Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 22017D1831

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 320/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1831]

    ĠU L 263, 12.10.2017, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statut juridique du document En vigueur

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1831/oj

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 320/2015

    tal-11 ta’ Diċembru 2015

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1831]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 tal-20 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XX mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13cae (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

    “13caf.

    32015 D 0495: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 tal-20 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 78, 24.3.2015, p. 40).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/495 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 78, 24.3.2015, p. 40.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Haut