Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 22017D1832

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 321/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1832]

ĠU L 263, 12.10.2017, s. 42—42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Právní stav dokumentu platné

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1832/oj

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 321/2015

tal-11 ta’ Diċembru 2015

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1832]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/253 tas-16 ta’ Frar 2015 li tistipula r-regoli rigward il-kampjunar u r-rappurtar skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontentut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ada (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE) tal-Anness XX mal-Ftehim ŻEE:

“21adb.

32015 D 0253: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/253 tas-16 ta’ Frar 2015 li tistipula r-regoli rigward il-kampjunar u r-rappurtar skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontentut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 55).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/253 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)  ĠU L 41, 17.2.2015, p. 55.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Nahoru