This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1286
Decision of the EEA Joint Committee No 3/2016 of 5 February 2016 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2017/1286]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1286]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1286]
ĠU L 189, 20.7.2017, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 3/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1286]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/261 tas-6 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/471/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ekwina (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Punt 93 (id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Jiġi miżjud is-segwenti: “hekk kif emendat minn:
|
2. |
It-test ta' adattament huwa sostitwit b'dan li ġej: “Id-data “it-30 ta' Settembru 2014” fl-Artikolu 2(a) u (d)(i) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “il-25 ta' Frar 2015”. Id-data “l-1 ta' Ottubru 2014” fl-Artikolu 2(b) u (d)(ii) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “is-26 ta' Frar 2015”. Id-data “il-31 ta' Awwissu 2010” fl-Artikolu 2(b), (c) u (d)(ii) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “l-1 ta' Lulju 2011”. Id-data “l-1 ta' Settembru 2010” fl-Artikoli 2 (c) u (d)(ii) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “it-2 ta' Lulju 2011” Id-data “il-31 ta' Awwissu 2010” fl-Artikolu 4(a) u (b) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “l-1 ta' Lulju 2011”. Id-data “l-1 ta' Settembru 2010” fl-Artikolu 4(b) għandha għall-Istati tal-EFTA tinqara “it-2 ta' Lulju 2011”.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/261 bl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.