mill-ġdid. Il-karatteristiċi tal-prodott ġew riflessi fl-istruttura tal-PCN, li żgurat paragun ġust bejn it-tipi ta' prodotti, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (60) u (66). Ma kien hemm l-ebda prova ta' xi distorsjonijiet. Barra minn hekk ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li xi allegata distorsjoni setgħet kienet biżżejjed biex tibdel il-kostatazzjoni ġenerali li d-dumping kompla fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għaldaqstant id-dikjarazzjonijiet rigward it-tipi ta' prodotti nukleari u militari ġew miċħuda.

(80)

Il-ħames, fid-dawl tal-kummenti, il-koeffiċjenti użati għad-Dijametru estern u l-Grad tal-azzar ġew rieżaminati u mmodifikati. Il-koeffiċjenti riveduti ġew divulgati, kif ukoll it-tibdil li rriżulta fil-marġini ta' dumping individwali. Filwaqt li l-modifiki baxxew il-marġini ta' dumping ta' produttur esportatur Ċiniż, dawn ma kinux biżżejjed biex jibdlu l-kostatazzjoni ġenerali li d-dumping kompla fil-PIR. B'kuntrast ma' dan, il-koeffiċjenti alternattivi ppreżentati mill-produttur esportatur Ċiniż ma ġewx aċċettati, peress li dawn kienu bbażati fuq listi ta' prezzijiet standard ta' produttur tal-Unjoni, minn perjodu ta' żmien barra mill-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Id-data attwali speċifika għall-kumpajini, mill-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, kienet tikkostitwixxi bażi aktar affidabbli għad-determinazzjoni tal-valur normali. It-talbiet biex jiġu aġġustati l-koeffiċjenti għall-metodu ta' produzzjoni, it-tip ta' materja prima u x-xiri relatat ma kinux sostanzjati u mhux speċifiċi, minħabba li l-ebda wieħed mill-elementi speċifikati mill-produttur esportatur Ċiniż ma kellu influwenza fuq id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti, u għalhekk ġew miċħuda.

(81)

Is-sitta, l-aġġustamenti ddikjarati ma ġewx sostanzjati u ma kien hemm ebda indikazzjoni li kienu sinifikanti biżżejjed biex jaqilbu l-konstatazzjoni ta' dumping. Il-livell ġenerali tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni ma kienx rilevanti, peress li d-determinazzjoni tal-valur normali kienet ibbażata fuq il-prezzijiet domestiċi, mhux fuq il-prezzijiet ta' esportazzjoni, u fi kwalunkwe każ it-tqabbil ta' PCN ma' PVN kien iktar preċiż minn paragun tal-prezzijiet medji minħabba l-firxa wiesgħa ta' tipi tal-prodotti u differenzi sostanzjali fil-prezzijiet bejniethom, li jistgħu ma jiġux riflessi fil-prezzijiet medji. B'konsegwenza ta' dan, it-talbiet ġew miċħuda.

(82)

Fi stadju tard ħafna tal-investigazzjoni, produttur esportatur Ċiniż talab għal tieni seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta peress li ddikjara ksur tad-drittijiet ta' difiża tiegħu peress li deherlu li ma kienx irċieva spjegazzjoni suffiċjenti dwar il-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni ta' dumping, b'mod aktar speċifiku kif ġew stabbiliti u applikati l-koeffiċjenti biex jiġu stabbiliti l-valuri normali. Huwa talab ukoll li l-partijiet interessati l-oħra, jiġifieri l-produtturi tal-Unjoni, il-produttur tal-pajjiż analogu mill-Indja u l-produtturi Amerikani li kkoperaw, jattendu din il-laqgħa. Madankollu, ħadd minn dawn il-partijiet interessati ma aċċetta l-istedina.

(83)

Wara s-seduta ta' smigħ, l-Uffiċjal tas-Seduta għamel ċerti rakkomandazzjonijiet fejn ta struzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tispjega ulterjorment il-metodoloġija segwita, filwaqt li tissupplimenta d-divulgazzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet addizzjonali magħmula aktar kmieni fil-proċedura. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni għamlet divulgazzjoni supplimentari limitata għall-punti identifikati mill-Uffiċjal tas-Seduta bħala li possibbilment jinterferixxu mad-drittijiet ta' difiża u stiednet lill-produttur esportatur biex jikkummenta fuq dawn il-punti. Il-kontenut ta' din id-divulgazzjoni supplimentari huwa stipulat fil-permessi (53), (77), (78) u (80). L-aġġustament ipprovdut minħabba l-kummenti tal-produttur esportatur, barra minn hekk, irriżulta f'marġini medju ta' dumping aktar baxx għall-produtturi esportaturi Ċiniżi: il-marġini tad-dumping ġie mnaqqas għall-firxa ta' [25 % sa 35 %], kif stipulat fil-premessa (61), ftit inqas mill-firxa ta' [30 % sa 40 %] inizjalment ikkalkolata fl-istadju tad-divulgazzjoni definittiva. Il-livell preċiż tal-marġini ta' dumping ma kellu l-ebda impatt fuq il-produtturi esportaturi, minħabba li l-livell tal-miżuri ma kienx affettwat minn rieżami ta' skadenza, kif indikat fil-premessa (195).

(84)

Il-Kummissjoni tat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi biżżejjed żmien biex jikkummentaw dwar elementi addizzjonali divulgati lilhom.

(85)

Fis-sottomissjoni tiegħu, madankollu, produttur esportatur Ċiniż ma llimitax ruħu għal kummenti dwar il-punti mqajma mill-Uffiċjal tas-Seduta li għalihom l-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet addizzjonali. Minflok, huwa għal darb'oħra xeħet dubji fuq il-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni billi kkontesta l-ispjegazzjonijiet diġà mogħtija aktar kmieni fil-proċedura, kif deskritt fil-premessi minn (59) sa (83). Barra minn hekk, tard il-Ġimgħa waranofsinhar tas-26 ta' Jannar 2018 qabel l-iskadenza għall-kummenti t-Tnejn 29 ta' Jannar 2018, huwa ressaq għadd ta' mistoqsijiet u talbiet, li qatt qabel ma kienu tqajmu matul il-proċedura jew quddiem l-Uffiċjal tas-Smigħ, u argumenta li n-nuqqas ta' tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet u ta' żvelar dwarhom jikser id-drittijiet ta' difiża tiegħu.

(86)

Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li passi legali u proċedurali u l-iskadenzi għall-konklużjoni ta' investigazzjoni ta' rieżami ma kinux jippermettulha taċċetta li jkomplu jsiru argumenti, talbiet u mistoqsijiet fi stadju avvanzat tal-proċedura peress li dan jipperikola l-konklużjoni f'waqtha tal-investigazzjoni speċjalment meta kien hemm biżżejjed opportunità u żmien biex il-partijiet jikkummentaw aktar kmieni. Dan kien aktar u aktar minnu f'dan il-każ fejn il-metodoloġija ġiet spjegata fit-tul matul diversi seduti u f'dokumenti multipli ta' divulgazzjoni lill-partijiet interessati. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-Kummissjoni, b'mod espliċitu, fil-kjarifiki tagħha ta' wara s-smigħ, talbet lill-produttur esportatur Ċiniż biex jillimita l-kummenti tiegħu għall-kwistjonijiet speċifiċi li għalihom kien allega ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu quddiem l-Uffiċjal tas-Smigħ, u li skont liema kwistjonijiet kien irċeva kjarifiki ulterjuri. Il-produttur esportatur Ċiniż ma weriex kif id-drittijiet ta' difiża tiegħu kienu ġew miksura, u lanqas ma ssostanzja kif il-punti mqajma setgħu jaffettwaw il-kostatazzjonijiet ġenerali tal-investigazzjoni.

(87)

Apparti li kkontesta l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-produttur esportatur Ċiniż kompla jsostni li l-marġini ta' dumping tiegħu kien minfuħ minn paragun bejn pajpijiet għall-użu militari u nukleari u pajpijiet għall-użu komuni. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (79), ma sar l-ebda paragun bħal dan u ma ġie ddeterminat l-ebda valur normali għal dawn it-tipi speċifiċi ta' prodotti.

(88)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur, għall-ewwel darba f'dan l-istadju avvanzat tal-proċediment, talab li jsir aġġustament għal paragun ġust tal-prezzijiet abbażi tal-allegazzjoni li l-produttività tiegħu kienet darbtejn u nofs (2,5) dik tal-produttur analogu Indjan. Huwa enfasizza wkoll il-marġini tal-profitt tal-produttur Indjan u talab li jsir aġġustament 'l isfel tad-determinazzjoni tal-valur normali fuq il-bażi li l-bejgħ domestiku fl-Indja matul l-RIP iġġenera aktar profitt mill-profitt fil-mira stabbilit għall-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni oriġinali. Iż-żewġ talbiet flimkien kienu jammontaw għal aġġustament 'l isfel tal-valuri normali bi 28 %, u b'hekk jinħoloq allegat marġini ta' dumping negattiv.

(89)

L-ewwel talba tressqet fi stadju fejn il-verifika kienet saret impossibbli. Fi kwalunkwe każ, anki jekk l-ewwel talba kienet saret fi stadju aktar bikri tal-proċediment, ma kinitx korroborata minn evidenza u għaldaqstant ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(8) tar-Regolament bażiku. It-tieni talba kienet bla bażi, peress li l-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet attwali tal-bejgħ domestiku tal-produttur fil-pajjiż analogu, kif stipulat fil-premessi minn (48) sa (51), u mhux mibnija fuq il-bażi tal-ispejjeż u l-profitti. Il-profittabilità tal-bejgħ domestiku tal-produttur fil-pajjiż analogu kienet ikkunsidrata fid-determinazzjoni li l-bejgħ domestiku sar fl-andament normali tal-kummerċ, kif spjegat fil-premessa (50). B'kuntrast, il-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni kien jirrifletti l-profitt li seta' jinkiseb fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Bħala tali, il-profittabilità domestika u l-qligħ fil-mira tal-industrija tal-Unjoni ma kinux paragunabbli. Għaldaqstant iż-żewġ pretensjonijiet ma ntlaqgħux. Bħala riżultat tar-rifjut ta' aġġustament ta' 28 %, kif ukoll tal-kalkolu ta' dumping alternattiv tal-esportatur produttur Ċiniż, anki jekk mod ieħor aċċettat, ma kienx ibiddel il-konklużjoni li d-dumping kompla fil-PIR.

(90)

Waqt is-seduta tal-5 ta' Frar 2018, l-istess produttur esportatur Ċiniż ripetutament irrefera għad-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO dwar l-importazzjonijiet ta' Qfieli miċ-Ċina (il-kawża DS397). Huwa allega li, abbażi ta' dik is-sentenza, il-Kummissjoni kien imissha kkomunikat kull spiża, prezz u valur normali ta' kull tip ta' prodott tal-produttur Indjan fil-pajjiż analogu, tal-produtturi tal-Istati Uniti li kkooperaw u tal-industrija tal-Unjoni, u allega li altrimenti kienu nkisru d-drittijietta' difiża tiegħu.

(91)

Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li s-sentenza ordnat id-divulgazzjoni tal-metodoloġija tad-determinazzjoni tal-valur normali biss għat-tipi ta' prodotti esportati mill-produttur Ċiniż, biex b'hekk tiġi żgurata kopertura sħiħa tal-esportazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni ma implikatx li data kunfidenzjali tal-kumpanija fuq l-attività sħiħa tal-partijiet kollha għandha ssir disponibbli lill-produttur esportatur. Għalhekk it-talba ġiet miċħuda.

(92)

Waqt is-seduta tal-5 ta' Frar 2018, l-istess produttur esportatur Ċiniż kompla jallega li anki l-koeffiċjenti riveduti stabbiliti mill-Kummissjoni kienu żbaljati. Huwa kkontesta l-koeffiċjenti riveduti tal-grad tal-azzar u l-koeffiċjenti għall-iċken dijametri. Huwa sostna li kull koeffiċjent determinat abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti kellu jkun ibbażat fuq ipprezzar standard. Huwa ppreżenta kalkolu alternattiv tad-dumping bl-użu tal-koeffiċjenti alternattivi, li wrew dumping negattiv minħabba l-aġġustament ta' 28 % spjegat fil-premessi (88) sa (89).

(93)

Il-Kummissjoni kompliet tiċħad il-koeffiċjenti alternattivi minħabba li kienu bbażati fuq listi ta' prezzijiet standard, minn perjodu ta' żmien differenti mill-PIR, kif spjegat fil-premessa (80). Il-Kummissjoni kkonfermat li f'investigazzjonijiet antidumping jenħtieġ li jintużaw l-ispejjeż attwali b'mod obbligatorju, jiġifieri l-ispejjeż standard aġġustati skont il-kwantità u varjazzjonijiet fil-prezz. Barra minn hekk, il-koeffiċjenti riveduti kienu ġeneralment skont il-koeffiċjenti alternattivi mressqa mill-produttur esportatur Ċiniż. Fi kwalunkwe każ, il-koeffiċjenti alternattivi waħedhom, anki kieku ġew aċċettati, ma kinux biżżejjed biex ibiddlu l-kostatazzjoni li d-dumping kompla fil-PIR.

3.2.   Probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ

(94)

Wara li nstab li kien qed isir dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping, fin-nuqqas ta' miżuri. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, il-komportament ta' pprezzar tal-produtturi fir-RPĊ lejn swieq oħra, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

3.2.1.   Kapaċità ta' produzzjoni u kapaċità żejda fir-RPĊ

(95)

Instab li r-rata tal-użu tal-kapaċità taż-żewġ produtturi Ċiniżi fil-kampjun kienet fil-firxa ta' [40 % sa 60 %]. Il-kapaċità żejda nstab li kienet fil-firxa ta' [40 000 sa 50 000 tunnellata] għaż-żewġ produtturi fil-kampjun. Dan huwa ekwivalenti għal [30 % sa 50 %] tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, instab li kien hemm pjanijiet biex tinbena kapaċità addizzjonali.

(96)

Skont l-istima tal-applikant il-kapaċità totali tal-produtturi kollha fir-RPĊ kienet aktar minn miljun tunnellata. Abbażi tar-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi fil-kampjun, il-kapaċità żejda totali fir-RPĊ kienet stmata għal madwar 500 000 tunnellata, aktar minn erba' darbiet il-konsum tal-Unjoni. Anke kieku r-rati ta' użu tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi l-oħra kienu ogħla minn dawk tal-produtturi fil-kampjun, il-kapaċità żejda totali Ċiniża xorta kienet tkun sinifikanti u ekwivalenti għal aktar mill-konsum totali tal-Unjoni.

(97)

Skont l-istima tal-applikant il-konsum domestiku totali fir-RPĊ li kien 310 000 tunnellata fuq il-bażi tal-produzzjoni domestika, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet Ċiniżi. Peress li l-kapaċità żejda kienet tikkorrispondi għal aktar minn 150 % tal-konsum domestiku Ċiniż stmat, tqies li ma kienx probabbli li l-konsum domestiku fir-RPĊ seta' jiżdied b'150 % u jassorbixxi l-kapaċità żejda kbira.

(98)

Għalhekk ġie konkluż li kien hemm kapaċità żejda sinifikanti li għall-anqas parti minnha setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra r-RPĊ kellhom jitħallew jiskadu.

3.2.2.   Imġiba tal-prezzijiet tal-RPĊ għal swieq oħra

(99)

Miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ kienu fis-seħħ fl-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika (il-Belarussja, il-Każakistan u r-Russja) u l-Ukrajna. Dawn il-miżuri wrew l-eżistenza ta' dumping mill-industrija Ċiniża kollha kemm hi fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fuq swieq oħra.

(100)

Barra minn hekk, nstab li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-pajjiżi terzi kollha kienu magħmula b'mod ġenerali bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Abbażi tal-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża, il-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu 23 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(101)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk il-miżuri attwali kellhom jiġu revokati, x'aktarx li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu jirridirezzjonaw l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

3.2.3.   Attrattività tas-suq tal-Unjoni

(102)

Id-daqs tas-suq tal-Unjoni kien aktar minn 100 000 tunnellata, li huwa stmat it-tieni l-akbar fid-dinja wara r-RPĊ, u akbar minn dak tal-Istati Uniti tal-Amerka. B'hekk is-suq tal-Unjoni kien diġà, minħabba d-daqs tiegħu, suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi.

(103)

It-tieni nett, instab li l-prezzijiet medji tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kienu ogħla ħafna mill-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħra, li kienet prova oħra ta' kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (100), il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu 23 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(104)

It-tielet nett, il-miżuri antidumping fis-seħħ fi swieq oħrajn bħar-Russja u l-Ukrajna rrestrinġew il-firxa ta' swieq oħra disponibbli għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, huwa probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet Ċiniżi jkunu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni u x'aktarx li jilħqu sehem mis-suq eqreb lejn is-sehem li kellhom qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, li kien ta' 18 %.

(105)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni x'aktarx ikun destinazzjoni attraenti ħafna għall-esportazzjonijiet Ċiniżi, f'każ li l-miżuri jitneħħew.

3.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' tkomplija tad-dumping

(106)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Din l-investigazzjoni wriet ukoll li l-kapaċità żejda fir-RPĊ kienet ferm sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għall-anqas parti minn din il-kapaċità żejda x'aktarx tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(107)

Barra minn hekk, swieq oħra kellhom fis-seħħ miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ, u l-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħra kienu aktar baxxi mill-prezzijiet għall-Unjoni. L-imġiba tal-ipprezzar tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi ssostni l-probabbiltà li d-dumping lejn l-Unjoni ikompli, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(108)

Fl-aħħar nett, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda daqs u prezzijiet, u l-fatt li swieq oħra għadhom magħluqa minħabba l-miżuri antidumping, indikaw li x'aktarx li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jkunu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(109)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà qawwija li r-revoka tal-miżuri antidumping tirriżulta f'żieda sinifikanti f'importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ lejn l-Unjoni.

4.   SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(110)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 23 produttur magħruf, uħud minnhom relatati ma' xulxin, fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(111)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 117 000 tunnellata abbażi ta' data pprovduta mill-applikant.

(112)

Il-kumpaniji fil-kampjun fl-investigazzjoni jirrappreżentaw 54 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 55 % tal-bejgħ tal-Unjoni. Id-data tal-kampjun hija għalhekk rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(113)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-applikant u (ii) l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jinsabu fil-bażi tad-data tal-Eurostat. Din il-bażi tad-data pprovdiet l-aktar data preċiża peress li, barra l-importazzjonijiet taħt ir-reġim normali, inkludiet ukoll l-importazzjonijiet fir-reġim ta' proċessar attiv.

(114)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati metriċi)

 

2013

2014

2015

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

108 152

116 718

111 324

104 677

Indiċi (2013 = 100)

100

108

103

97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, data tal-applikant u l-bażi tad-data tal-Eurostat

(115)

Għalkemm il-konsum tal-Unjoni żdied bi 8 % fl-2014, dan imbagħad naqas bi 11 % bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dan it-tnaqqis kien prinċipalment minħabba tnaqqis f'investiment fl-industrija taż-żejt u tal-gass, li hija waħda mill-akbar industriji utenti.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(116)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-informazzjoni abbażi ta' data tal-Eurostat (fil-livell ta' 10 ċifri). Madankollu, deher ċar minn tqassim tal-pajjiżi ta' oriġini tal-importazzjonijiet fil-bażi tad-data tal-Eurostat li xi pajjiżi inklużi ma kinux il-manifatturi ta' SSSPT. Għalhekk, l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu esklużi għall-finijiet ta' din l-investigazzjoni minħabba li b'mod ċar ma kinux relatati mal-prodott ikkonċernat. Dettalji rilevanti kienu disponibbli għal spezzjoni mill-partijiet interessati fil-fajl miftuħ. Id-data li tirrigwarda r-RPĊ, l-Indja, l-Ukrajna u pajjiżi oħra manifatturi ta' SSSPT ma kinitx teħtieġ korrezzjoni.

(117)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit ukoll abbażi tad-dejta kkoreġuta tal-Eurostat.

(118)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' importazzjoni (f'tunnellati metriċi) u sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

PIR

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

2 437

1 804

1 951

2 317

Indiċi (2013 = 100)

100

74

80

95

Sehem mis-suq (%)

2,3

1,5

1,8

2,2

Volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ bl-esklużjoni ta' proċessar attiv

1 173

1 120

1 014

820

Indiċi (2013 = 100)

100

95

86

70

Sehem mis-suq (%)

1,1

1

0,9

0,8

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, data tal-applikant u l-bażi tad-data tal-Eurostat

(119)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien baxx. Importazzjonijiet totali mir-RPĊ kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' madwar 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' madwar 1 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni jekk ma jiġix ikkunsidrat l-ipproċessar attiv. Il-volumi importati taħt reġim ta' proċessar attiv ġew esportati mill-ġdid fi prodotti lesti bħal tagħmir għat-trasferiment tas-sħana.

(120)

Il-livelli ta' importazzjoni kienu f'dan il-livell baxx sa mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2011 u li għalhekk jista' jiġi preżunt li huwa r-riżultat tal-miżuri antidumping fis-seħħ.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(121)

Bħala rimarka preliminari, huwa nnutat li l-prezzijiet medji tal-prodott ikkonċernat jistgħu ma jkunux rappreżentattivi għal kull tip ta' prodott minħabba l-firxa wiesgħa tagħhom u d-differenza sostanzjali fil-prezz bejniethom. Madankollu, dawn huma ppreżentati hawn taħt.

Tabella 3

Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2013

2014

2015

PIR

Prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata)

5 288

6 911

6 604

4 615

Indiċi

100

131

125

87

Reġim normali (EUR/tunnellata)

5 711

6 146

6 442

5 420

Indiċi

100

108

113

95

Reġim ta' proċessar attiv (EUR/tunnellata)

4 895

8 162

6 780

4 174

Indiċi

100

167

138

85

Sors: Bażi tad-data TARIC

(122)

Il-prezzijiet medji mir-RPĊ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni naqsu bi 13 %.

(123)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw 56 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u kellhom sehem mis-suq ta' madwar 1 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(124)

Il-Kummissjoni ivvalutat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti fil-livell CIF fil-fruntiera tal-Unjoni għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi inklużi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, bl-aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni. It-tqabbil tal-prezzijiet sar abbażi tat-tipi ta' tranżazzjonijiet, debitament aġġustamenti fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontar. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(125)

Produttur esportatur Ċiniż sostna li jista' jkun hemm distorsjoni fit-tqabbil tal-prezz, peress li l-bejgħ tal-Unjoni kien jinkludi prodotti ta' kwalità għolja għal użu nukleari jew militari li ġew imqabbla ma' prodotti Ċiniżi regolari. Huwa kkritika l-istruttura tat-tip ta' prodott, billi allega li din ma kinitx tirrifletti kif suppost dawn id-differenzi. Madankollu, is-sistema tat-tip ta' prodott żgurat li dawn it-tipi ta' prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni ma ġewx imqabbla mat-tipi ta' prodotti importati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Dan għaliex dawn il-prodotti speċjali manifatturati mill-industrija tal-Unjoni kienu jingħataw kodiċi differenti fil-qasam tal-grad tal-azzar.

(126)

Fuq il-bażi tal-metodoloġija ta' hawn fuq, l-importazzjonijiet waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 44 %. Anke bid-dazji antidumping miżjuda (dan mhuwiex il-każ jekk ikun jikkonċerna l-importazzjonijiet taħt reġim ta' proċessar attiv), il-prezz medju ta' dawn l-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 32 %.

(127)

Produttur esportatur Ċiniż iddikjara li waħda mit-tranżazzjonijiet ta' bejgħ tiegħu kienet ġiet identifikata b'mod żbaljat bħala tranżazzjoni ta' proċessar attiv meta ma kinitx. Peress li t-tranżazzjoni inkwistjoni (waħda minn iktar minn 100 tranżazzjoni b'kollox) kienet tikkonċerna inqas minn 3 % tal-bejgħ tiegħu lejn l-Unjoni, din ma kellhiex impatt sinifikanti fuq il-marġini kkwotati fil-premessa (126) hawn fuq.

4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(128)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni f'termini ta' volumi u sehem mis-suq, kif ukoll il-prezz medju ta' dawn l-importazzjonijiet. Il-kumment dwar l-utilità ta' prezzijiet medji magħmul fil-premessa (121) japplika hawnhekk ukoll.

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2013

2014

2015

PIR

L-Indja

Volum f'tunnellati

13 531

17 230

18 911

19 845

 

Indiċi

100

127

140

147

 

Sehem mis-suq (%)

12,5

14,8

17,0

19,0

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

5 315

4 790

5 217

4 519

 

Indiċi

100

90

98

85

L-Ukrajna

Volum f'tunnellati

10 170

12 535

12 201

11 870

 

Indiċi

100

123

120

117

 

Sehem mis-suq (%)

9,4

10,7

11,0

11,3

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

7 276

6 984

6 706

6 069

 

Indiċi

100

96

92

83

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum f'tunnellati

3 731

3 526

3 481

3 166

 

Indiċi

100

95

93

85

 

Sehem mis-suq (%)

3,4

3

3.1

3

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

6 614

6 124

6 537

6 599

 

Indiċi

100

93

99

100

L-Istati Uniti tal-Amerka

Volum f'tunnellati

3 062

4 647

3 280

3 113

 

Indiċi

100

152

107

102

 

Sehem mis-suq (%)

2,8

4

2,9

3

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

15 442

12 181

14 801

15 503

 

Indiċi

100

79

96

100

Il-Ġappun

Volum f'tunnellati

3 605

4 980

4 602

3 052

 

Indiċi

100

138

128

85

 

Sehem mis-suq (%)

3,3

4,3

4,1

2,9

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

7 762

5 477

6 359

8 021

 

Indiċi

100

71

82

103

Pajjiżi terzi oħra

Volum f'tunnellati

7 267

10 257

8 740

4 019

 

Indiċi

100

141

120

55

 

Sehem mis-suq (%)

6,7

8,8

7,9

3,8

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

6 614

6 124

6 537

6 599

 

Indiċi

100

93

99

100

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiż ikkonċernat

Volum f'tunnellati

41 366

53 175

51 215

45 065

 

Indiċi

100

129

124

109

 

Sehem mis-suq (%)

38,2

45,6

46,0

43,1

 

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

7 434

6 616

6 570

6 454

 

Indiċi

100

89

88

87

Sors: Bażi tad-data TARIC

(129)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr għall-pajjiż ikkonċernat laħaq 43,1 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-akbar sehem mis-suq huwa rappreżentat minn importazzjonijiet mill-Indja (19 % tal-konsum totali fl-Unjoni). Importazzjonijiet sostanzjali oħra fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami ġew mill-Ukrajna (11,3 % tas-sehem mis-suq).

(130)

Il-prezzijiet medji li bihom dawn l-importazzjonijiet daħlu fl-Unjoni kienu relattivament baxxi meta mqabbla mal-medja tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-Indja kellhom prezz medju tal-bejgħ għal kull unità partikolarment baxx ta' EUR 4 519 għal kull tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(131)

Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi kkumentaw li l-prezz medju ta' esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi kien iktar baxx mill-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi. Kif spjegat fil-premessa (121) hawn fuq, il-prezzijiet medji mhux neċessarjament jiffurmaw bażi ġusta u sinifikanti għall-paragun tal-prezzijiet. L-analiżi tal-Kummissjoni dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi (fil-premessa (126)) saret fuq il-bażi ta' tip b'tip. Ma kienet disponibbli ebda data fuq il-bażi ta' tip b'tip għall-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni.

4.4.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(132)

B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(133)

Għall-analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data pprovduta minn ESTA. Id-dejta hija relatata għall-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew ivverifikati. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(134)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-inventarji, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat.

(135)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' kull unità, il-kost ta' kull unità, il-kostijiet lavorattivi, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(136)

Il-produzzjoni totali, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2013

2014

2015

PIR

Volum ta' produzzjoni (f'tunnellati)

146 346

164 008

132 541

117 034

Indiċi

100

112

91

80

Kapaċità ta' produzzjoni (f'tunnellati)

242 821

249 029

247 420

248 575

Indiċi

100

103

102

102

Użu tal-kapaċità

60

66

54

47

Indiċi

100

109

89

78

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-ESTA li jkopri l-produtturi kollha tal-Unjoni

(137)

Il-volum tal-produzzjoni naqas b'20 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bl-akbar tnaqqis fl-2015.

(138)

Il-kapaċità tal-produzzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami żdied bi ftit, bi 2 %, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din iż-żieda kienet dovuta għal investimenti f'impjanti u tagħmir li wasslu għal ftit titjib fl-effiċjenza.

(139)

L-użu ta-kapaċità naqas bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. It-tnaqqis ta' 22 % tal-kapaċità tal-użu tirrifletti t-tnaqqis tal-volum tal-produzzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(140)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

PIR

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

64 349

61 739

58 157

57 295

Indiċi

100

96

90

89

Sehem mis-suq (%)

59,5

52,9

52,2

54,7

Indiċi

100

89

88

92

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

63 641

78 164

53 884

49 691

Indiċi

100

123

85

78

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-ESTA li jkopri l-produtturi kollha tal-Unjoni

(141)

Il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu għal 57 295 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami li jirrappreżenta tnaqqis ta' 11 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 % matul l-istess perjodu, filwaqt li l-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 22 %.

4.4.2.3.   Tkabbir

(142)

Kif jista' jidher mit-Tabella 6 hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma kibritx u saħansitra ċkienet f'termini ta' sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(143)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2013

2014

2015

PIR

Għadd ta' impjegati

4 825

4 859

4 451

4 462

Indiċi

100

101

92

92

Produttività (tunnellati/impjegat)

30

34

30

26

Indiċi

100

111

98

86

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-ESTA li jkopri l-produtturi kollha tal-Unjoni

(144)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-għadd ta' impjegati naqas bi 8 %. Il-produttività tal-impjegati fl-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala l-produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, naqset b'14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.5.   Inventarji

(145)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Inventarji

 

2013

2014

2015

PIR

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

8 065

8 906

8 294

6 470

Indiċi

100

110

103

80

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,5

5,4

6,3

5,5

Indiċi

100

99

114

100

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-ESTA li jkopri l-produtturi kollha tal-Unjoni

(146)

L-istokk tal-għeluq naqas b'20 % fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-2013. Meta mqabbel mal-livell tal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq baqa' stabbli matul dan il-perjodu.

4.4.2.6.   Daqs tal-marġini tad-dumping u rkupru mid-dumping tal-imgħoddi

(147)

Id-dumping kompla matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kif spjegat taħt it-Taqsima 3 hawn fuq. Id-dumping sinifikanti li għamlu l-produtturi Ċiniżi kellu effett negattiv fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li dawn il-prezzijiet waqqgħu sew il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(148)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ kien madankollu sostanzjalment iktar baxx matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, jista' jiġi konkluż li l-impatt tal-kobor tal-marġini ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien ukoll inqas evidenti.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(149)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2013

2014

2015

PIR

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ lil partijiet mhux relatati (EUR/tunnellata)

9 601

9 013

9 256

8 668

Indiċi

100

94

96

90

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellati)

9 065

8 155

9 106

8 425

Indiċi

100

90

100

93

Sors: Data tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(150)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet ta' bejgħ fl-Unjoni naqsu b'10 %. Il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b'7 % hekk kif il-prezzijiet tal-materja prima, u b'mod partikolari l-prezz tan-nikil, naqsu. Iż-żieda fil-kosti unitarji fl-2015 tista' tiġi spjegata mit-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-volumi tal-bejgħ f'dik is-sena (it-Tabelli 5 u 6 hawn fuq).

(151)

Irid jiġi ddikjarat li l-prezzijiet medji u l-kosti unitarji medji rrappurtati hawn fuq jinkludu firxa ta' prodotti ta' kwalità għolja mibjugħa lil ċerti industriji li mhumiex f'kompetizzjoni mal-importazzjonijiet Ċiniżi. Dawn il-prodotti kienu, għalhekk, mhux użati fit-tqabbil tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet u l-bejgħ tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (124)).

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(152)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2013

2014

2015

PIR

Pagi medji għal kull impjegat (EUR)

63 156

64 353

64 117

61 394

Indiċi

100

102

102

97

Sors: Data tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(153)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kellhom xejra relattivament stabbli fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat naqsu bi 3 %.

4.4.3.3.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(154)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett, qabel it-taxxa, tal-prodott simili għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti.

(155)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2013

2014

2015

PIR

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

5,6

6,8

0,8

0,3

Indiċi

100

123

14

5

Fluss ta' flus (EUR) (indiċi, 2013 = 100)

100

73

60

38

Investimenti (EUR) (indiċi, 2013 = 100)

100

76

99

102

Redditu fuq l-investimenti (%)

35,9

35,6

6,8

3,0

Indiċi

100

99

19

8

Sors: Data tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(156)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni il-profitti tal-industrija tal-Unjoni naqsu. Fl-2014 l-industrija rreġistrat żieda ta' 23 % fuq l-2013. Bejn l-2014 u l-2015 il-profitt naqas bi 88 % u fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-industrija kważi laħqet ekwilibriju, bil-profitti jkomplu jonqsu għal 0,3 %.

(157)

Il-fluss nett tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw f'xejra simili għall-profittabbiltà.

(158)

L-investimenti tal-kumpaniji fil-kampjun inżammu f'livelli stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-investimenti kienu prinċipalment maħsuba biex itejbu l-effiċjenza ta' linji ta' produzzjoni eżistenti, u tas-saħħa u s-sikurezza u t-titjib ambjentali.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(159)

Fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni ċerti indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni ppreżentaw sitwazzjoni pożittiva billi wrew sinjali b'saħħithom ta' rkupru mid-dannu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. B'mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni kisbet livelli ta' profitt ogħla mill-profitt fil-mira fis-snin 2013 u 2014. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi wkoll ittejjeb sostanzjalment il-livelli tal-produttivita u l-użu ta' kapaċità tagħha, kif ukoll il-volum ta' bejgħ tal-esportazzjonijiet.

(160)

Madankollu, mill-2015 il-maġġoranza tal-indikaturi ekonomiċi esperjenzaw deterjorament qawwi. B'mod partikolari l-industrija tal-Unjoni sofriet minn tnaqqis qawwi fil-livelli ta' profittabilità tagħha ('l isfel sa 0,3 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami), u tnaqqis sinifikanti fil-livelli tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità, kif ukoll fil-prezzijiet unitarji tal-bejgħ u l-impjiegi. B'mod ġenerali, ix-xejriet ta' kważi kull indikatur ekonomiku marru għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(161)

Ix-xejriet negattivi jistgħu jiġu spjegati mill-effett kumulattiv ta' sensiela ta' fatturi li, waqt li jaġixxu flimkien, komplew jiddeterjoraw l-istat tal-industrija tal-Unjoni li kienet għadha f'sitwazzjoni fraġli: il-preżenza kontinwa tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi, għalkemm f'volumi limitati meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, f'livelli li qed iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni; tnaqqis sostanzjali fl-investiment madwar id-dinja għall-industrija taż-żejt u l-gass, li hija l-akbar suq għall-prodott ikkonċernat; u żieda qawwija ta' importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi (prinċipalment l-Indja, iżda wkoll l-Ukrajna), li għamlu pressjoni qawwija 'l isfel fil-prezzijiet u l-volum fuq l-industrija tal-Unjoni.

(162)

Wara d-divulgazzjoni, iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ddikjaraw li kellu jiġi pprovdut aktar dettall dwar it-tliet fatturi ta' kawżalità msemmija fil-premessa (161). Madanakollu, dawn il-faturi huma spjegati kif xieraq u ebda parti interessata ma ssuġġeriet li kien hemm xi fattur ieħor li kellu rwol sinifikanti. Għalhekk, f'termini ta' kompletezza, il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-analiżi tagħha kienet adegwata.

(163)

Tabilħaqq, il-konklużjoni li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kellhom impatt materjali fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, kif jirrikjedi l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, tirriżulta mil-livelli sostanzjali ta' twaqqigħ ta' prezz kif speċifikat fit-Taqsima 4.3.2 hawn fuq. Id-dikjarazzjoni li saret wara d-divulgazzjoni minn produttur esportatur li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi laħqu 1 % biss hija korretta, peress li meta jkun qed jiġi stabbilit is-sehem mis-suq Ċiniż jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll il-bejgħ, fl-Unjoni, skont ir-reġim tal-ipproċessar attiv. Dan għaliex l-importazzjonijiet skont l-ipproċessar attiv huma parti mill-konsum tal-prodott taħt rieżami u jikkompetu ma' bejgħ ieħor fis-suq tal-Unjoni inkluż dak tal-industrija tal-Unjoni. Fil-premessa (115) hawn fuq huwa ulterjorment spjegat li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-konsum waqa' bi 3 %, u li dan it-tnaqqis kien dovut l-aktar għal tnaqqis fl-investiment fl-industrija taż-żejt u tal-gass, li hija l-aktar industrija tal-utent importanti għall-prodott ikkonċernat, mill-2015 'l hawn. Id-domanda dgħajfa minn dan is-settur fl-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat kienet ikkonfermata minn ESTA fi preżentazzjoni mhux ikkontestata li kienet disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Għalhekk, peress li dan il-fattur ikkaġuna tnaqqis fid-domanda, kellu wkoll impatt fuq l-istat tal-industija tal-Unjoni għall-aħħar parti tal-perjodu kkunsidrat. Fl-aħħar nett, iż-żidiet fl-importazzjonijiet mill-Indja u minn pajjiżi terzi oħra ġew indirizzati b'mod estensiv fil-Kapitolu 4.3.3 hawn fuq, u t-Tabella 4 tipprovdi d-dettalji kollha tad-daqs taż-żidiet, tal-iżviluppi fil-prezzijiet u taż-żidiet fis-sehem mis-suq. Filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Indjani jissuġġerixxu li dawn l-importazzjonijiet iwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, dan ma jistax jiġi konkluż b'ċertezza peress li biex isir paragun validu tal-prezzijiet jenħtieġ li tintuża data aktar preċiża kif ukoll jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi futuri relevanti (ara l-premessi (176)-(180)). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ma jirrikjedix li ssir analiżi ta' kawżalità separata bħala kundizzjoni biex jiġu estiżi d-doveri fil-każ tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u l-kontinwazzjoni ta' dannu, kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Abbażi ta' dawn l-elementi kollha, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-importazzjonijiet mill-Indja jew minn pajjiżi terzi oħra huma l-uniku fattur li kien qed jikkawża d-dannu lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. L-eżistenza u l-importanza tat-tliet fatturi jirriżultaw minn valutazzjoni tal-informazzjoni li hemm fil-fajl li kienet disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Għalhekk, il-pretensjoni li d-divulgazzjoni tar-rabta ta' kawżalità ma kinitx adegwata hija miċħuda.

(164)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni gawdiet mill-miżuri oriġinali, kif urew xi titjib matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (b'mod partikolari fl-2013 u fl-2014), meta mqabbla mas-sitwazzjoni li nstabet matul il-perjodu oriġinali ta' investigazzjoni (2010). Madankollu, l-industrija tal-Unjoni qed tirkupra b'pass kajman u għadha f'sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli, minħabba l-fatturi msemmija iktar 'il fuq. Għaldaqstant, matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri minn dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI TA' DANNU JEKK IL-MIŻURI JIĠU REVOKATI

(165)

Fil-premessa (164) l-investigazzjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk ikunx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina kieku l-miżuri kontra r-RPĊ kellhom jitħallew jiskadu, b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(166)

F'dan ir-rigward il-Kummissjoni analizzat l-elementi li ġejjin: il-kapaċità żejda fir-RPĊ, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, il-livelli probabbli tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi fin-nuqqas ta' miżuri antidumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

5.1.   Kapaċitajiet żejda fir-RPĊ u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(167)

Il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni saru bi prezzijiet oġġett ta' dumping u għalhekk waqqgħu b'mod sinifikanti l-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għaldaqstant ikkonkludiet (fil-premessa (109) hawn fuq) li kien hemm il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

(168)

Il-Kummissjoni kkonfermat fil-premessi (95)-(98) l-eżistenza ta' kapaċitajiet żejda kbira fir-RPĊ, li huma stmati li jammontaw għal iktar minn erba' darbiet il-konsum totali fis-suq tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni kkonfermat ukoll (ara l-premessa (102)) li s-suq tal-Unjoni ta' SSSPT huwa, minbarra r-RPĊ, l-akbar suq fid-dinja f'termini ta' livelli ta' konsum.

(169)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu wkoll l-oġġett ta' dumping meta kienu jesportaw lejn swieq oħra. Dan wassal għall-impożizzjoni ta' miżuri antidumping kontra l-produtturi esportaturi Ċiniżi f'diversi pajjiżi, u għalhekk ġiet ristretta l-firxa ta' swieq disponibbli għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(170)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li mill-inqas parti l-kapaċità żejda kbira disponibbli fir-RPĊ x'aktarx tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni keiku il-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

5.2.   Impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri

(171)

Abbażi tal-elementi deskritti fit-Taqsima 5.1, l-investigazzjoni kkonfermat li, fin-nuqqas ta' miżuri antidumping, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kien ikollhom inċentiv qawwi biex iżidu b'mod sinifikanti l-volum tal-importazzjonijiet tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li kien hemm probabbiltà qawwija ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (il-premessi (106)-(109) hawn fuq).

(172)

Sabiex ikollha indikazzjoni tal-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fin-nuqqas ta' miżuri, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-elementi li ġejjin: (i) tqabbil tal-prezz bejn il-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni mingħajr dazju antidumping (jiġifieri importazzjonijiet li saru taħt il-proċedura tal-ipproċessar) u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami; u (ii) l-imġiba fl-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fuq swieq terzi (bla miżuri antidumping fis-seħħ).

(173)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet wera li l-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni, mingħajr id-dazju antidumping, kienu bħala medja 44 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, analiżi tal-imġiba tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi uriet li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq terzi oħrajn saru ġeneralment bi prezzijiet kemxejn irħas mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi segwew tendenza konsistenti ta' esportazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ħafna fis-swieq kollha.

(174)

Bħala konsegwenza tal-elementi ta' hawn fuq, huwa probabbli ħafna li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi jidħlu fis-suq tal-Unjoni f'volumi sinifikanti u bi prezzijiet li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Dan ikollu impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni peress li dawn iż-żidiet sinifikanti fil-volumi tal-importazzjonijiet iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ li l-industrija tal-Unjoni tista' tikseb, inaqqsu il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-użu tal-kapaċità tagħha, minħabba li l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha jiżdiedu. Iż-żieda mistennija fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping bi prezz baxx b'hekk tikkawża deterjorament ulterjuri u qawwi fir-riżultati finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, fil-profittabilità.

(175)

Produttur esportatur Ċiniż staqsa jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jidħlux lura fis-suq tal-Unjoni f'volumi kbar, biex b'hekk jaggravaw id-dannu fuq l-industrija tal-Unjoni, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-preżenza attwali ta' volumi kbar ta' importazzjonijiet Indjani. F'dan ir-rigward, il-parti argumentat li l-importazzjonijiet Indjani kienu ħadu post l-inportazzjonijiet Ċiniżi u li x'aktarx li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux se jirkupraw dawn il-volumi ta' bejgħ peress li l-prezzijiet Indjani kienu b'mod konsistenti iktar baxxi mill-prezzijiet Ċiniżi. Filwaqt li l-prezzijiet Ċiniżi lejn swieq terzi kienu biss kemxejn iktar baxxi mill-prezzijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni, il-prezzijiet tal-Unjoni kienu sostanzjalment iktar baxxi mill-prezzijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(176)

Jeħtieġ li jitressqu diversi argumenti biex iwieġbu għal dan.

(177)

L-ewwel, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni hija limitata għall-ivvalutar ta' jekk ikunx hemm il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping u ta' dannu minn importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet dannużi tal-prodott ikkonċernat li kellhom jitneħħew id-dazji fil-kwistjoni. Il-fatt li attwalment jidħlu fis-suq tal-Unjoni ħafna inqas importazzjonijiet Ċiniżi minn qabel l-impożizzjoni tal-miżuri juri li d-dazji rnexxielhom jistabbilixxu mill-ġdid kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mingħajr distorsjoni bejn l-esportaturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat u l-industrija tal-Unjoni. Li l-importazzjonijiet Indjani jwaqqgħu il-prezzijiet ta' dawk miċ-Ċina ma jippreġudikax l-obbligi tal-Kummissjoni li tibqa' fil-qafas ta' din l-investigazzjoni. Tabilħaqq, kif turi l-każistika tal-Qorti Ġenerali, huwa ovvju mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku li l-Kummissjoni teħtieġ biss li tikkonferma d-dikjarazzjoni li hemm il-probabbiltà ta' rikorrenza jew tkomplija tad-dannu kkawżat minn importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (11). Kif stipulat fil-premessa (183), abbażi tal-valutazzjoni li għamlet f'dan ir-Regolament, ġie ppruvat li dik il-probabbiltà teżisti.

(178)

It-tieni, wieħed għandu jiftakar li, kif imfakkar fil-premessa (121) hawn fuq, l-użu tal-prezzijiet medji fir-rigward tal-prodott ikkonċernat irid isir b'attenzjoni peress li hemm firxa wiesgħa ta' prezzijiet għal kull tunnellata u li kull fejn possibbli l-paragun fil-prezzijiet jeħtieġ li jsir fuq il-bażi ta' tip b'tip. Madankollu, sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta' tkomplija ta' dannu, il-Kummissjoni ma qabblitx il-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ Ċiniżi mal-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ Indjani iżda pjuttost qabblithom mal-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, il-Kummissjoni ma targumentax li l-importazzjonijiet Ċiniżi jieħdu post l-importazzjonijiet mill-Indja. Tali żvilupp fih innifsu ma jkunx jiggrava d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba l-marġini kbir ta' twaqqigħ ta' prezzijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi (ara l-premessa (173) hawn fuq) u l-kapaċitajiet żejda kbar disponibbli huwa kkunsidrat li l-importazzjonijiet Ċiniżi jiżdiedu b'mod sostanzjali u, bħala riżultat, ikomplu jikkawżaw aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħassru. Dawn l-importazzjonijiet għalhekk ikollhom effett devastanti fuq il-volumi tal-bejgħ u fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(179)

It-tielet, fir-rigward tal-paragun bejn il-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi u l-prezzijiet ta' importazzjoni Indjani, analiżi tad-data tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun tindika b'mod ċar li l-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat kienu jikkonsistu fi prodotti speċjalizzati (bħal tubi ta' preċiżjoni) jew jirrelataw ma' importazzjonijiet taħt l-arranġamenti ta' proċessar attiv. Żgur li, jekk il-miżuri jitħassru ssir possibbli firxa ta' importazzjonijiet ħafna aktar wiesgħa u jiżdiedu l-importazzjonijiet fit-tipi ta' prodotti aktar standard (dawk bl-ogħla volum għall-industrija tal-Unjoni). Il-volumi ta' importazzjoni Ċiniżi x'aktarx li jiżdiedu sew jekk teżisti l-kompetizzjoni Indjana sew jekk le.

(180)

L-istess produttur esportatur Ċiniż għamel użu wkoll minn data dwar il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni biex jispjega għaliex il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi ma setgħux isostnu l-kostatazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija ta' dannu. Għal darb'oħra l-użu tal-prezzijiet medji jfisser li din l-analiżi ma setgħetx tiġi aċċettata mill-Kummissjoni. L-użu li għamlet il-Kummissjoni mid-data ta' esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi kien ibbażat fuq paragun sinifikanti abbażi tat-tip ta' prodott.

(181)

L-esportatur Ċiniż għamel referenzi għall-każ ta' ċirkomvenzjoni Indjana msemmija fil-premessa (7). Madankollu, għal darb'oħra din-id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata peress li konklużjonijiet preċiżi fil-paragun tal-prezzijiet jistgħu jsiru biss meta jsiru fuq bażi ta' tip b'tip. Referenzi għal prezzijiet medji ta' importazzjoni anki jekk dawn ikunu baxxi mhumiex sinifikanti fil-kuntest tal-investigazzjoni attwali tar-rieżami ta' skadenza.

(182)

Għar-raġunijiet kollha ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk tiċħad id-dikjarazzjoni li ma tagħtix biżżejjed spjega tal-kontinwazzjoni ta' dannu.

5.3.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dannu

(183)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha jirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping Ċiniżi bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b'hekk ikompli jaggrava d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-vijabilità tal-industrija tal-Unjoni tkun f'riskju serju.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(184)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa u tal-utenti. Għaldaqstant tippermetti sabiex issir il-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv żejjed fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri antidumping attwali.

(185)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(186)

Abbażi ta' dan ġie analizzat jekk kienx hemm raġunijiet inevitabbli li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(187)

Minkejja li l-miżuri antidumping fis-seħħ evitaw importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni għadha f'qagħda fraġli, kif ikkonfermat minn xejra negattiva ta' ċerti indikaturi ta' dannu essenzjali.

(188)

Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli li l-influss probabbli ta' volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati kien jikkawża dannu għal rikorrenza. Dan l-influss jikkawża, fost l-oħrajn, telf fis-sehem mis-suq, tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, tnaqqis fl-użu tal-kapaċità u b'mod ġenerali deterjorament serju tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(189)

Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri antidumping kontra ċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess tal-importaturi u tal-utenti mhux relatati

(190)

Fl-investigazzjoni oriġinali nstab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri x'aktarx ma kien ikollu l-ebda effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u l-utenti fl-Unjoni. Sitt importaturi (li erbgħa minnhom kienu wkoll utenti tal-prodott ikkonċernat) ikkooperaw f'din l-investigazzjoni billi ssottomettew it-tweġibiet tal-kwestjonarju u waħda biss minnhom irreġistrat li kienet kontra l-miżuri.

(191)

L-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet saru taħt arranġamenti ta' proċessar attiv (fejn l-ebda dazju antidumping ma kien pagabbli). Barra minn hekk, dawn l-importaturi spiss kellhom partijiet kbar min-negozju li ma kienu b'ebda mod jinvolvu l-prodott ikkonċernat. Aktar minn hekk, dawn l-importaturi spjegaw li huma kellhom ħafna sorsi oħrajn ta' forniment għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, eżaminazzjoni tal-ispejjeż tal-utenti wriet li l-prodott ikkonċernat kien jirrappreżenta inqas minn 10 % (bħala medja) tal-ispiża totali ta' produzzjoni tal-prodotti lesti.

(192)

Mill-premessa ta' hawn fuq, kien ikkonfermat li l-importaturi u l-utenti ma kinux ġew sostanzjalment effettwati mill-miżuri u għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma tkun taffettwa negattivament l-importaturi u l-utenti tal-Unjoni sa ebda punt sinifikanti.

(193)

Parti interessata kienet qalbet parti kbira mis-sorsi ta' importazzjonijiet tagħha minn produtturi esportaturi Ċiniżi għal Indjani u argumentat li l-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx mill-miżuri. Madankollu, kif ġie spjegat fit-Taqsima 4.5, meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi kienet uriet il-kapaċità tagħha li tibbenefika mill-miżuri fin-nuqqas ta' volumi kbar ta' importazzjonijiet mir-RPĊ.

6.3.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(194)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti f'termini tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping definittivi fuq importazzjonjiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ.

7.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

(195)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u ta' dannu, isegwi li, b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-RPĊ, imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2011, għandhom jinżammu.

(196)

Fid-dawl tal-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (12), huwa xieraq li tiġi prevista r-rata tal-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż ta' dazji definittivi, minħabba li d-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali ma jipprevedux tali rata ta' mgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali jwasslu għal distorsjonijiet mhux dovuti bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-iżdoganar tal-merkanzija.

(197)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huwa f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi biċċa waħda tal-istainless steel (ħlief dawk il-pajpijiet u tubi b'tagħmir imwaħħal magħhom li jkunu adattati biex jgħaddu l-gassijiet u l-likwidi minnhom għall-użu fl-inġenji tal-ajru ċivili), li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM 7304 11 00, 7304 22 00, 7304 24 00, ex 7304 41 00, 7304 49 10, ex 7304 49 93, ex 7304 49 95, ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (kodiċijiet TARIC 7304410090, 7304499390, 7304499590, 7304499990 u 7304900091), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u maħdumin mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija/kumpaniji

Rata tad-dazju antidumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd, Haiyu

71,9 %

B120

Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd, Situan

48,3 %

B118

Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacuring, Co. Ltd, Yongzhong

48,6 %

B119

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

56,9 %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

71,9 %

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali. L-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt għal-ħlas tal-imgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewopea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taqa' l-iskadenza, biż-żieda ta' punt perċentwali wieħed.

4.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li: (a) ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2009 u t-30 ta' Ġunju 2010 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali), (b) mhuwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament, (c) esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali u b'hekk soġġetti għad-dazju medju ponderat li ma jaqbiżx 56,9 %.

5.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (il-volum) ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura, kienu manifatturati minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompleta u korretta”. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, għandha tapplika rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1331/2011 tal-14 ta' Diċembru 2011 li jimponi dazju definittiv anti-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 6).

(3)  ĠU C 117, 2.4.2016, p. 10.

(4)  In-Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar inossidabbli mingħajr saldaturi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU C 461, 10.12.2016, p. 12.

(5)  ĠU L 40, 17.2.2017, p. 64.

(6)  ĠU L 299, 16.11.2017, p. 1

(7)  Is-Sentenza tat-18 ta' April 2013, Steinel Vertrieb, il-Kawża C-595/11, ECLI:EU:C:2013:251, il-paragrafu 44.

(8)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 6.

(9)  ĠU L 211, 17.8.2017, p. 22

(10)  Il-korrispondenza mar-rappreżentanti legali tal-produttur esportatur Ċiniż fis-27 u d-29 ta' Diċembru 2017

(11)  Is-Sentenza tat-30 ta' April 2015, VTZ vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża T-432/12, EU:T:2015:248, fil-paragrafu 74.

(12)  Is-Sentenza f'Wortmann, C-365/15, EU:C:2017:19, il-paragrafi 35 to 39.


ANNESS I

PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-RPĊ LI KKOOPERAW U LI MHUMIEX FIL-KAMPJUN TAL-INVESTIGAZZJONI ORIĠINALI

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Baofeng Steel Group, Co. Ltd., Lishui,

B 236

Changzhou City Lianyi Special Stainless Steel Tube, Co. Ltd., Changzhou,

B 237

Huadi Steel Group, Co. Ltd., Wenzhou,

B 238

Huzhou Fengtai Stainless Steel Pipes, Co. Ltd., Huzhou,

B 239

Huzhou Gaolin Stainless Steel Tube Manufacture, Co. Ltd., Huzhou,

B 240

Huzhou Zhongli Stainless Steel Pipe, Co. Ltd., Huzhou,

B 241

Jiangsu Wujin Stainless Steel Pipe Group, Co. Ltd., Beijing,

B 242

Jiangyin Huachang Stainless Steel Pipe, Co. Ltd., Jiangyin

B 243

Lixue Group, Co. Ltd., Ruian,

B 244

Shanghai Crystal Palace Pipe, Co. Ltd., Shanghai,

B 245

Shanghai Baoluo Stainless Steel Tube, Co. Ltd., Shanghai,

B 246

Shanghai Shangshang Stainless Steel Pipe, Co. Ltd., Shanghai,

B 247

Shanghai Tianbao Stainless Steel, Co. Ltd., Shanghai,

B 248

Shanghai Tianyang Steel Tube, Co. Ltd., Shanghai,

B 249

Wenzhou Xindeda Stainless Steel Material, Co. Ltd., Wenzhou,

B 250

Wenzhou Baorui Steel, Co. Ltd., Wenzhou,

B 251

Zhejiang Conform Stainless Steel Tube, Co. Ltd., Jixing,

B 252

Zhejiang Easter Steel Pipe, Co. Ltd., Jiaxing,

B 253

Zhejiang Five - Star Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Wenzhou,

B 254

Zhejiang Guobang Steel, Co. Ltd., Lishui,

B 255

Zhejiang Hengyuan Steel, Co. Ltd., Lishui,

B 256

Zhejiang Jiashang Stainless Steel, Co. Ltd., Jiaxing City,

B 257

Zhejiang Jinxin Stainless Steel Manufacture, Co. Ltd., Xiping Town,

B 258

Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals, Co. Ltd., Huzhou,

B 259

Zhejiang Kanglong Steel, Co. Ltd., Lishui,

B 260

Zhejiang Qiangli Stainless Steel Manufacture, Co. Ltd., Xiping Town,

B 261

Zhejiang Tianbao Industrial, Co. Ltd., Wenzhou,

B 262

Zhejiang Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd., Lishui,

B 263

Zhejiang Yida Special Steel, Co. Ltd., Xiping Town.

B 264


Barr