EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1812

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 301/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1812]

ĠU L 263, 12.10.2017, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1812/oj

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 301/2015

tal-11 ta’ Diċembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1812]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1726 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1727 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1, 2, u 4 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1728 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova s-sustanza IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1729 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova l-potassju sorbat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1730 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova l-perossidu tal-idroġenu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1731 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova l-medetomidin bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1736 tat-28 ta’ Settembru 2015 li ma tapprovax it-triflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1737 tat-28 ta’ Settembru 2015 li tipposponi l-iskadenza tal-approvazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nng (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1610) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12nnh.

32015 R 1726: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1726 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova t-2-metilisotijażol-3(2H)-on bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 14).

12nni.

32015 R 1727: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1727 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova s-sustanza 5-Kloro-2-(4-klorofenossi)fenol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2 u 4 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 17).

12nnj.

32015 R 1728: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1728 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 13 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 21).

12nnk.

32015 R 1729: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1729 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova l-potassju sorbat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 24).

12nnl.

32015 R 1730: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1730 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova l-perossidu tal-idroġenu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 27).

12nnm.

32015 R 1731: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1731 tat-28 ta’ Settembru 2015 li japprova l-medetomidin bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 33).

12nnn.

32015 D 1736: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1736 tat-28 ta’ Settembru 2015 li ma tapprovax it-triflumuron bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 56).

12nno.

32015 D 1737: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1737 tat-28 ta’ Settembru 2015 li tipposponi l-iskadenza tal-approvazzjoni tal-bromadijolon, tal-klorofaċinon u tal-kumatetralil għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 14 (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 58).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1726, (UE) 2015/1727, (UE) 2015/1728, (UE) 2015/1729, (UE) 2015/1730, (UE) 2015/1731 u tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1736 u (UE) 2015/1737, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhon ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 14.

(2)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 17.

(3)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 21.

(4)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 24.

(5)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 27.

(6)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 33.

(7)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 56.

(8)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 58.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top