This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1830
Decision of the EEA Joint Committee No 319/2015 of 11 December 2015 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement [2017/1830]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 319/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1830]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 319/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1830]
ĠU L 263, 12.10.2017, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 319/2015
tal-11 ta’ Diċembru 2015
li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1830]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/633/UE tat-30 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
L-Anness XX mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 2zc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 D 0633: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/633/UE tat-30 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 18).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2013/633/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(1) ĠU L 292, 1.11.2013, p. 18.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.