Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1822

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 311/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1822]

    ĠU L 263, 12.10.2017, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1822/oj

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 311/2015

    tal-11 ta’ Diċembru 2015

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ŻEE [2017/1822]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 61, 5.3.2015, p. 26, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 65/2014 iħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE (3) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (4)

    L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 4t (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013):

    “4u.

    32014 R 0065: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 61, 5.3.2015, p. 26.”

    2.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013):

    “6k.

    32014 R 0066: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33).”

    3.

    Jitħassar it-test tal-punt 4 g (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE).

    Artikolu 2

    L-Anness IV tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 11t (Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013):

    “11u.

    32014 R 0065: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2104, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 61, 5.3.2015, p. 26  (4).

    2.

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013):

    “26l.

    32014 R 0066: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33).”

    3.

    Jitħassar it-test tal-punt 11 g (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE).

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 65/2014, kif korretti minn ĠU L 61, 5.3.2015, p. 26 u r-Regolament (UE) Nru 66/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1.

    (2)  ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33.

    (3)  ĠU L 128, 15.5.2002, p. 45.

    (4)  Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss; għall-applikazzjoni ara l-Anness II dwar ir-Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni.”

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top