Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1806

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 295/2015 tal-11 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1806]

    ĠU L 263, 12.10.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1806/oj

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 263/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 295/2015

    tal-11 ta’ Diċembru 2015

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1806]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/819 tat-22 ta’ Mejju 2015 li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (4)

    L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) fil-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32015 D 0819: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/819 tat-22 ta’ Mejju 2015 (ĠU L 129, 27.5.2015, p. 28).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/819 bil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda SLETNES


    (1)  ĠU L 129, 27.5.2015, p. 28.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top