This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1322
Decision of the EEA Joint Committee No 39/2016 of 5 February 2016 amending Annex XXII (Company law) to the EEA Agreement [2017/1322]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1322]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1322]
ĠU L 189, 20.7.2017, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 39/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1322]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10i (id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32014 L 0095: Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2014/95/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 293/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.
(2) ĠU L 161, 22.6.2017, p. 87.