This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1411
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1411 of 2 August 2017 amending for the 273rd time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1411 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-273 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1411 tat-2 ta' Awwissu 2017 li jemenda għall-273 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
C/2017/5564
ĠU L 202, 3.8.2017, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1411
tat-2 ta' Awwissu 2017
li jemenda għall-273 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-28 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:
“Adil Muhammad Mahmud Abd Al-Khaliq (magħruf ukoll bħala (a) Adel Mohamed Mahmoud Abdul Khaliq; (b) Adel Mohamed Mahmood Abdul Khaled). Data tat-twelid: 2.3.1984. Post tat-twelid: Il-Bahrain. Nazzjonalità: Bahraini. Numru tal-Passaport: 1632207 (Bahraini). Informazzjoni oħra: (a) Aġixxa f'isem, u pprovda appoġġ finanzjarju, materjali u loġistiku, lil Al-Qaida u lil-Libyan Islamic Fighting Group (LIFG); (b) Arrestat fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) f'Jannar tal-2007 fuq akkużi li huwa membru ta' Al-Qaida u ta' LIFG; (c) Wara li nstab ħati fl-Emirati Għarab Magħquda lejn tmiem l-2007 ġie trasferit lejn il-Bahrain kmieni fl-2008 biex hemm jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu; (d) Wara li nħeles fl-2008, reġa' beda l-attivitajiet ta' ġbir ta' flus tiegħu għal Al-Qaida, tal-inqas sal-2012; (e) Huwa ġabar ukoll flus għat-Taliban. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.”