This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1808
Decision of the EEA Joint Committee No 297/2015 of 11 December 2015 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2017/1808]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 297/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1808]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 297/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1808]
ĠU L 263, 12.10.2017, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 297/2015
tal-11 ta’ Diċembru 2015
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1808]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/845 tas-27 ta’ Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-azoksistrobina, klorantraniliprol, ċjantraniliprol, dikamba, difenokonażol, fenpiroksimat, fludioksonil, glufosinat tal-ammonju, imażapik, imażapir, indoksakarb, isoksaflutol, mandipropammid, pentijopirad, propikonażol, pirimetanil, spirotetramat u trineksapak f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/846 tat-28 ta’ Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limiti massimi ta’ residwi għall-aċetamiprid, l-ametoktradin, l-amisulbrom, il-bupirimat, il-klofenteżina, l-etefon, l-etirimol, il-fluwopikolid, l-imażapik, il-propamokarb, il-piraklostrobin u t-taw-fluvalinat f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/868 tas-26 ta’ Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-livelli massimi ta’ residwi għat-2,4,5-T, il-barban, il-binapakril, il-bromofos-etil, il-kamfeklor (toksafen), il-klorbufam, il-kloroksuron, il-klożolinat, id-DNOC, id-diallat, id-dinoseb, id-dinoterb, id-dioksatijon, l-ossidu tal-etilen, l-aċetat tal-fentin, l-idrossidu tal-fentin, il-fluċikloksuron, il-fluċitrinat, il-formotijon, il-mekarbam, il-metakrifos, il-monolinuron, il-fenotrin, il-profam, il-pirażofos, il-kinalfos, ir-resmetrina, it-teknażen u l-vinklożolin f’ċerti prodotti jew fuqhom (3), kif ikkoreġt mill-ĠU L 174, 3.7.2015, p. 43, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/896 tal-11 ta’ Ġunju 2015 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi ta’ residwu għat-Trichoderma polysporum ir-razza IMI 206 039, it-Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) ir-razez ICC012, T25 u TV1, it-Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) ir-razez IMI 206 040 u T11, it-Trichoderma harzianum ir-razez T-22 u ITEM 908, it-Trichoderma gamsii (qabel T. viride) ir-razza ICC080, it-Trichoderma asperellum (ir-razza T34), it-Trichoderma atroviride r-razza I-1237, il-ġeranjol, it-timol, is-sukrożju, is-sulfat ferriku (Sulfat (III) tal-ħadid), is-sulfat ferruż (Sulfat (II) tal-ħadid) u l-aċidu foliku f’ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u prodotti alimentari. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u prodotti alimentari ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(6) |
L-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32015 R 0845: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/845 tas-27 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 138, 4.6.2015, p. 1), |
— |
32015 R 0846: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/846 tat-28 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 140, 5.6.2015, p. 1), |
— |
32015 R 0868: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/868 tas-26 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 145, 10.6.2015, p. 1), |
— |
32015 R 0896: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/896 tal-11 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 147, 12.6.2015, p. 3).” |
Artikolu 2
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32015 R 0845: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/845 tas-27 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 138, 4.6.2015, p. 1), |
— |
32015 R 0846: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/846 tat-28 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 140, 5.6.2015, p. 1), |
— |
32015 R 0868: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/868 tas-26 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 145, 10.6.2015, p. 1), |
— |
32015 R 0896: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/896 tal-11 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 147, 12.6.2015, p. 3).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/845, (UE) 2015/846, (UE) 2015/868 u (UE) 2015/896 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(3) ĠU L 145, 10.6.2015, p. 1.
(4) ĠU L 147, 12.6.2015, p. 3.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.