Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1321

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1321]

    ĠU L 189, 20.7.2017, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1321/oj

    20.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 189/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 38/2016

    tal-5 ta' Frar 2016

    li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1321]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2231 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà 16 u 38 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32015 R 2231: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2231 tat-2 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 317, 3.12.2015, p. 19).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2015/2231 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Claude MAERTEN


    (1)  ĠU L 317, 3.12.2015, p. 19.

    (*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top