Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0277

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/277 tat-23 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 fir-rigward ta' bidliet għall-mudelli għar-rapporti ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif ukoll għall-mudelli għar-rapport ta' progress u r-rapporti annwali ta' kontroll u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tal-mudell għar-rapport ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u għall-Impjiegi u r-rapport annwali ta' kontroll

C/2018/0999

ĠU L 54, 24.2.2018, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/277/oj

24.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/277

tat-23 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 fir-rigward ta' bidliet għall-mudelli għar-rapporti ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi u għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif ukoll għall-mudelli għar-rapport ta' progress u r-rapporti annwali ta' kontroll u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tal-mudell għar-rapport ta' implimentazzjoni għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u għall-Impjiegi u r-rapport annwali ta' kontroll

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 111(5) u 127(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

Billi:

(1)

L-Artikolu 52(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi li r-rapport ta' progress jivvaluta l-progress li sar għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, kif ukoll tal-missjonijiet speċifiċi għall-Fondi msemmija fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, fost affarijiet oħra jirreferi wkoll għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 52(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti kollha jitqiesu f'din il-valutazzjoni, mhux biss dawk ġodda kif stipulat fil-punt 2(c) tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 (3). Konsegwentement, jenħtieġ li l-mudell għar-rapport ta' progress, inkluż fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Sabiex jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta' rappurtar relatati mal-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li dan li ġej jiġi emendat biex jelenka b'mod espliċitu investimenti territorjali integrati: i) il-mudell għar-rapport ta' progress, kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, ii) il-mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, iii) il-mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness X ta' dak ir-Regolament.

(4)

L-Artikolu 50(2) tar-Regolment (UE) Nru 1303/2013 jipprevedi li d-dejta trażmessa fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej tirrelata mal-valuri għal indikaturi għal operazzjonijiet implimentati bis-sħiħ u wkoll, meta possibbli, fir-rigward tal-istadju ta' implimentazzjoni, għal operazzjonijiet magħżula.

(5)

Sabiex jiġu simplifikati l-proċeduri ta' rappurtar, tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt għar-rekwiżiti tar-rappurtar u jiġi żgurat li l-monitoraġġ tad-dejta jirriflettu b'mod preċiż il-progress tal-implimentazzjoni attwali, b'mod partikolari għal operazzjonijiet pluriennali jew ta' ħafna proġetti, jenħtieġ li jiġu emendati l-mudelli għal rapporti ta' implimentazzjoni annwali għal programmi implimentati skont l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, u skont l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea, kif stabbilit fl-Anness X ta' dak ir-Regolament.

(6)

L-ammonti u l-limiti massimi skont l-Artikoli 70(2)(b) u 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrelataw biss ma' appoġġ mill-Fondi u mhux ma' apoġġ totali. Diversi tabelli fl-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207, il-mudell għar-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u finali għall-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi, jirreferu minflok għal appoġġ totali u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(7)

Il-Parti C dwar “Ir-rapportar sottomess fis-sena 2019 u r-rapport ta' implimentazzjoni finali (l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)” tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 tkopri dawk l-elementi li skont l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tiġi sottomessa fl-2019 u fir-rapport ta' implimentazzjoni finali, flimkien mal-elementi li għandhom jiġu sottomessi fir-rapporti għal snin oħra. Il-Punt 15 tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 huwa parti mill-Parti B ta' dak l-Anness u għaldaqstant jenħtieġ li tiġi kkoreġuta.

(8)

L-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi l-kopertura minima għal kampjuni mhux statistiċi. Madankollu, il-Kolonna C fit-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 tistabbilixxi biss l-“Ammont ta' nefqa irregolari fil-kampjun aleatorju”. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-Tabella 10.2 tiġi kkoreġuta billi tiddaħħal kolonna oħra li tispeċifika kemm il-perċentwal tal-operazzjonijiet koperti u l-perċentwal tan-nefqa koperta.

(9)

Il-kunċett ta' “rata ta' erruri residwi” ġie definit fin-Nota 1 ta' qiegħ il-paġna tal-Punt 5.9 tal-Anness IX (Mudell għar-rapport ta' kontroll annwali) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207. Madankollu, l-intestatura tal-Kolonna F fit-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tagħti definizzjoni differenti u għaldaqstant jenħtieġ li tiġi kkoreġuta.

(10)

Għall-finijiet ta' ċarezza, minħabba l-korrezzjoni li saret fil-Kolonna C fit-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 billi ddaħħlet kolonna ġdida fuq il-kopertura ta' kampjun aleatorju u nota ta' spjegazzjoni f'qiegħ il-paġna tagħha kif ukoll il-korrezzjoni tal-Kolonna F f'dik it-tabella, jenħtieġ li t-Tabella 10.2 (Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet) tal-Anness IX tinbidel kompletament.

(11)

Sabiex ikun possibbli li l-miżuri previsti jiġu applikati fil-pront, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Punt 2(c) tal-Parti I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

Deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Fondi SIE għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti.”;

(b)

jiddaħħal sottopunt (ca) ġdid taħt il-Punt 5 tal-Parti I:

“(ca)

Rigward l-Artikolu 15(2)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli.

<type=&#x2019;S&#x2019; maxlength = 7000 input=&#x2019;M&#x2019;>&#x201D;

(c)

it-titolu tal-Punt 11.1 fil-Parti III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.1   

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, inkluż l-iżvilupp ta' reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw sfidi demografiċi u żvantaġġi permanenti jew naturali, investimenti territorjali integrati, żvilupp urban sostenibbli, u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità taħt il-programm operazzjonali”;

2.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 3 A fil-Parti A, l-intestaturi tar-ringieli huma sostiwiti rispettivament b'dan li ġej:

 

“Valur kumulattiv - eżiti li għandhom jitwasslu minn operazzjonijiet magħżula [tbassir ipprovdut minn benefiċjarji]” u

 

“Valur kumulattiv - eżiti mwassla minn operazzjonijiet [kisba attwali]”;

(b)

it-titolu tal-Punt 14.1 fil-Parti B huwa sostitwit b'dan li ġej:

“14.1   

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, inkluż l-iżvilupp ta' reġjuni li qegħdin jiffaċċjaw sfidi demografiċi u żvantaġġi permanenti jew naturali, investimenti territorjali integrati, żvilupp urban sostenibbli, u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità taħt il-programm operazzjonali”;

3.

L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 2 fil-Parti A, l-intestaturi tar-ringieli huma sostiwiti rispettivament b'dan li ġej:

 

“Valur kumulattiv - eżiti li għandhom jitwasslu minn operazzjonijiet magħżula [tbassir ipprovdut minn benefiċjarji]” u

 

“Valur kumulattiv - eżiti mwassla minn operazzjonijiet [kisba attwali]”;

(b)

it-titolu tal-Punt 11.1 fil-Parti B huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.1   

Il-progress fl-implimentazzjoni tal-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, inkluż investimenti territorjali integrati, żvilupp urban sostenibbli, u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità taħt il-programm dwar il-kooperazzjoni.”

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/207 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

L-Anness V huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fit-Tabella 8 “L-użu magħmul mill-finanzjament transversali”, il-Kolonni 4 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.

5.

6.

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (3/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)

L-ammont tal-appoġġ tal-UE użat taħt finanzjament transversali abbażi ta' nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju tal-awtorità maniġerjali (EUR)

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (5/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)”

(b)

fit-Tabella 9 “Spiża tal-operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm”, il-Kolonni 3 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.

4.

5.

6.

L-ammont ta' appoġġ tal-UE li huwa previst li jintuża għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet barra miż-żona tal-programm abbażi tal-operazzjonijiet magħżula (EUR)

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (3/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)

L-ammont tal-appoġġ tal-UE f'operazzjonijiet implimentati barra miż-żona tal-programm ibbażat fuq nefqa eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarju tal-awtorità maniġerjali (EUR)

Bħala sehem mill-appoġġ tal-UE għall-assi prijoritajru (%) (5/appoġġ tal-UE għall-assi prijoritarju*100)”

(c)

it-test li ġej jiddaħħal bejn il-Punti 14.6 u 15 u jitħassar bejn il-Punti 15 u 16:

PARTI C

IR-RAPPURTAR SOTTOMESS FIS-SENA 2019 U R-RAPPORT TA' IMPLIMENTAZZJONI FINALI (l-Artikolu 50(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”;

2.

it-Tabella “10.2 Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet” fl-Anness IX hija sostitwita b'dan li ġej:

“10.2   Riżultati għal verifiki ta' operazzjonijiet

Fond

Numru tal-Programm CCI

Titlu tal-programm

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Ammont f'euro li jikkorrispondi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun (4)

Nefqa b'referenza għas-sena kontabilistika awditjata għall-kampjun aleatorju

Kopertura għall-kampjun aleatorju mhux statistiku (5)

Ammont ta' nefqa irregolari fil-kampjun aleatorju

Rata totali ta' erruri (6)

Korrezzjonijiet implimentati b'riżultat tar-rata totali ta' erruri

Rata totali residwa ta' erruri

Nefqa awditjata oħra (7)

Ammont ta' nefqa irregolari f'infiq ieħor awditjat

Ammont (8)

% (9)

% ta' operazzjonijiet koperti

% ta' nefqa koperta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għar-rapport ta' progress, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar proġett maġġuri, il-pjan ta' azzjoni konġunta, ir-rapporti ta' implimentazzjoni għall-Investiment għall-għan tat-tkabbir u l-impjiegi, id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta' kontroll u l-metodoloġija għat-twettiq tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell għar-rapporti tal-implimentazzjoni għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 38, 13.2.2015, p. 1).

(4)  Il-kolonna ‘A’ għandha tirreferi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun aleatorju (ara l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013), jiġifieri l-ammont totali ta' nefqa ddikjarata (kif imsemmi fl-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u u korrispondenti għall-ammonti fil-kolonna (A) tal-Appendiċi 1 tal-kontijiet), wara li jitneħħew l-unitajiet negattivi tal-kampjunar, jekk ikun hemm. Fejn applikabbli, għandhom jingħataw spjegazzjonijiet fit-Taqsima 5.4 hawn fuq.

(5)  Dan jirreferi għal-livelli limiti minimi ta' kopertura stabbiliti fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, meta jintuża metodu ta' kampjun mhux statistiku. Ir-rekwiżit ta' 10 % ta' nefqa ddikjarata jirreferi għan-nefqa fil-kampjun, indipendentement mill-użu tas-sottokampjunar. Dan ifisser li l-kampjun għandu jikkorispondi għal minimu ta' 10 % tan-nefqa ddikjarata, iżda meta jintuża s-sottokampjunar, in-nefqa effettivament awditjata tista' fil-fatt tkun inqas.

(6)  Ir-rata totali ta' erruri hija kkalkulata qabel ma jiġu applikati kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja b'rabta mal-kampjun awditjat, jew b'rabta mal-popolazzjoni li minnha jkun ittieħed il-kampjun aleotorju. Meta l-kampjun aleatorju jkopri aktar minn Fond jew programm wieħed, ir-rata totali ta' erruri (ikkalkulata) ippreżentata fil-Kolonna ‘E’ tikkonċerna l-popolazzjoni kollha. Fejn tintuża l-istratifikazzjoni, fit-Taqsima 5.7 għandha tingħata aktar informazzjoni skont l-istrat.

(7)  Fejn applikabbli, il-Kolonna ‘H’ tirreferi għan-nefqa awditjata fil-kuntest ta' kampjun kumplimentari.

(8)  Din il-kolonna tirreferi għall-ammont tan-nefqa awditjata u jeħtieġ li tiġi kompluta kemm jekk jiġu applikati metodi tal-kampjunar statistiċi kif ukoll jekk ma jkunux statistiċi. Jekk jiġi applikat is-sottokampjunar skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 480/2014, f'din il-kolonna għandu jiġi inkluż biss l-ammont tal-elementi ta' nefqa effettivament awditjati skont l-Artikolu 27 tal-istess Regolament.

(9)  Din il-kolonna tirreferi għall-persentaġġ tan-nefqa awditjata fir-rigward tal-popolazzjoni u jeħtieġ li tiġi kompluta kemm jekk jiġu applikati metodi tal-kampjunar statistiċi kif ukoll jekk ma jkunux statistiċi.”


Top