Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1824

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 313/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1824]

    ĠU L 263, 12.10.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1824/oj

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 313/2015

    tal-11 ta’ Diċembru 2015

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1824]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta’ Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn tal-bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f’direzzjoni waħda kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b’discharge ta’ intensità għolja, u għall-ballasts u l-unitajiet tat-tidwil li kapaċi jħaddmu bozoz ta’ dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz direzzjonali, bozoz b’dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Dan li ġej jiżdied mal-punti 6g (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012) u 11 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009):

    “, kif emendat bi:

    32015 R 1428: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 1).”

    2.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009):

    “—

    32015 R 1428: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 1).”

    Artikolu 2

    L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Dan li ġej jiżdied mal-punt 26h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012):

    “, kif emendat bi:

    32015 R 1428: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 1).”

    2.

    L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 33 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009) u 34 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009):

    “—

    32015 R 1428: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1428 tal-25 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 1).”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament (UE) 2015/1428 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 224, 27.8.2015, p. 1.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top