Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2028

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2028]

ĠU L 300, 16.11.2017, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2028/oj

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2028]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu (1) jenħtieġ li jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 46 (ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32014 R 0134: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tad-16 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1).”

2.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 46c (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014):

“46d.

32014 R 0134: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 134/2014 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-Anness V tiegħu (ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 134/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 53, 21.2.2014, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top