This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1316
Decision of the EEA Joint Committee No 33/2016 of 5 February 2016 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement [2017/1316]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1316]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1316]
ĠU L 189, 20.7.2017, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 33/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/1316]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2112 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali fir-rigward tal-adattament tas-serje ta' dejta wara r-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont l-attività (KPA) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32015 R 2112: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2112 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 4).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2112 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 306, 24.11.2015, p. 4
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.